![3M Protecta Cabloc Скачать руководство пользователя страница 46](http://html1.mh-extra.com/html/3m/protecta-cabloc/protecta-cabloc_installation-instructions-manual_3044666046.webp)
46
Figura Deskrizzjoni
2
Ankra ta’ Fuq
Tintuża fuq slielem standard. Ċentri tal-iskaluni ta’ 200mm-310mm (7.87”-12.20”). Toqgħod fuq
skaluna ċilindrika ta’ Ø12-Ø30 (0.47”-1.18”) u skaluni forma ta’ kaxxa ta’ 20mm-40mm (0.79”-1.57”).
3
Ankra Universali
Tintuża fuq slielem, arbli u strutturi bil-kannizzati (ara d-daqsijiet kompatibbli ta’ skaluni hawn
fuq). Toqgħod fuq strutturi ta’ 30mm-110mm (1.18”-4.33”).
4
Assorbitur tax-Xokkijiet In-Line
Jintuża flimkien mal-ankra ta’ fuq ma’ sistemi vertikali ta’ Cabloc biex jassorbi l-enerġija, u b’hekk
jillimita l-forza li tmur lura fuq l-utent u l-istruttura (permess biss utent wieħed għal kull sistema).
Nota: Il-bracket universali tiġi mibjugħa separatament.
5
Ankra t’Isfel tas-Sellum
Tintuża fuq slielem standard. Ċentri tal-iskaluni ta’ 200mm-310mm (7.87”-12.20”). Toqgħod fuq
skaluna ċilindrika ta’ Ø12-Ø30 (0.47”-1.18”) u skaluni forma ta’ kaxxa ta’ 20mm-40mm (0.79”-
1.57”). Meta l-groove tgħaddi mill-pjanċa, il-ħabel ikun qed jiġi ttensjat (ara fuq).
6
Ankra t’Isfel tal-Hex Swage
Tintuża fuq slielem standard. Ċentri tal-iskaluni ta’ 200mm-310mm (7.87”-12.20”). Toqgħod fuq
skaluna ċilindrika ta’ Ø12-Ø30 (0.47”-1.18”) u skaluni forma ta’ kaxxa ta’ 20mm-40mm (0.79”-
1.57”). Meta l-groove tgħaddi mill-pjanċa, il-ħabel ikun qed jiġi ttensjat (ara fuq).
7
Bracket ta’ Estensjoni tas-Sellum
Biex testendi s-sistema ta’ Cabloc sa 1.3m (51”) aktar mill-pjattaforma tat-tmiem. Il-karatteristika
addizzjonali (A) sservi bħala ankra ta’ punt wieħed. Saħħa minima tal-istruttura ta’ 12kN. Numru
Massimu ta' Utentii 1. L-ispazju minimu għall-iskaluna meħtieġ huwa 200mm (7.9”). Il-forma tal-
iskaluna u l-medda tad-daqs huma: Tonda Ø12-30mm (0.5”-1.2”) / Kaxxa 20-40mm (0.8-1.8”).
Jikkonforma ma’ EN 795:2012 Tip A. Installa l-brackets bil-vleġġa tħares ’il fuq
QATT LEJN IL-ĠENB
.
8
Gwida tal-Ħabel
Tintuża biex tiggwida l-ħabel f’sistemi vertikali. Għandha tiġi installata kif muri u bi spazju ta’
mhux aktar minn 10m (32.81ft) bejn kull waħda.
9
Gwida Intermedja ta’ Cabloc Pro
Għall-użu f’sistemi vertikali ta’ Cabloc Pro. Installa l-bracket tan-nofs kif muri. Jekk it-tul tas-sistema
huwa 10m jew aktar, hemm bżonn ta’ sostenn tan-nofs wieħed f’kull 5m. Għall-użu biss ma’ Cabloc Pro.
10
Tensjonatur u Indikatur
Għall-użu f’sistemi vertikali ta’ Cabloc bi Bracket Universali. It-tensjoni tal-ħabel minima tkun
indikata meta l-pjanċa tal-immarkar tal-indikatur tat-tensjoni tkun tista’ ddur mingħajr xkiel.
Nota
: Il-Bracket Universali tiġi mibjugħa separatament.
16
Cabloc: Jintuża bħala sleeve
f’sistemi vertikali, li tippermetti
lill-utent jimxi b’mod liberu ’l
fuq u ’l isfel fis-sistema filwaqt li
jibqa’ mqabbad. Jinkludi element
li jassorbi l-enerġija. Jista’ jintuża
fuq ħabel tal-azzar inossidabbli
ta’ 7x19 jew ħabel tal-azzar
galvanizzat ta’ 6x19.
1. Orjentazzjoni ’l FUQ tal-body tas-sleeve. 2. Kapaċità massima (Mass) tal-piż tal-utent tas-
Sleeve tal-Ħabel u l-piż tal-utent minimu (Min) meħtieġa għall-operat sigur tas-Sleeve tal-Ħabel.
3. Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent qabel ma tuża s-Sleeve tal-Ħabel. 4. Standard applikabbli,
EN353-1:2014+A1:2017: Tagħmir ta’ protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli ta’ persuna — Tagħmir
li jwaqqaf waqgħa tat-tip gwidat inkluż irfid. 5. Marka tas-CE u Kontroll tal-Kwalità tal-Produzzjoni
ta’ CE. 6. Numru tal-Mudell 7. Numru tal-lott u data tal-manifattura.
17
Cabloc Pro: Jintuża bħala sleeve
f’sistemi vertikali, li tippermetti
lill-utent jimxi b’mod liberu ’l
fuq u ’l isfel fis-sistema filwaqt li
jibqa’ mqabbad. Jinkludi element
li jassorbi l-enerġija. Għall-użu
biss mal-karabiner u l-assorbitur
tax-xokkijiet ipprovduti. Għandu
jintuża biss ma’ Ħabel tal-Azzar
Inossidabbli ta’ 1x19.
1. Orjentazzjoni Korretta 2. Logo ta’ 3M Protecta 3. Indirizz tal-Web 4. Aqra l-Istruzzjoni
għall-Utent 5. Tagħmir li Jwaqqaf Waqgħa Cabloc Pro 6. Konformitajiet 7. Marka CE 8. Piż
Min u Mass 9. Numru Massimu ta' Utenti 10. Numru tal-Parti 11. Numru tal-Lott 12. Data tal-
Manifattura 13. Numru u Data tal-Istandard Ewropew li miegħu Jikkonforma t-Tagħmir.
18, 19,
20
Marki tat-Tag tas-Sistema
Ara l-Lista tal-Partijiet u Taqsima 8 f’din l-istruzzjoni għall-kontenut u l-lingwi tat-Tag tas-Sistema.
1.0 APPLIKAZZJONIJIET
1.1 SKOP:
Meta tintuża flimkien mas-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc/Cabloc Pro (li tiġi mibjugħa separatament),
is-Sistema tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc/Cabloc Pro (Figura 1) hija maħsuba biex telimina jew tnaqqas b’mod
sostanzjali ir-riskju ta’ waqgħa li kieku kienet twassal għal korriment jew mewt. Is-sistemi ta’ Cabloc/Cabloc Pro huma
intenzjonati li jiġu installati fuq slielem jew uċuħ għat-tlugħ/inżul li qishom slielem fissi li huma parti minn struttura (eż. bini
b’arbli mono [injam, azzar, jew konkrit]], passaġġi li jagħtu għal mini, strutturi u torrijiet ta’ antenna). It-tagħmir protettiv
personali (PPE - personal protective equipment) li jintgħażel se jifforma parti essenzjali tas-sistema. Dejjem ilbes irbit tas-
sikurezza għall-ġisem kollu b’punt għat-twaħħil fl-isternu (sider), skont EN 361 jew l-istandard nazzjonali rilevanti. Meta
jkun qed jitla’ jew jinżel, l-utent tas-Sistema għandu jilbes elmu għat-tixbit li jikkonforma mal-istandard nazzjonali.
1.2 DESKRIZZJONI:
Is-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro tikkonsisti f’lifeline mmuntat vertikalment ta’ 8mm (5/16”) tal-
Azzar Inossidabbli jew Galvanizzat. Is-Sistema titwaħħal mal-istruttura permezz ta’ ankri ta’ fuq u t’isfel ta’ tipi li jvarjaw
skont l-istruttura. Il-lifeline huwa sostnut f’intervalli regolari minn brackets tan-nofs. Il-brackets tan-nofs jgħinu jnaqqsu
t-tagħbijiet f’każ ta’ waqgħa u jippermettu installazzjonijiet uniċi itwal (ara t-tabelli tal-partijiet għall-ispazju).
1.3 LIMITAZZJONIJIET:
Is-sistemi ta’ Cabloc/Cabloc Pro mhumiex intenzjonati li jiġu installati fuq slielem portabbli. Dawn is-
sistemi huma maħsuba għall-użu ma’ slielem li ġeneralment huma vertikali. Is-sistema tas-sigurtà għal sellum jeħtieġ li ma
taqbiżx angolu massimu ta’ 15° mill-vertikali. It-tibdil fl-angolu tal-ħabel f’sostenn jew bracket tan-nofs m’għandux jaqbeż
5°. Il-limitazzjonijiet tal-applikazzjoni li ġejjin jeħtieġ li jiġu kkunsidrati qabel tinstalla s-sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro.
A. Struttura tas-Sellum:
L-istruttura tas-sellum li fuqha hija installata s-sistema għandha tkun kapaċi tiflaħ it-
tagħbijiet applikati mis-sistema f’każ ta’ waqgħa (ara Sezzjoni 2.2).
B. Kapaċità tas-Sistema:
In-numru ta’ utenti li huma permessi li jkunu fuq is-sistema fl-istess mument ivarja skont
it-tip ta’ sistema u l-installazzjoni. Ġeneralment, il-kapaċitajiet tas-sistema jvarjaw bejn wieħed u żewġ utenti. Ara
sezzjonijiet 2.0 u 3.0 għal aktar informazzjoni dawr il-limitazzjonijiet tal-kapaċità. Il-kapaċitajiet tas-sistema huma
bbażati fuq piż tal-utent massimu, inkluż għodod u ħwejjeġ, ta’ 140 kg (310 libbri).