44
DAĦLA
Dan il-manwal ta’ struzzjoni jiddeskrivi l-installazzjoni tas-Sistema tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc. Dan għandu jintuża
bħala parti minn programm ta’ taħriġ għall-impjegati kif meħtieġ minn CE, u għandu jinżamm mat-tagħmir.
;
L-installaturi għandhom jaqraw u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-manifattur għal tagħmir ta’ sigurtà użat ma’ din is-sistema.
;
Segwi dawn l-istruzzjonijiet għall-użu, spezzjoni, u manutenzjoni xierqa ta’ dan it-tagħmir qabel tinstalla dan it-tagħmir.
;
Jekk dan il-prodott jerġa’ jinbiegħ barra mill-pajjiż ta’ destinazzjoni oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa’ jbiegħu għandu
jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet fil-lingwa tal-pajjiż fejn se jintuża l-prodott.
;
Qabel tuża dan it-tagħmir, sib it-tagħrif ta’ identifikazzjoni tal-prodott fuq it-tikketta tal-installazzjoni u s-servizz u iktbu
f’dan il-manwal.
REFERENZI GĦALL-GLOSSARJU
Ir-Referenzi għall-Glossarju
bin-Numri fuq il-qoxra ta’ quddiem ta’ din l-istruzzjoni jirreferu għall-oġġetti li ġejjin:
1
Istruzzjonijiet tal-Installazzjoni
2
Sistemi tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc
3
Standards
4
In-numru tal-korp notifikat li wettaq it-test ta’ CE.
5
In-numru tal-korp notifikat li ċċekkja l-manifattura ta’ dan il-PPE (personal protective equipment - tagħmir protettiv
personali).
6
In-numru massimu ta’ utenti tas-sistema.
7
Il-piż tal-utent minimu, mingħajr għodda u tagħmir, huwa 40 kg (88 libbra) u l-piż tal-utent massimu, inkluż l-għodda u
t-tagħmir, huwa 140 kg (310 libbra).
8
Aqra l-istruzzjonijiet għall-utent.
9
Simbolu ta’ twissija.
Sistema tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc Komponenti, Figura 1:
Sistema ta’ Cabloc
A
Bracket ta’ Fuq
B
Ħabel
C
Gwida tal-Ħabel
D
Tag tas-Sistema
E
Bracket t’Isfel
Sistema ta’ Cabloc Pro
F
Bracket ta’ Fuq
G
Ħabel
H
Bracket tan-Nofs
I
Cabloc Pro
J
Ankra t’Isfel tal-Hex Swage
Listi tal-Partijiet u Referenzi tal-Partijiet
Il-partijiet li jistgħu jiffurmaw Sistemi tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc tipiċi huma mniżżla fit-Tabella tal-Lista tal-Partijiet
f’dan il-manwal. Xi oġġetti jista’ jkollhom għażliet ta’ diversi partijiet u diversi numri tal-partijiet. Il-kolonna tad-“Deskrizzjoni”
fuq in-naħa tax-xellug tal-lista tal-partijiet hija assoċjata ma’ numru wieħed jew aktar tal-parti li jista’ jintuża għall-installazzjoni
fil-kolonni fuq ix-xellug. Is-sitwazzjoni tal-installazzjoni se tiddetermina liema partijiet għandhom jintużaw.
MT