134
1.0 APPLIKAZZJONI TAL-PRODOTT
1.1 GĦAN:
Il-Konnetturi tal-Ankraġġ huma ddisinjati biex jipprovdu punti ta’ konnessjoni għall-ankraġġ għal sistemi ta’
Twaqqif ta’ Waqgħa mill-Għoli
1
jew Trażżin ta’ Waqgħa mill-Għoli
2
: Trażżin, Ippożizzjonar għax-Xogħol, Irkib mill-Istaff,
Salvataġġ, eċċ
;
Protezzjoni għall-Waqgħa mill-Għoli Biss:
Dan il-Konnettur tal-Ankraġġ qiegħed biex jikkonnettja Tagħmir ta’
Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli. Tikkonnettjax Tagħmir ta’ Rfigħ ma’ dan il-Konnettur tal-Ankraġġ.
1.2 STANDARDS:
Il-Konnettur tal-Ankraġġ tiegħek huwa konformi mal-istandard(s)nazzjonali jew reġjonali identifikati
fuq il-paġna ta’ quddiem ta’ dawn l-istruzzjonijiet. Jekk dan il-prodott jerġa’ jinbigħ barra mill-pajjiż ta’ destinazzjoni
oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa’ jbiegħu għandu jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet fil-lingwa tal-pajjiż fejn se jintuża
l-prodott.
1.3 SORVELJANZA:
L-użu ta’ dan it-tagħmir għandu jkun issorveljat minn Persuna Kompetenti
3
.
1.4 TAĦRIĠ:
Dan it-tagħmir għandu jiġi installat u użat minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta tiegħu. Dan il-
manwal għandu jiġi użat bħala parti minn programm ta’ taħriġ għall-impjegati kif rikjest mill-CE. Hija r-responsabilità
tal-utenti u l-installaturi ta’ dan it-tagħmir li jiżguraw li huma familjari ma’ dawn l-istruzzjonijiet, imħarrġa fil-kura
u l-użu korretti ta’ dan it-tagħmir, u huma konxji tal-karatteristiċi operattivi, limitazzjonijiet tal-applikazzjoni, u
l-konsegwenzi ta’ użu mhux xieraq ta’ dan it-tagħmir.
1.5 PJAN TA’ SALVATAĠĠ:
Waqt l-użu ta’ dan it-tagħmir u l-konnessjoni ta’ sottosistema(i), min iħaddem għandu
jkollu pjan ta’ salvataġġ u l-mezzi lesti biex jimplimenta u jikkomunika dak il-pjan lill-utenti, persuni awtorizzati
4
, u
ħaddiema ta’ salvataġġ
5
. Huwa rakkomandat li fuq il-post ikun hemm tim ta’ salvataġġ imħarreġ. Il-membri tat-tim
għandhom ikunu pprovduti bit-tagħmir u t-teknika biex iwettqu salvataġġ b’suċċess. It-taħriġ għandu jingħata fuq
bażi perjodika biex tiġi assigurata l-profiċjenza tal-persuna tas-salvataġġ.
1.6 FREKWENZA TA’ SPEZZJONI:
Il-Konnettur tal-Ankraġġ għandu jiġi spezzjonat mill-utent kull darba qabel jintuża
u, barra minn hekk, minn persuna kompetenti li ma jkunx l-utent, f’intervalli mhux itwal minn sena.
6
Il-proċeduri
ta’ spezzjoni huma spjegati
fir-“Reġistru ta’ Spezzjoni u Manutenzjoni”
. Ir-riżultati ta’ kull spezzjoni minn Persuna
Kompetenti għandhom jiġu mniżżla fuq kopji
“tar-Reġistru ta’ Spezzjoni u Manutenzjoni”
.
1.7 WARA WAQGĦA MILL-GĦOLI:
Jekk il-Konnettur tal-Ankraġġ ikun soġġett għall-forzi waqt twaqqif ta’ waqgħa
mill-għoli, irid jiġi immedjatament imneħħi mill-użu, jiġi mmarkat bil-kelma “TUŻAX” b’mod li jidher ċar, u mbagħad
jinqered.
2.0 ĦTIĠIJIET TAS-SISTEMA
2.1 ANKRAĠĠ:
Il-ħtiġijiet tal-ankraġġ ivarjaw mal-applikazzjoni tal-protezzjoni waqt il-waqgħa. L-istruttura li fuqha
jkun imqiegħed jew immuntat l-Konnettur tal-Ankraġġ għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Ankraġġ kif
definiti f’Tabella 1.
2.2 PERSONAL FALL ARREST SYSTEM (SISTEMA TA’ PROTEZZJONI PERSONALI GĦAT-TWAQQIF TA’ WAQGĦA
MILL-GĦOLI):
Figura 2 turi l-applikazzjoni ta’ dan il-Konnettur tal-Ankraġġ. Sistemi ta’ Protezzjoni Personali għat-
Twaqqif ta’ Waqgħa mill-Għoli (PFAS) użati mas-sistema jridu jissodisfaw l-istandards, kodiċi u rekwiżiti applikabbli ta’
Protezzjoni kontra Waqgħat mill-Għoli. Il-PFAS għandha tinkorpora Harness li jkopri l-Ġisem Sħiħ (Full Body Harness)
u għandu jillimita l-Forza tat-Twaqqif (Arresting Force) għall-valuri li ġejjin:
Forza Massima tat-Twaqqif
(Maximum Arresting Force)
Waqgħa Mingħajr Kontroll
(Free Fall)
PFAS bil-Kurdun (Lanyard) li Jassorbi
x-Xokkijiet
6 kN (1 350 lbf)
Irreferi għall-istruzzjoni(jiet) inklużi
mal-Lanyard jew SRD tiegħek
għal-limitazzjonijiet dwar Waqgħa
Mingħajr Kontroll (Free Fall).
PFAS b’Apparat li Jinġibed Lura (SRD)
6 kN (1 350 lbf)
2.3 FALL PATH AND SRD LOCKING SPEED (PASSAĠĠ TAL-WAQGĦA U VELOĊITÀ TAL-ILLOKKJAR TAL-
APPARAT SRD):
Huwa meħtieġ passaġġ miftuħ biex jiġi assigurat l-illokkjar pożittiv ta’ SRD. Għandhom jiġu evitati
sitwazzjonijiet li ma jagħtux lok għall-passaġġ ta’ waqgħa mingħajr ostakli. Ħidma fi spazji magħluqa jew dojoq
tista’ ttellef milli l-ġisem jilħaq biżżejjed veloċità biex iġġiegħel lil SRD jillokkja jekk ikun hemm waqgħa. Ħidma
fuq materjali li jitħarrku bil-mod, bħalma hu ramel jew qamħ, tista’ ttellef milli jkun hemm żieda tal-veloċità biex
iġġiegħel lil SRD jillokkja.
2.4 PERIKLI:
L-użu ta’ dan it-tagħmir f’żoni ta’ perikli ambjentali jista’ jkun li jeżiġi prekawzjonijiet addizzjonali biex jiġu
pprevenuti korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. Perikli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: sħana,
kimiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b’vultaġġ għoli, splussivi jew gassijiet tossiċi, makkinarju li jitħarrek,
xfur li jaqtgħu, jew materjali li jkunu aktar ’il fuq li jistgħu jaqgħu u jagħmlu kuntatt mal-utent jew is-Sistema tal-
Protezzjoni Personali għat-Twaqqif tal-Waqgħat mill-Għoli.
1 Sistema ta’ Twaqqif ta’ Waqgħa mill-Għoli:
Kollezzjoni ta’ Tagħmir ta’ Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli maħsuba biex twaqqaf waqgħa
mill-għoli mingħajr kontroll.
2 Sistema ta’ Trażżin ta’ Waqgħa mill-Għoli:
Kollezzjoni ta’ Tagħmir ta’ Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli maħsuba biex timpedixxi milli
ċ-ċentru ta’ gravità tal-persuna jilħaq periklu ta’ waqgħa mill-għoli.
3 Persuna Kompetenti:
Persuna li hi kapaċi tidentifika perikli eżistenti u prevedibbli fl-inħawi jew kundizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex sanitarji, u huma
ta’ sogru, jew ta’ periklu għall-impjegati, u li għandha l-awtorizzazzjoni biex tieħu miżuri korrettivi fil-pront biex teliminahom.
4 Persuna Awtorizzata:
Persuna assenjata minn min iħaddem biex iwettaq dmirijiet f’post fejn persuna tkun esposta għall-periklu minn waqgħa mill-
għoli.
5 Persuna ta’ salvataġġ:
Persuna jew persuni, minbarra l-individwu li jkun qed jiġi salvat, li jaġixxi biex iwettaq salvataġġ assistit mill-operazzjoni ta’
sistema tas-salvataġġ.
6 Frekwenza ta’ Spezzjoni:
Kundizzjonijiet ta’ xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista’ jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta’ spezzjonijiet
minn persuna kompetenti.
Содержание DBI SALA KM419
Страница 3: ...3 2 A EN795 EN362 EN360 EN361 B EN795 EN361 EN362 EN354 EN358 3 4 C B A FC B C FC 5 6 A B C...
Страница 4: ...4 7 A B C D 8 1 A 1 1 2 2 2 3 3 3 4 4 5 C B...
Страница 5: ...5 9 10 11 A B C D D C B A 12 1 3 4 9 12 10 11 2 5 6 7 8 13 13...
Страница 16: ...16 2 5 3 FC m A SRD C D 2 6 4 2 7 3M 3 2 8 3M EN 362 5 B C 2 9 3M 6 A D B D D 3 600 lbf 16 kN C D E F G...
Страница 18: ...18 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Страница 19: ...2 9 Rebar 10 D 11 12...
Страница 44: ...44 2 5 3 FC SRD D 2 6 4 2 7 3 3 2 8 3 362 5 2 9 3 6 A D B D D 16 kN 3 600 C D E F G...
Страница 46: ...46 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 Web 13...
Страница 47: ...2 9 10 C D 11 12...
Страница 76: ...76 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M HE...
Страница 79: ...79 3M 3M 2 7 2 8 3M 5 B A C 2 9 3M 6 D D large throat 16 lbf 3 600 D roll out...
Страница 81: ...81 6 0 6 1 104 F 40 C 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Страница 82: ...2 9 B A 10 B A D C 11 12...
Страница 111: ...111 3M 3M 3M ANSI Z359 3M 3M Arc Flash Hot Works 3M KA...
Страница 114: ...114 2 5 3 FC A B SRD C 2 6 4 2 7 3M 3M 2 8 3M EN 362 5 A B C 2 9 3M 6 A B 3 600 612 16 C D E F G...
Страница 116: ...116 10 10 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Страница 117: ...2 9 A B 10 A B C D 11 12...
Страница 209: ...209 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M 3M UA...
Страница 212: ...212 2 6 4 2 7 3M 3 2 8 3 EN 362 5 A B C 2 9 3 6 A D B D D 1600 16 C D E F G...
Страница 214: ...214 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13...
Страница 215: ...2 9 B 10 B D 11 12...
Страница 226: ......
Страница 227: ......