![Inogen IO-501 User Manual Download Page 309](http://html1.mh-extra.com/html/inogen/io-501/io-501_user-manual_2064284309.webp)
©2022 Inogen, Inc. Id-drittijiet kollha riżervati.
Paġna 309 minn 356 96-12100-01-01-A
Maltese
jikkawża tisħin żejjed tal-wajer DC.
• Iżżarmax il-provvista tal-enerġija. Dan jista’ jwassal għal
ħsara tal-komponent u/jew riskju għas-sikurezza.
• Tpoġġi xejn fil-port tal-enerġija tal-apparat għajr il-provvista
tal-enerġija fornuta. Jekk tintuża extension, uża wajer tal-
extension li għandu Underwriters Laboratory (UL) Mark u
ħxuna minima tal-wajer ta’ 18 gauge. Tqabbad l-ebda apparat
ieħor mal-istess wajer ta’ estensjoni.
• Tippakkeġġax mill-ġdid il-konċentratur, l-aċċessorji, jew
is-sistemi għall-ġarr f’imballaġġ mhux ipprovdut minn
Inogen.
• Tagħmilx jumpstart lill-karozza bil-wajer tad-DC mqabbad.
Dan jista’ jwassal għal żidiet fil-vultaġġ li jistgħu jitfu u/jew
jagħmlu ħsara lill-apparat.
• Tħallix l-apparat f’ambjent li jista’ jilħaq temperaturi għoljin,
bħal karozza vojta f’ambjenti ta’ temperatura għolja.
• Tmissx il-kuntatti elettriċi ngastati taċ-Ċarġer tal-Batterija
Esterna; il-ħsara lill-kuntatti tista’ taffettwa l-operazzjoni
taċ-ċarġer.
• L-apparat se jaħdem kif speċifikat biss meta jintuża fil-meded
tat-temperatura u tal-umdità tal-altitudni kif speċifikat
f’dawn l-istruzzjonijiet għall-użu
• L-apparat għandu jinżamm niexef il-ħin kollu. L-esponiment
għall-ilma jista’ jwassal għal xokk elettriku u/jew ħsara.
• Għall-aħjar ħajja tal-kolonni tal-filtraġġ, il-prodott għandu
jintuża ta’ spiss.
• Il-batterija tal-apparat taġixxi bħala provvista tal-enerġija
sekondarja fil-każ ta’ telf ippjanat jew mhux mistenni
tal-provvista tal-enerġija esterna. Anke meta jitħaddem
l-apparat minn provvista ta’ enerġija esterna, batterija
mdaħħla sew għandha tinżamm fl-unità. Jekk tagħmel
hekk, tnaqqas ir-riskju li tinterrompi l-operazzjoni u żżomm
l-allarmi jiffunzjonaw.
• Il-provvista tal-enerġija għandha titqiegħed f’post
b’ventilazzjoni tajba peress li tiddependi fuq iċ-ċirkolazzjoni
tal-arja għad-dissipazzjoni tas-sħana. Il-provvista tal-
enerġija tista’ tisħon waqt it-tħaddim; jekk jiġri dan, ħalliha
tibred qabel ma taqbadha f’idejk sabiex tevita l-korriment.
• Ara li s-sokit tal-enerġija tal-karozzi huwa nadif mill-irmied
tas-sigaretti u l-plagg tal-adapter joqgħod sew, inkella jista’
jkun hemm sħana żejda.
• Ara li s-sokit tal-enerġija tal-karozzi jkollu fjus xieraq għar-
rekwiżit tal-enerġija tal-apparat (minimu ta’ 15Amp). Jekk
is-sokit tal-enerġija ma jistax jieħu tagħbija ta’ 15Amp, il-fjus
jista’ jtir, jew is-sokit tista’ ssirlu l-ħsara.
• Meta tħaddem l-apparat f’karozza, ara li l-magna tal-vettura
tkun għaddejja, qabel ma tqabbad il-wajer Dcfl-adapter tal-
lighter tas-sigaretti. It-tħaddim tal-apparat mingħajr ma tkun
għaddejja l-magna jista’ jixrob il-batterija tal-vettura.
• Bidla fl-altitudni (pereżempju, mil-livell tal-baħar għall-
muntanji) tista’ taffettwa l-ossiġnu totali disponibbli għall-
pazjent. Ikkonsulta tabib/a qabel tivjaġġa lejn altitudnijiet
ogħla jew aktar baxxi sabiex tiddetermina għandux jinbidel
is-setting tal-fluss tal-arja.
• Dejjem żomm il-likwidi ’l bogħod mill-batteriji. Jekk
il-batteriji jixxarrbu, waqqaf l-użu minnufih u armi l-batterija
kif suppost.
• Biex testendi l-ħin tat-tħaddim tal-batterija tiegħek, evita
li tħaddimha f’temperaturi ta’ inqas minn 41 °F (5 °C) jew
ogħla minn 95 °F (35 °C) għal perjodi ta’ żmien estiżi. Aħżen
il-batterija f’post frisk u niexef. Aħżen b’ċarġ ta’ 40-50%.
• Pazjenti li juru li qed jisfurzaw biex jieħdu n-nifs taħt il-valur
speċifikat ta’ sensittività ispiratorja jistgħu ma jkunux kapaċi
jiskattaw l-apparat b’mod konsistenti biex jirċievu t-terapija
tal-ossiġnu.
4. STRUZZJONIJIET U TAĦRIĠ
Il-fornitur tal-prodott għandu jiżgura li, fejn xieraq, l-utenti
kollha ta’ dan l-apparat jiġu pprovduti bil-manwal għall-utent.
TWISSIJA:
Tużax il-prodott mingħajr taħriġ proprju billi taqra dan
il-manwal.
Jekk teħtieġ informazzjoni addizzjonali wara li taqra dan
il-manwal tal-utent, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tat-
tagħmir tiegħek.
Summary of Contents for IO-501
Page 2: ... 2022 Inogen Inc All rights reserved Page 2 of 356 96 12100 01 01 A ...
Page 52: ... 2022 Inogen Inc All rights reserved Page 52 of 356 96 12100 01 01 A ...
Page 102: ... 2022 Inogen Inc Alle rechten voorbehouden Pagina 102 van 356 96 12100 01 01 A ...
Page 152: ... 2022 Inogen Inc Tous droits réservés Page 152 de 356 96 12100 01 01 A ...
Page 202: ... 2022 Inogen Inc Alle Rechte vorbehalten Seite 202 von 356 96 12100 01 01 A ...
Page 252: ... 2022 Inogen Inc Tutti i diritti riservati Pagina 252 di 356 96 12100 01 01 A ...
Page 302: ... 2022 Inogen Inc Wszelkie prawa są zastrzeżone Str 302 z 356 96 12100 01 01 A ...
Page 352: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 352 minn 356 96 12100 01 01 A ...
Page 353: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 353 minn 356 96 12100 01 01 A Maltese ...
Page 354: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 354 minn 356 96 12100 01 01 A ...
Page 355: ... 2022 Inogen Inc Id drittijiet kollha riżervati Paġna 355 minn 356 96 12100 01 01 A Maltese ...