![Inogen IO-501 User Manual Download Page 340](http://html1.mh-extra.com/html/inogen/io-501/io-501_user-manual_2064284340.webp)
©2022 Inogen, Inc. Id-drittijiet kollha riżervati.
Paġna 340 minn 356 96-12100-01-01-A
10.7 KURA U MANUTENZJONI TAL-BATTERIJA
Batteriji tal-jone tal-litju (lithium-ion) jeħtieġu kura speċjali biex jiżguraw prestazzjoni xierqa u ħajja twila. Uża biss batteriji
kompatibbli mal-apparat tiegħek.
• Żomm Niexef:
Dejjem żomm il-likwidi ’l bogħod mill-batteriji. Jekk il-batteriji jixxarrbu, waqqaf l-użu minnufih u armi l-batterija
kif suppost.
• L-effett tat-temperatura fuq il-prestazzjoni tal-batterija:
Il-batterija tagħti l-enerġija lill-apparat taħt ħafna mill-
kundizzjonijiet ambjentali. Biex testendi l-ħin ta’ kemm iddum il-batterija tiegħek, evita t-tħaddim f’temperaturi ta’ inqas minn
41 °F (5 °C) jew ogħla minn 95 °F (35 °C) għal perjodi ta’ żmien estiżi.
• Ħżin tal-batterija:
Neħħi l-batterija tiegħek mill-apparat meta ma jkunx qed jintuża biex tevita skariku involontarju. Aħżen
il-batterija f’post frisk u niexef. Aħżen b’ċarġ ta’ mill-inqas 40-50 %. Il-batteriji għandhom jiġu ċċarġjati sa ċarġ sħiħa u jiġu
skarikati sa 0 % mill-inqas darba kull 90 jum biex tinżamm ħajja massima. Evita li taħżen il-batterioja tat-tagħmir tiegħek
f’temperaturi estremi, taħt -4 °F (-20 °C) jew’il fuq minn 140 °F (60 °C), għal kwalunkwe ammont ta’ ħin.
• Rimi tal-batterija:
Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għar-rimi xieraq tal-batterija. Il-batteriji tal-jone tal-litju, bħall-batteriji
rikarikabbli kollha, huma riċiklabbli u qatt m’għandhom jiġu inċinerati.
10.8 ĦAJJA OPERATTIVA
Il-ħajja operattiva mistennija tal-apparat hija ta’ 5 snin, ħlief għas-sodod tal-passatur (kolonni tal-plastik) li għandhom ħajja
mistennija ta’ sena u l-batteriji, li għandhom ħajja mistennija ta’ 500 ċiklu sħiħ ta’ ċarġ/disċarġ.
11. TQABBID (PAIRING) TAL-APPART TIEGĦEK MAL-APP CONNECT
L-Inogen Connect App tqabbad (pairing) il-konċentratur portabbli tal-ossiġnu tiegħek mal-mowbajl jew mat-tablet tiegħek bl-użu tat-
teknoloġija Bluetooth. Mhijiex disponibbli f’kull pajjiż — ikkuntattja lill-fornitur tat-tagħmir tiegħek għal aktar informazzjoni.
IMPORTANTI: l-app mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi l-pannell tal-interfaċċa tal-utent, li huwa s-sors primarju ta’ informazzjoni li
l-pazjent għandu jirreferi għaliha meta jħaddem l-apparat.
IMPORTANTI: Il-konnessjoni tal-Inogen Rove 6 ma’ konnessjoni Bluetooth li tinkludi tagħmir ieħor tista’ tirriżulta f’riskji li ma jkunux
ġew identifikati qabel għall-pazjenti, l-operaturi jew partijiet terzi oħra. L-organizzazzjoni responsabbli għandha tidentifika, tanalizza,
tevalwa u tikkontrolla dawn ir-riskji. Bidliet sussegwenti għall-konnessjoni Bluetooth jistgħu jintroduċu riskji ġodda u jeħtieġu analiżi
addizzjonali. Bidliet fil-konnessjoni Bluetooth jinkludu:
• Bidliet fil-konfigurazzjoni Bluetooth.
• Konnessjoni ta ‘oġġetti addizzjonali għall-konnessjoni Bluetooth.
• Oġġetti skonnettjati mill-konnessjoni Bluetooth.
• Aġġornament tat-tagħmir konness mal-konnessjoni Bluetooth.
• Aġġornament tat-tagħmir konness mal-konnessjoni Bluetooth.
Summary of Contents for IO-501
Page 2: ... 2022 Inogen Inc All rights reserved Page 2 of 356 96 12100 01 01 A ...
Page 52: ... 2022 Inogen Inc All rights reserved Page 52 of 356 96 12100 01 01 A ...
Page 102: ... 2022 Inogen Inc Alle rechten voorbehouden Pagina 102 van 356 96 12100 01 01 A ...
Page 152: ... 2022 Inogen Inc Tous droits réservés Page 152 de 356 96 12100 01 01 A ...
Page 202: ... 2022 Inogen Inc Alle Rechte vorbehalten Seite 202 von 356 96 12100 01 01 A ...
Page 252: ... 2022 Inogen Inc Tutti i diritti riservati Pagina 252 di 356 96 12100 01 01 A ...
Page 302: ... 2022 Inogen Inc Wszelkie prawa są zastrzeżone Str 302 z 356 96 12100 01 01 A ...
Page 352: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 352 minn 356 96 12100 01 01 A ...
Page 353: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 353 minn 356 96 12100 01 01 A Maltese ...
Page 354: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 354 minn 356 96 12100 01 01 A ...
Page 355: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 355 minn 356 96 12100 01 01 A Maltese ...