132
INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà kollha li tinstab f’dawn l-istruzzjonijiet qabel
l-użu ta’ dan il-Konnekter tal-Ankraġġ. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN POSSIBBILMENT JISTA’ JIRRIŻULTA
F’KORRIMENT SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet jeħtieġ li jingħataw lill-utent ta’ dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun tista’
tirreferi għalihom fil-futur.
Użu Intenzjonat:
Dan l-Konnekter tal-Ankraġġ huwa intenzjonat li jintuża bħala parti minn sistema ta’ protezzjoni kompluta kontra waqgħa
personali.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra li tinkludi, iżda mhux limitata għal, immaniġġjar ta’ materjal, attivitajiet rikreazzjonali jew
relatati mal-isport, jew attivitajiet oħra mhux deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent, mhuwiex approvat minn 3M u jista’ jirriżulta
f’korriment serju jew mewt. Dan it-tagħmir għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f’applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Dan il-Konnekter tal-Ankraġġ huwa parti minn sistema ta’ protezzjoni kontra waqgħa personali. Huwa mistenni li l-utenti kollha
jkunu mħarrġa b’mod sħiħ fl-installazzjoni sigura u l-operat tas-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni kontra waqgħa personali.
L-użu
ħażin ta’ dan it-tagħmir jista’ jirriżulta f’korriment serju jew mewt.
Għal għażla, operat, installazzjoni, manutenzjoni, u
servizz kif suppost, irreferi għal dawn l-Istruzzjonijiet għall-Utent u għar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lis-
superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lis-Servizz Tekniku ta’ 3M.
•
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol b’Konnekter tal-Ankraġġ li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu
għal korriment serju jew mewt:
-
Spezzjona t-tagħmir qabel kull użu, mill-inqas darba fis-sena, u wara kwalunkwe avveniment ta’ waqgħa. Spezzjonah
skont l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-tagħmir mis-servizz u sewwieh jew ibdlu skont
l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Kwalunkwe tagħmir li kien suġġett għal waqfien ta’ waqgħa jew forza ta’ impatt irid jitneħħa mis-servizz immedjatament
u jinqered.
-
It-tagħmir irid jiġi installat biss fis-substrati speċifikati jew fuq strutturi ddettaljati fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
L-installazzjonijiet u l-użu barra mill-iskop ta’ din l-istruzzjoni, iridu jiġu approvati mill-Protezzjoni għal Kontra l-Waqgħat
ta’ 3M.
-
Is-substrat jew l-istruttura li magħhom ikun imwaħħal l-konnekter tal-ankraġġ iridu jkunu kapaċi jifilħu t-tagħbijiet statiċi
għall-ankra fl-orjentazzjonijiet permessi fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Qabbad subsistemi tal-protezzjoni kontra l-waqgħat oħra mal-punt ta’ konnessjoni ta’ ankraġġ apposta fuq it-tagħmir
biss.
-
Qabel ma ttaqqab bi drill jew tissikka, żgura li l-ebda linji tal-elettriku, linji tal-gass, jew sistemi integrati kritiċi oħra
mhuma se jiġu f’kuntatt mad-drill jew l-apparat.
-
Żgura li s-sistemi/subsistemi ta’ protezzjoni kontra waqgħa immuntati minn komponenti magħmula minn manifatturi
differenti, huma kompatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi, standards,
jew rekwiżiti oħrajn applikabbli ta’ protezzjoni kontra waqgħa. Dejjem ikkonsulta Persuna Kompetenti jew Ikkwalifikata
qabel tuża dawn is-sistemi.
-
(TIE-OFF ADAPTERS) Żgura li t-tagħmir tat-tie-off adapter huwa ssikkat mal-istruttura tal-ankraġġ. Qatt tħalli partijiet
laxki fit-tagħmir tat-tie-off adapter.
•
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju
jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tissaporti b’mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-xogħol fl-
għoli. Ikkonsulta lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir tiegħek ta’ protezzjoni kontra waqgħa.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta’ waqgħa mingħajr l-ebda trażżin (free fall) massima tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa
tiegħek.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa li ma jgħaddix mill-ispezzjoni ta’ qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati
oħra, jew jekk għandek tħassib dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-
Servizzi Tekniċi ta’ 3M bi kwalunkwe mistoqsijiet li għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta’ subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operat ta’ dan it-tagħmir. Uża konnessjonijiet
kompatibbli biss. Ikkonsulta lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma’ komponenti jew subsistemi oħrajn li mhumiex
deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet addizzjonali meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. top drive ta’ oil rigs), perikli elettriċi,
temperaturi estremi, perikli kimiċi, gassijiet esplożivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt materjali fuq rasek li
jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq it-tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Uża apparati ta’ Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f’ambjenti b’ħafna sħana.
-
Evita wċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tagħmel tibdiliet fit-tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati, bil-
miktub, minn 3M biss jistgħu jagħmlu xogħol ta’ tiswija fuq dan l-apparat.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fis-seħħ pjan ta’salvataġġ jekk iseħħ inċident ta’
waqgħa.
-
Jekk iseħħ inċident ta’ waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa’.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta’ waqfien ta’ waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem
Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista’ jkun direttament taħt il-punt ta’ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel taħriġ b’dan l-apparat, għandha tintuża sistema sekondarja ta’ protezzjoni kontra waqgħa b’mod li ma
jesponix lil min qed jitħarreġ għal periklu ta’ waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
MT
Summary of Contents for DBI SALA KM419
Page 3: ...3 2 A EN795 EN362 EN360 EN361 B EN795 EN361 EN362 EN354 EN358 3 4 C B A FC B C FC 5 6 A B C...
Page 4: ...4 7 A B C D 8 1 A 1 1 2 2 2 3 3 3 4 4 5 C B...
Page 5: ...5 9 10 11 A B C D D C B A 12 1 3 4 9 12 10 11 2 5 6 7 8 13 13...
Page 18: ...18 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Page 19: ...2 9 Rebar 10 D 11 12...
Page 44: ...44 2 5 3 FC SRD D 2 6 4 2 7 3 3 2 8 3 362 5 2 9 3 6 A D B D D 16 kN 3 600 C D E F G...
Page 46: ...46 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 Web 13...
Page 47: ...2 9 10 C D 11 12...
Page 76: ...76 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M HE...
Page 79: ...79 3M 3M 2 7 2 8 3M 5 B A C 2 9 3M 6 D D large throat 16 lbf 3 600 D roll out...
Page 81: ...81 6 0 6 1 104 F 40 C 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Page 82: ...2 9 B A 10 B A D C 11 12...
Page 111: ...111 3M 3M 3M ANSI Z359 3M 3M Arc Flash Hot Works 3M KA...
Page 116: ...116 10 10 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 CE 8 9 10 11 12 13...
Page 117: ...2 9 A B 10 A B C D 11 12...
Page 209: ...209 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M 3M UA...
Page 212: ...212 2 6 4 2 7 3M 3 2 8 3 EN 362 5 A B C 2 9 3 6 A D B D D 1600 16 C D E F G...
Page 214: ...214 6 0 6 1 40 C 104 F 6 2 6 3 7 0 12 12 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13...
Page 215: ...2 9 B 10 B D 11 12...
Page 226: ......
Page 227: ......