![3M Protecta Cabloc Скачать руководство пользователя страница 48](http://html1.mh-extra.com/html/3m/protecta-cabloc/protecta-cabloc_installation-instructions-manual_3044666048.webp)
48
Figura 1 turi komponenti tas-sistema vertikali ta’ Cabloc installati. Filwaqt li l-komponenti jvarjaw, il-proċeduri tal-
installazzjoni għall-installazzjoni tas-sistema ta’ Cabloc huma simili għall-applikazzjonijiet kollha. Meta tkun qed tinstalla
s-Sistema ta’ Cabloc, huwa rakkomandat li s-sistema tiġi installata fuq l-istruttura billi tibda mit-tarf ta’ fuq tal-istruttura.
Il-passi bażiċi għall-installazzjoni tas-Sistema ta’ Cabloc huma kif ġej:
Pass 1. Ippożizzjona u mmonta l-Ankra ta’ Fuq (Figura 2):
Installa l-ankra ta’ fuq fuq is-sellum.
Pass 2. (Sistema ta’ Cabloc) Waħħal il-ħabel (Figura 2a):
Agħmel ħolqa billi tgħaddi t-thimble tat-terminazzjoni
tal-ħabel minn ġox-shackle u waħħalha mal-ankra ta’ fuq billi tuża l-pinn tax-shackle.
Pass 3. (Sistema ta’ Cabloc Pro) Terminazzjoni tas-Swage:
Uża biss Ħabel tal-Azzar Inossidabbli ta’ 1x19 fornut
minn 3M (jew) bħala l-Lifeline tal-Ħabel f’Sistemi ta’ Cabloc Pro (ara l-Lista tal-Partijiet). Sawwar il-Konnettur
tat-Tarf meħtieġ għal fuq kull tarf tal-Ħabel tal-Lifeline sa saħħa minima ta’ 38 kN (8,543 lbf) b’Hex Swager u
3M Parti 7241122 10 mm Bite Die:
Tabella tal-Hex Swaging
Ħabel
Swage Die
Swage Bites
Spazju tal-Bite (Figura 11 A)
Wisgħa Bejn l-Uċuħ (Figura 11 B)
1 x 19
7241122
6 mhux kontinwi
1 mm - 1.5 mm (0.04 in - 0.06 in)
11.4 mm - 12.4 mm (0.45 in - 0.49 in)
In-Numru tal-Parti, Numru tal-Lott, u Dimensjonijiet tas-Swage Bite huma mnaqqxa fuq in-naħa tal-parti tas-swage.
A. Swage Terminals bit-Tarf Magħluq (Closed End): (Figura 12)
Daħħal il-Ħabel tal-Lifeline fiċ-ċilindru
tas-Swage Terminal sal-fond massimu tat-terminal. Immarka l-ħabel fit-tarf tas-Swage Terminal għar-
referenza biex tara li l-ħabel ma joħroġx ’il barra mis-Swage Terminal waqt it-tiswir.
B. Sawwar is-Swage Terminal darba fuq it-tarf għall-konnettur taċ-ċilindru: (Figura 13)
Jekk preżenti
fuq il-ħabel, neħħi l-Għodda tat-Tensjonar.
C Sawwar iċ-ċilindru tas-Swage Terminal ħames darbiet oħra u pprogressa lejn ix-xoffa jew ċanfrin
fit-tarf tas-Swage Terminal: (Figura 14)
. Kull bite suċċessiva għandu jkollha spazju kif speċifikat fit-
Tabella tal-Hex Swaging
bl-aħħar bite tispiċċa eżatt qabel l-ispalla fis-Swage Terminal.
D. Wara li jitlestew is-6 tiswiriet, kejjel matul l-uċuħ ta’ kull bite b’Kaliper biex tiżgura li huma fil-
medda speċifika fit-Tabella tal-Hex Swaging. (Figura 15)
Ittestja s-swages kollha billi tiġbed sa 19 kN (4,270 lbf). Żomm it-tagħbija għal 3 minuti mingħajr żliq.
Pass 4.
Waħħal il-gwidi tal-ħabel (Figura 8) jew il-bracket(s) tan-nofs (Figura 9):
Installa l-gwida tal-ħabel jew
il-bracket(s) tan-nofs fuq l-iskaluna/i tas-sellum. Il-brackets tan-nofs (Figura 9) jeħtieġ li jkollhom spazju kif jidher
fit-tabella: It-tul tas-sistema (A) se jiddetermina n-numru meħtieġ ta’ sostenni tan-nofs (B). Is-sostenni tan-nofs
mhumiex meħtieġa jekk it-tul tas-sistema huwa inqas minn 10m. Għas-Sistema ta’ Cabloc, jekk it-tul tas-sistema
huwa 10m jew aktar, hemm bżonn ta’ gwida tal-ħabel waħda mill-inqas kull 10m. Għas-Sistema ta’ Cabloc Pro,
jekk it-tul tas-sistema huwa 10m jew aktar, hemm bżonn ta’ sostenn tan-nofs wieħed mill-inqas kull 5m.
Pass 5. Installa l-ankra t’isfel (Figura 5):
Installa l-ankra t’isfel fuq is-sistema.
Pass 6. (Sistema ta’ Cabloc) Installa ċ-ċurkett għat-twaħħil t’isfel u l-klamps tal-ħabel (Figura 5a):
Daħħal
iċ-ċurkett għat-twaħħil t’isfel fl-ankra t’isfel, immonta fuq iċ-ċurkett u għaddi l-ħabbel minnu. Imbagħad
waħħal il-klamps tal-ħabel (minimu ta’ 2) biex iżżomm il-ħabel f’postu. Issikka l-iskorfina sakemm il-groove
tgħaddi minn ġo fih, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
Pass 7. (Sistema ta’ Cabloc Pro) Vit tal-Hex Swage (Figura 6):
Jekk qed tuża vit fil-qiegħ tas-sistema, agħmel
hex swage tal-vit u daħħlu fl-ankra t’isfel (ikkuntattja lill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M għal għodod ta’
hex swaging u speċifikazzjoni). Issikka l-iskorfina permezz ta’ spaners ta’ 12mm u 19mm sakemm il-groove
tgħaddi minn ġo fih, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
;
Linji Gwida dwar l-Installazzjoni tal-Ħabel: L-angolu tal-ħruġ tal-ħabel m’għandux ikun aktar minn +/- 5˚ meta
toħroġ bracket tan-nofs, Toggle jew Vit tal-Hex. Dan sabiex tevita t-tgerrim tal-ħabel li jista’ jikkawża ħsara sinifikanti.
Dan se jippermeti wkoll lis-sistema tiġi tensjonata mingħajr ma joħloq piż fuq punt speċifiku fuq il-ħabel.
;
Skont it-tul tas-sistema, u l-ambjent fejn is-sistema hija installata, jista’ jkun neċessarju li minn żmien għal żmien
terġa’ tittensjona s-sistema mill-ġdid. Meded ta’ temperaturi estremi u sistemi twal ħafna x’aktarx li se jkun jeħtieġu
tensjonar mill-ġdid minn żmien għal żmien. Ikkuntattaja lill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M għad-dettalji.
Pass 8. (Mhux Bilfors) Installa l-Ankra Universali (Figura 3):
L-ankra universali tista’ tiġi installata kemm fuq
in-naħa ta’ fuq kif ukoll dik t’isfel tas-sistema. Uża l-assorbitur tal-enerġija in-line biex tqabbad il-parti ta’ fuq
tal-ħabel mal-ankra universali ta’ fuq. Fin-naħa t’isfel tas-sistema waħħal it-tensjonatur kif muri u għaddi
l-ħabel minnu. Imbagħad waħħal il-klamps tal-ħabel (2) biex iżżomm il-ħabel f’postu. Dawwar il-kamin biex
tissikka l-ħabel sakemm l-indikatur tat-tensjoni jkun jista’ jdur b’mod liberu, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid
il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
4.0 IDENTIFIKAZZJONI U SPEZZJONI WARA L-INSTALLAZZJONI TAS-SISTEMA:
A.
Installa t-tikketta tal-installazzjoni u s-servizz fuq is-sellum jew l-istruttura f’post prominenti. Uża ż-żippijiet ipprovduti
mat-tikketta biex tqabbadha mas-sellum jew mal-istruttura. Qabel tinstalla t-tikketta, immarka d-data tal-installazzjoni
u n-numru ta’ utenti permessi fil-postijiet xierqa fuq it-tikketta. Uża stampatur tal-ittri tal-metall biex timmarka
t-tikketta. Ikteb it-tagħrif ta’ identifikazzjoni tas-sistema fil-
Lista tal-Kontroll tal-Installazzjoni
fi tmiem dan il-manwal.
B.
Wara l-installazzjoni wettaq spezzjoni finali tas-sistema kif ġej:
• Aċċerta li l-qfieli kollha huma f’posthom u huma ssikkati sew.
• Aċċerta li l-ħabel li jġorr huwa ttensjonat kif suppost. Tużax is-sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro jekk in-naħa t’isfel tal-
ħabel mhix f’pożizzjoni sigura/tensjonata mal-assemblaġġ tal-ankra t’isfel.
• Aċċerta li l-ħabel li jġorr ma jħokkx mal-istruttura fl-ebda punt.
• Aċċerta li t-tagħrif dwar is-sistema huwa miktub fuq it-tikketta.