Malti
Introduzzjoni
Elmu għall-iwweldjar huwa xedd ir-ras li waqt ċerti xogħlijiet ta’ wweldjar iservi biex jipproteġi
l-għajnejn, il-wiċċ u l-għonq kontra l-ħruq, ir-raġġi ultravjola, ix-xrar, id-dawl infraaħmar u
s-sħana. L-elmu huwa magħmul minn aktar partijiet (ara l-lista tal-partijiet ta’ rikambju).
Filtru awtomatiku għall-iwweldjar jgħaqqad fih filtru passiv kontra r-raġġi ultravjola u dawk
infraħomor kif ukoll filtru attiv li jvarja fit-trażmissjoni tad-dawl fil-firxa viżibbli tal-ispettru skont
il-qawwa tal-ark għall-iwweldjar. Fil-bidu l-valur ta’ trażmissjoni tad-dawl mill-filtru awtomatiku
għall-iwweldjar ikun wieħed għoli (stat ta’ dawl). Wara li jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar u fil-ħin
ta’ reazzjoni ddefinit, it-trażmissjoni tad-dawl mill-filtru tinbidel għal valur baxx (stat ta’ dlam).
Struzzjonijiet ta’ sikurezza
Aqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim qabel ma tibda tuża l-elmu. Iċċekkja jekk il-
ħġieġa esterna hix immuntata korrettament. Jekk ikun hemm żbalji li ma jistgħux jiġu eliminati,
l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix m’għandux jibqa’ jintuża
Miżuri ta’ prekawzjoni u limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni / Riskji
Waqt il-proċess tal-iwweldjar jiġu rilaxxati sħana u radjazzjoni li jistgħu jikkawżaw ħsarat
lill-għajnejn u lill-ġilda. Dan il-prodott jipprovdi protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ. Meta
tilbes l-elmu, għajnejk ikunu dejjem protetti kontra r-radjazzjoni ultravjola u infraħamra,
irrispettivament mil-livell ta’ protezzjoni magħżul. Għall-protezzjoni tal-bqija ta’ ġismek
jenħtieġ ukoll li tilbes ilbies protettiv adattat. Jista’ jkun li materja partikolata u sustanzi
rilaxxati waqt il-proċess tal-iwweldjar jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi fil-ġilda ta’ persuni
bi predispożizzjoni rilevanti. Fil-persuni sensittivi l-kuntatt tal-ġilda mat-tagħmir għar-ras
jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi. L-elmu protettiv għal min jiwweldja ma jistax jintuża
għal applikazzjonijiet oħrajn ħlief għall-iwweldjar u t-tisnin. Il-manifattur ma jieħu l-ebda
responsabbiltà f’każ li l-elmu għall-iwweldjar ma jintużax għall-iskop intiż u skont l-istruzzjonijiet
għall-użu. L-elmu huwa adattat għall-metodi komuni tal-iwweldjar kollha bl-
eċċezzjoni
tal-iwweldjar bil-gass jew bil-laser.
Jekk jogħġbok, osserva r-rakkomandazzjoni dwar
il-livell ta’ protezzjoni skont EN169, li tinsab fil-qoxra.
L-elmu ma jistax jintuża flok elmu
protettiv. Skont il-mudell, hemm il-possibbiltà li jintuża kkombinat ma’ elmu protettiv.L-elmu
jista’ jaffettwa l-kamp viżiv (m’hemmx vista laterali mingħajr ma ddawwar rasek), minħabba
l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tiegħu, u l-vista tal-kuluri, minħabba d-densità ottika tal-filtru
awtomatiku li jnaqqas id-dawl. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa possibbli li min jużah ma jarax
fanali ta’ sinjalazzjoni jew indikazzjonijiet ta’ twissija. Barra minn hekk, hemm periklu li wieħed
jaħbat ma’ ostaklu minħabba l-perimetru ikbar (tar-ras flimkien mal-elmu). Barra minn hekk,
l-elmu jnaqqas is-smigħ u s-sens tat-temperatura.
Il-modalità rieqed
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix għandu funzjoni li titfih awtomatikament u b’hekk
testendi t-tul tal-użu tal-batteriji. Jekk għal madwar 10 minuti inqas minn 1 lux ta’ dawl
jinteraġixxi mal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix, dan tal-aħħar jintefa awtomatikament.
Sabiex l-istoċċ jerġa’ jinxtegħel, jenħtieġ li ċ-ċelluli solari jkunu esposti għal ftit għad-dawl
tal-jum. Fil-każ li l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ma jkunx jista’ jerġa’ jiġi attivat jew
m’għadux jiskura malli jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar, il-batteriji jridu jinbidlu
Garanzija u responsabbiltà
Dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanzija, jekk jogħġbok, ara l-informazzjoni pprovduta
mill-organizzazzjoni ta’ bejgħ nazzjonali tal-manifattur. Aktar informazzjoni relatata jista’
jipprovdihielek il-kummerċjant speċjalizzat u awtorizzat minna. Il-garanzija tgħodd biss
għal żbalji materjali u tal-produzzjoni. F’każijiet ta’ ħsarat ikkawżati minn użu inadegwat,
interventi mhux permessi jew użu mhux intiż mill-manifattur tiskadi l-garanzija u ma tittieħed
l-ebda responsabbiltà. Il-garanzija u r-responsabbiltà jiskadu wkoll jekk jintużaw partijiet ta’
rikambju differenti minn dawk oriġinali
It-tul mistenni tal-użu
L-elmu għall-iwweldjar m’għandux data ta’ skadenza. Il-prodott jista’ jintuża għal kemm żmien
ma jseħħux ħsarat viżibbli jew mhux viżibbli jew disfunzjonijiet
Kif jintuża
1
Iċ-ċinta għal mar-ras.
Aġġusta ċ-ċinta ta’ fuq għad-daqs ta’ rasek. Agħfas ‘il ġewwa
l-buttuna ta’ qfil u dawwarha sakemm iċ-ċinta tkun aġġustata sew, però mingħajr ma
tagħfsek iżżejjed
2
Id-distanza mill-għajnejn u l-inklinazzjoni tal-elmu.
Billi tħoll il-buttuni ta’ aġġustament
, tiġi aġġustata d-distanza bejn l-istoċċ u għajnejk. Aġġusta ż-żewġ naħat b’mod indaqs u
mingħajr ma tmejjilhom. Imbagħad, erġa’ ssikka l-buttuni ta’ aġġustament. L-inklinazzjoni
tal-elmu tista’ tiġi aġġustata permezz tal-buttuna li ddur
3
Livell ta’ protezzjoni.
Il-livell tad-dell jista ‘jintgħażel bejn 9 u 13.
4
Sensur jiżżerżaq.
Is-sensur jiżżerżaq jista’ jitqiegħed f’żewġ pożizzjonijiet differenti.
Skont il-pożizzjoni, jiċċekken jew jitkabbar l-angolu għall-għarfien tad-dawl ambjentali.
5
Regolatur tal-ħinijiet tal-ftuħ
Ir-regolatur tal-ħinijiet tal-ftuħ (Delay) jippermettilek
tagħżel id-dewmien tal-ftuħ minn skur għal ċar.Il-buttuna rotatarja tippermetti
aġġustament stabbli minn skur għal ċar ta’ bejn 0.1 - 1 .0 s.
6
Sensittività.
Il-buttuna tas-sensittività taġġusta s-sensittività tad-dawl ambjentali.
Tindif u diżinfezzjoni
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix u l-ħġieġa esterna jridu jitnaddfu bi drapp artab
b’mod regolari. M’għandhomx jintużaw deterġenti qawwija, solventi, alkoħol jew deterġenti
li fihom sustanzi abrażivi. Ħġieġa migrufa jew bil-ħsara jkun tajjeb li tinbidel.
Ħażna
L-elmu għall-iwweldjar għandu jinħażen f’temperatura ambjentali u umdità baxxa. Sabiex
ittawwal it-tul tal-użu tal-batteriji, aħżen l-elmu fl-imballaġġ oriġinali
Kif tibdel il-ħġieġa esterna
Il-klipp tal-ġenb jintgħafas ‘il ġewwa sabiex tinħall u titneħħa l-ħġieġa esterna. Poġġi l-ħġieġa
l-ġdida f’postha bi klipp wieħed. Ġebbed il-ħġieġa sat-tieni klipp u sakkarha. Din l-azzjoni
teħtieġ xi ammont ta’ pressjoni sabiex is-siġill fil-ħġieġa esterna jkollu l-effett mixtieq
Kif timmonta u tiżmonta l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
1 Iftaħ is-sokor li jżomm il-molla tal-istoċċ ta’ protezzjoni kif muri fl-istampa
2 B’ħafna attenzjoni, ħalli l-istoċċ joħroġ bl-għajnuna tal-inklinazzjoni
L-immuntar tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix isir b’ordni invertit
Soluzzjonijiet għall-problemi
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ma jiskurax
→ Eżamina l-fluss ta’ dawl lejn is-sensur
→ Naddaf is-sensur jew il-ħġieġa esterna
→ Ibdel il-pożizzjoni tas-sensur
Viżibilità baxxa
→ Naddaf il-ħġieġa esterna jew l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
→ Żid id-dawl ambjentali
L-elmu għall-iwweldjar jiżloq
→ Erġa’ aġġusta / ilbes iċ-ċinta għal mar-ras
Speċifikazzjonijiet
(Soġġetti għal emendi tekniċi)
Livell ta’ protezzjoni
4 (stat ta’ dawl)
9 – 13 (stat ta’ dlam)
Protezzjoni kontra r-radjazzjoni ultravjola /
infraħamra
Protezzjoni massima fl-istati ta’ dawl u ta’ dlam
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dawl għal
dak ta’ dlam
0,00015s (23°C / 73°F)
0,00010s (55°C / 131°F)
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dlam għal
dak ta’ dawl
0,1s - 1,0s
Dimensjonijiet tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra
t-tgħammix
90 x 110 x 7mm / 3.55 x4.33 x 0.28“
Dimensjonijiet tal-kamp viżiv
50 x 100 mm / 1.96 x 3.94“
Provvista tal-elettriku
2 x CR2032 (replaceable)
Piż
460g / 16,226 oz
Temperatura tat-tħaddim
-10°C – 70°C / 14°F – 157°F
Temperatura tal-ħażna
-20°C – 80°C / -4°F – 176°F
Klassifikazzjoni skont EN379
Kwalità ottika = 1
Dawl diffuż = 1
Omoġeneità = 1
Dipendenza fuq l-angolu viżiv = 2
Approvazzjonijiet
CE, ANSI Z871, EAC, konformità ma’ CSA Z943
Marki addizzjonali għall-verżjoni PAPR
(korp notifikat CE1024)
EN12491 (TH3 flimkien ma 'e3000, TH3 għal
verżjonijiet b ’hardhat u e3000)
Partijiet ta’ rikambju
1. Stoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
2. Ħġieġa esterna
3. Ħġieġa protettiva interna
4 Ċinta għal mar-ras mat-tagħmir għall-iffissar
5. Faxxa għal mal-ġbin
Dikjarazzjoni tal-konformità
Ara l-indirizz tal-internet fl-aħħar paġna.
Informazzjoni legali
Dan id-dokument jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-UE 2016/425 (punt 1.4 tal-Anness II).
Dispożizzjonijiet
Informazzjoni ddettaljata fl-aħħar paġna.
Содержание e650
Страница 1: ...e650 swiss made...
Страница 2: ...Notes...
Страница 4: ...Quick Guid 1 2 6 5...
Страница 5: ...CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V Start de 4 3...
Страница 38: ...Notes...