Istruzzjoni għall-installazzjoni, l-istartjar, l-użu u
l-manutenzjoni tal-
valvoli Masoneilan™ installati
f'atmosferi potenzjalment splussivi.
BHMN-32102F-MT
(ta' qabel 186015)
11/2022 - Maltese
It-
tagħmir li għadek kemm xtrajt kien maħsub, immanifatturat u ttestjat
skont ir-
rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà tad-Direttiva Ewropea ATEX
2014/34/UE.
Aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-
reqqa QABEL ma tinstalla, tuża jew
tagħmel manutenzjoni fuq dan l-istrument.
Prodotti intenzjonati għal installazzjoni f'atmosfera ta' gass
potenzjalment splussivi jew tra
b li jista' jieħu n-nar iridu:
Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu f'konformità mar-
regolamenti nazzjonali u lokali u skont ir-rakkomandazzjonijiet li
jinsabu fl-
istandards rilevanti li jikkonċernaw l-atmosferi
potenzjalment splussivi.
Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu minn professjonisti
kkwalifikati u kompetenti li jkunu segwew taħriġ adattat għall-
istrumentazzjoni li tintuża f'atmosferi potenzjalment splussivi.
Taħt ċerti kundizzjonijiet ta' tħaddim, l-użu ta' strumenti bil-ħsara jista'
jikkawża degradazzjoni tal-prestazzjonijiet tas-sistema, li tista' twassal
għal korriment personali jew mewt.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur, biex
tiggarantixxi li l-prodotti jkunu konformi mar-
rekwiżiti essenzjali tas-
sigurtà tad-Direttivi Ewropej imsemmija hawn fuq.
IMMARKAR
Dresser Produits Industriels S.A.S. jew GE Oil & Gas India Pvt. Ltd.
jew Dresser LLC. jew Dresser Italia S.r.l. jew Dresser Japan Ltd. skont
is-sit tal-manifattura.
II 2 G/D, II 2 G, II 3 G/D jew II 3 G skont il-
każ (*)
Ex h IIA jew IIB jew IIC jew IIB + H2
T6…T1 Gb X, skont il-każ (*)
Ex h IIIA jew IIIB jew IIIC jew IIIB + H2
T85°C…T450°C Db
X
, skont il-
każ (*)
Temperatura ambjentali massima, X: ara l-istruzzjonijiet
Sena tal-manifattura
Numru tas-serje
Nru. tal-File Tekniku
Attenzjoni: riskju ta' ħruġ elettrostatiku. Togħrokx l-uċuħ tal-plastik.
(*) Stabbilit mill-kategorija tal-
istrumenti preżenti fl-assembly.
X: iċċekkja l-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-valv – aral-istruzzjonijiet taħt
"INSTALLAZZJONI".
INSTALLAZZJONI
Qabel tkompli bl-installazzjoni:
B'attenzjoni oħroġ it-tagħmir minn ġol-pakkett u ċċekkja biex tara
li ma fihx ħsara. Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara, avża lill-manifattur.
Iċċekkja l-kompatibilità tat-tagħmir maż-żona tal-installazzjoni
(Direttiva 99/92/KE).
Iċċekkja li t-temperatura ambjentali massima ma taqbiżx it-
temperatura ambjentali massima permessa indikata fuq it-tikketta
tal-
manifattur ta’ kull strument immuntat fuq il-valv (pożizzjonatur;
trażmettitur tal-pożizzjoni, eċċ.) mingħajr qatt ma taqbeż it-
temperatura
ta’ +70°C għal valvs rotatorji u +60°C għal valvs
lineari.
Meta t-
temperatura massima għaċ-ċertifikazzjoni tal-istrument
tkun taħt is-+60°C, imbagħad l-utent għandu jiżgura li t-
temperatura ambjentali attwali tkun 10°C taħt il-massimu tat-
temepratura ċċertifikata. Ara l-katalgi disponibbli fuq is-sit tagħna
tal-Internet fuq
https://valves.bakerhughes.com/resource-center
Kun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-insulazzjoni tas-
sħana
rakkomandati
mill-manifattur.
B'mod partikulari, tagħmilx
insulazzjoni kontra s-
sħana mal-bonnet.
Wettaq il-
konnessjonijiet pnewmatiċi u elettriċi tal-istrumenti wara li
tiċċekkja li l-kundizzjonjiet lokali jippermettu li jsir dan. L-istruzzjonijiet
kollha
meħtieġa għall-installazzjoni korretta u sigura tal-istrumenti
huma disponibbli fl-
istruzzjonijiet ATEX speċifiċi mehmużin mal-
istrument. Tista' wkoll tikseb aċċess għal dawn l-istruzzjonijiet fuq is-
sit tagħna tal-Internet
https://valves.bakerhughes.com/resource-
B’mod partikulari:
Aċċerta ruħek li l-installazzjoni tkun konformi mar-regolamenti u
l-istandards applikabbli, u osserva l-parametri tas-sigurtà tal-
istrumenti.
Ikkonnettja l-valv u l-
istrumenti elettriċi mal-ground.
Irrispetta l-polaritajiet tal-konnessjoni elettrika.
Uża cable entries li jkunu konformi mar-regolament ATEX u li
huma adattati għaż-żona u l-mod ta' protezzjoni tal-istrument.
Nota għal valvijiet bl-għażla ta’ materjal tal-korp tat-Titanju:
Dan il-
materjal jista’ jiffirma xrar li jista’ jaqbad taħt impatt ma’ materjal
li jkun iebes biżżejjed, anke fin-nuqqas ta’ sadid. Jekk jogħġbok
ikkunsidra r-
riskju ta’ tali impatt u ħu passi biex ittaffih jekk
tikkunsidrahom neċessarji.
STARTJAR
Qabel ma tpoġġi l-valv fis-servizz, iċċekkja li l-appliances kollha jkunu
mqabbdin b'mod korrett u li l-
għotjien tas-sigurtà u l-viti jkunu f'posthom.
UŻU
Uża l-valv fil-limiti tat-temperatura rakkomandati mill-manifattur
(ara l-paragrafu dwar l-installazzjoni).
Tużax il-valv għal kwalunkwe applikazzjoni ħlief dik speċifikata
inizjalment.
A
għmel ċert li ma jkun hemm l-ebda frizzjoni bejn l-isteam shaft u
l-packing follower tal-istuffing box.
Iċċekkja b'mod regolari li ma jkunx hemm tnixxija mill-istuffing box
jew mill-gasket.
Irrispetta l-
istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir elettriku.
Evita kwalunkwe impatt fuq l-aluminium alloy shells.
Togħrokx l-għotjien tal-plastik tal-valvoli; dan jista' jikkawża riskju
ta' ħruġ elettrostatiku li jista' jwassal għal splużjoni.
Togħrokx il-kisja taż-żebgħa tal-valv meta jintuża f’atmosfera bil-
grupp tal-gass IIC,
dan jista' jikkawża riskju ta' ħruġ elettrostatiku
li jist
a' jwassal għal splużjoni.
Żgura li l-fluwidu ma jkunx qed iġorr frak li x'aktarx se joħolqu
xi xrara jekk l-intern tal-
valv jista' jiġi kkunsidrat bħala żona ATEX.
MANUTENZJONI
Qabel ma twettaq xogħol ta' manutenzjoni, żgura li l-kundizzjonijiet
lokali jkunu adattati għall-operazzjonijiet: Kun żgur li jkun hemm
tagħmir adattat tal-protezzjoni u tas-sigurtà disponibbli, billi tikkunsidra
n-natura tal-
operazzjonijiet u ż-żona fejn ikunu se jitwettqu.
Wettaq l-operazzjonijiet tal-manutenzjoni b'konformità mal-
istruzzjonijiet speċifiċi għall-prodott ikkonċernat.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur.
Neħħi depożiti ta' trab li jista' jieħu n-nar li jistgħu jiffurmaw fuq
kwalunkwe wiċċ espost.
Jekk tibdel actuator, hu essenzjali li żżomm it-tikketta oriġinali tal-
manifattur u twaħħalha mal-actuator il-ġdid.
Sabiex tevita l-
produzzjoni ta' xrar minħabba ħruġ elettrostatiku,
huwa rakkomandat li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-
Kodiċi tal-Prattika
EN
TR50404. Pereżempju, l-utent jipproċedi għat-tindif tal-
tagħmir
, u b'mod partikolari
l-komponenti tal-plastik u kisi
, permezz
ta' biċċa mxarrba. Għal raġunijiet ta' sigurtà, din l-operazzjoni tista'
titwettaq biss meta l-kundizzjonijiet lokali ma jkunux potenzjalment
splussivi.
Sorveljanza ta' tagħmir f'atmosferi potenzjalment splussivi
: kun
konformi mar-regolamenti fis-
seħħ (Direttiva 99/92/KE).