![3M Protecta Cabloc Скачать руководство пользователя страница 49](http://html1.mh-extra.com/html/3m/protecta-cabloc/protecta-cabloc_installation-instructions-manual_3044666049.webp)
49
5.0 SPEZZJONI U OPERAT
OPERAT:
Il-proċeduri ġenerali għall-użu tas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro huma kif ġej:
Verifiki ta’ Qabel l-Użu - Is-Sistema:
Qabel kull użu, spezzjoni b’attenzjoni s-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro
1. Iċċekkja li m’hemmx sinjali ovvji ta’ ħsara lis-sistema, bħal ksur, partijiet milwija jew il-ħabel jitbaxxa b’mod
eċċessiv, jew brackets bil-ħsara.
2. Iċċekkja li d-diska mwaħħla mat-tensjonatur hija libera li ddur. Għal sistema biċ-ċurkett tal-ankra t’isfel iċċekkja li
l-groove hija viżibbli fuq l-ankra t’isfel.
3. Dejjem ivverifika li l-ispazju vojt meħtieġ taħt l-utent biex jiġi żgurat li m’hemm l-ebda ħabta mal-art jew ma’
ostaklu ieħor fil-passaġġtal-waqgħa.
4. Iċċekkja t-tikketta tas-sistema għan-numru massimu ta’ utenti u li ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi hija valida.
Verifiki ta’ Qabel l-Użu - Sleeve:
Qabel kull użu, spezzjona s-Sleeve b’attenzjoni.
1. Iċċekkja li l-molla qed tiffunzjona billi tgħolli l-cam arms u titlaqhom, suppost il-cam arms jaqbżu lura.
2. Iċċekkja l-musmar irbattut u l-iskorfini tal-musmar irbattut għal sinjali ta’ ħsara.
3. Iċċekkja li l-bieba tal-carabiner tinfetaħ, tingħalaq u tinqafel.
4. Iċċekkja għal qtugħ, brix u tiżrit.
5. Iċċekkja li m’hemm l-ebda ħsara viżibbli fuq il-konnessjoni bejn l-assorbitur tal-enerġija integrali u s-Sleeve ta’
Cabloc/Cabloc Pro u l-assorbitur tal-enerġija integrali u l-karabiner.
6. Iċċekkja li l-element tal-assorbitur tal-enerġija huwa intatt, f’kundizzjoni tajba u ma ġiex attivat.
Waħħal mas-sistema - Sleeve ta’ Cabloc:
1. Iġbed il-pinn tar-rilaxx.
2. Imbotta l-cam arms kemm jista’ jkun ’il fuq u aċċerta li l-vleġġa fuq is-Sleeve qed tipponta ’l fuq.
3. Daħħal il-ħabel fil-port orizzontali bit-tagħmir fuq ġenbu.
4. Reġġa’ lura l-Cabloc għall-pożizzjoni vertikali. Is-Sleeve se tippożizzjona ruħha fuq il-ħabel b’mod awtomatiku.
5. Imbotta l-bieba tal-carabiner ’il fuq, dawwarha skont l-arloġġ u mbagħad iftaħha. Għaddi l-punt tat-twaħħil tal-irbit
tas-sikurezza tiegħek minn ġol-bieba u itlaqha. Il-karabiner se tinqafel b’mod awtomatiku.
6. Issa inti mqabbad mas-Sistema ta’ Cabloc. Biex tneħħi t-tagħmir segwi l-istess proċess bil-kontra.
Waħħal mas-sistema - Sleeve ta’ Cabloc Pro:
1. Spezzjona b’għajnejk il-Cabloc Pro għal sinjali ta’ ħsara u/jew telf ta’ funzjonalità.
2. Iċċekkja li għandek it-tagħmir orjentat fil-pożizzjoni t-tajba għat-twaħħil. Fittex il-vleġġa ’l FUQ fuq il-pjanċi tal-aluminju.
3. Waqt li żżomm it-tagħmir biż-żewġ idejn iġbed ’il barra, imbagħad iġbed lura u żomm il-lieva tal-pjanċa li taqfel
b’subgħajk il-kbir.
4. Iġbed lura l-gwida tal-ħabel u, waqt li taċċerta li l-cam mhuwiex ingaġġat, għaddi l-ħabel minn ġol-ftuħ fil-ġenb
tat-tagħmir.
5. Erħi t-tagħmir. It-tagħmir se jinqafel fuq il-ħabel b’mod awtomatiku.
6. Meta ma jkunx qed jintuża l-cam iżomm il-Cabloc Pro fuq il-ħabel billi jiġbed ’l isfel fuq il-karabiner.
7. Wara li tlesti l-verifiki ta’ qabel l-użu identifikati f’taqsima 5 ta’ dan il-manwal, waħħal l-irbit tas-sikurezza mas-
sistema billi tuża l-ganċ karabiner integrali li jaqfel tliet darbiet.
8. Imbotta l-bieba mqabbża tal-karabiner ’il fuq, dawwarha skont l-arloġġ u mbagħad iftaħha. Għaddi d-D-ring tan-
naħa ta’ quddiem tas-sider tal-irbit tas-sikurezza tiegħek minn ġol-bieba u itlaqha. Il-karabiner se tinqafel b’mod
awtomatiku.
9. Biex tneħħi t-tagħmir segwi l-istess proċess bħal t’hawn fuq.
;
Qatt m’għandek tuża lanyard biex teħel mas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro waqt it-tlugħ jew l-inżul. L-użu ta’
lanyard inaqqas il-funzjonalità tas-Sleeve u f’każ ta’ waqgħa se jżid id-distanza ta’ waqgħa mingħajr trażżin u
t-tagħbija fuq is-sistema u l-utent.
It-Tlugħ u l-Inżul tal-istruttura b’dan il-mod:
• Tlugħ: Itla’ bil-mod metodiku u rakkomandat, jiġifieri żewġ idejn sieq waħda, id waħda żewġ saqajn u kun af li jekk
timpedixxi kwalunkwe parti tat-tagħmir ta’ sikurezza, dan potenzjalment jesponi lill-utent għal riskju.
• Inżul: Biex tinżel, inżel is-sellum jew l-iskaluni tas-sellum b’mod normali b’pass stabbli. Jekk is-Sleeve tinqafel fuq
il-ħabel, iċċaqlaq kemm kemm ’il fuq biex tirrilaxxa s-Sleeve u mbagħad kompli inżel.
Mistrieħ f’pożizzjoni mhux speċifikata
: Is-Sleeve ta’ Cabloc/Cabloc Pro: m’għandhiex tintuża bħala tagħmir tal-
ippożizzjonar tax-xogħol. Meta jieqfu jew jistrieħu waqt tlugħ jew inżul jeħtieġ li l-utenti:
1. Jużaw tagħmir tal-ippożizzjonar tax-xogħol approvat jew jieqfu fi pjattaforma speċifikata għall-mistrieħ.
2. Jibqgħu f’kuntatt pożittiv mas-sellum f’kull ħin, kemm bl-idejn u kemm bis-saqajn.
3. Jimbottaw is-Sleeve fuq il-pożizzjoni tas-sider biex il-cam ikun ingaġġat b’mod attiv mal-wajer qabel iwaħħlu
tagħmir tal-ippożizzjonar tax-xogħol.
SPEZZJONI:
Sabiex jiġi żgurat operat sigur u effiċjenti, is-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro għandha tiġi spezzjonata skont
l-istruzzjonijiet f’Tabella 1 bil-frekwenzi indikati.
;
Ikteb ir-riżultati tal-ispezzjoni fi “Storja tal-Eżaminazzjonijet Perjodiċi u Tiswijiet.”