178
2.0 UŻU
2.1 PJAN TA’ PROTEZZJONI U SALVATAĠĠ MINN WAQGĦA MILL-GĦOLI:
Min iħaddem għandu jkollu Pjan
ta’ Protezzjoni u Salvataġġ minn Waqgħa mill-Għoli fis-seħħ. Il-pjan għandu jipprovdi linji gwida u rekwiżiti
għal programm ta’ protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li jinkludi policies,
responsabbiltajiet u taħriġ; proċeduri ta’ protezzjoni għall-ħarsien minn waqgħa mill-għoli; kif jiġu eliminati u
kkontrollati l-perikli ta’ waqgħa mill-għoli; proċeduri ta’ salvataġġ; investigazzjonijiet ta’ inċidenti; u l-evalwazzjoni
tal-effettività tal-programm.
2.2 FREKWENZA TA’ SPEZZJONI:
Il-Lanyards għandhom jiġu spezzjonati mill-ħaddiem
1
kull darba qabel jużahom.
Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn persuna kompetenti
2
li ma tkunx l-utent. Kundizzjonijiet ta’
xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista’ jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta’ spezzjonijiet minn
persuna kompetenti. Il-persuna kompetenti għandha tiddetermina it-tul xieraq tal-intervalli ta’ spezzjoni. Il-proċeduri
ta’ spezzjoni huma spjegati
fir-Reġistru ta’ Spezzjoni u Manutenzjoni (Tabella 2)
. Ir-riżultati ta’ kull spezzjoni minn
Persuna Kompetenti għandhom jiġu rrekordjati fir-
Reġistru ta’ Spezzjoni u Manutenzjoni
jew irrekordjati bis-sistema
ta’ Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID).
2.3 SUPPORT GĦALL-ĠISEM:
Irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu għandu jintuża mal-Lanyard. Il-punt ta’ konnessjoni
tal-irbit tas-sikurezza irid ikun ’il fuq miċ-ċentru tal-gravità tal-utent. Ċinturin tal-ġisem (body belt) mhuwiex
awtorizzat li jintuża mal-Lanyard. Jekk isseħħ waqgħa waqt li jkun qed jintuża body belt, tista’ tikkawża telqien mhux
intenzjonat jew trawma fiżika minn support tal-ġisem mhux xieraq.
2.4 KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI:
Jekk mhux notifikat mod ieħor, it-tagħmir ta’ 3M huwa maħsub għall-użu
ma’ komponenti u subsistemi approvati ta’ 3M biss. Sostituzzjonijiet jew tibdil li jsir b’komponenti jew subsistemi
mhux approvati jistgħu jipperikolaw il-kompatibbiltà tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-
sistema sħiħa.
2.5 KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI:
Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta’
konnessjoni meta jkunu ġew iddisinjati li jaħdmu flimkien, b’mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx lill-
gate mechanisms (mekkaniżmi ta’ bibien) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw
ruħhom. Ikkuntattja lil 3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà. Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u
D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jirreżistu tal-anqas 22 kN (5,000 libbra). Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli
mal-komponenti tas-sistema ta’ ankraġġ jew ma’ dawk ta’ sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-
konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b’mod mhux intenzjonat (Ara Figura 6). Il-konnetturi għandhom
ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Huma meħtieġa snap hooks u carabiners li jingħalqu waħedhom (self-
locking).Jekk l-element ta’ konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner ikun ta’ qies żgħir jew ikollu
forma irregolari, tista’ tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta’ konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook
jew carabiner (A). Din il-forza tista’ tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu
mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.6 BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET:
Snap hooks u carabiners użati ma’ dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi
ta’ 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott għall-
utent ta’ kull wieħed minnhom. Ara Figura 7 għal eżempji ta’ konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks u
carabiners:
A. Ma’ D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B. B’mod li jkun jista’ jirriżulta f’tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m’għandhomx jiġu kkonnettjati
ma’ D-rings ta’ qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-
ring jitmejlu jew iduru, sakemm is-snap hook użata ma tkunx mgħammra b’bieba ta’ 16 kN (3,600 libbra).
C. Meta jkun hemm tagħqid falz (false engagement), fejn il-qies jew il-forma tal-konnetturi li jidħlu ġo xulxin
mhumiex kompatibbli u, mingħajr konfermazzjoni viżwali, il-konnetturi jidhru li jkunu kompletament magħluqin.
D. Ma’ xulxin.
E. Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F. Ma’ kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b’mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista’ jsir roll-out.
G. B’mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
1 Ħaddiem:
Kull persuna li tiġi protetta minn waqgħa mill-għoli b’sistema ta’ protezzjoni minn waqgħa mill-għoli attiva; jew, fil-każ ta’ Sistema ta’ twaqqif ta’
waqgħa mill-għoli; persuna li tista’ taqa’ mill-għoli waqt li tkun marbuta mas-sistema.
2 Persuna Kompetenti:
Individwu mqabbad minn min iħaddem biex ikun responsabbli għas-superviżjoni immedjata, l-implimentazzjoni, u l-monitoraġġ tal-
programm tal-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li, permezz ta’ taħriġ u għarfien, huwa kapaċi li jidentifika, jivvaluta, u
jindirizza perikli eżistenti jew potenzjali ta’ waqgħa mill-għoli, u li għandu l-awtorizzazzjoni ta’ min iħaddem li jieħu azzjoni korrettiva fil-pront fir-rigward ta’ tali
perikli.
Содержание DBI-SALA EZ-Stop AJ512Y/0
Страница 8: ...8 5 2 m 6 56 ft MAX 6 7 A B C 8 A B C D 9 1 2 3...
Страница 9: ...9 10 1 A 2 B 1 2 11 B A 1 3 2 12 A B C D 13 14 A B C...
Страница 10: ...10 15 B A B B B C 16 17 18 A B C D D C B A C C B A D E 19...
Страница 11: ...11 20 A SHOCK ABSORBE S A A 1 3 4 9 12 5 6 7 8 10 11 13 2...
Страница 29: ...2 15 Rebar 16 D 17 18 A B C D E 20...
Страница 57: ...57 3 3 3M ANSI Z359 3 3 Top Drive Arc Flash Hot Works 3 3 EL...
Страница 61: ...61 2 0 2 1 2 2 1 2 T 2 RFID 2 3 2 4 3 3 2 5 3 D 22 kN 5 000 6 2 6 3 7 A D B D D 16 kN 3 600 C D E F G 1 2...
Страница 65: ...2 15 C 16 C D 17 18 C D 20...
Страница 102: ...102 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M HE...
Страница 106: ...106 2 0 2 1 2 1 2 2 2 RFID 2 3 3M 3M 2 4 2 5 3M 5 000 22 D 6 B A C 2 6 3M 7 D D large throat 3 600 16 D roll out 1 2...
Страница 108: ...108 100 100 4 5 13 100 14 14 1 15 0 02 0 5 1 4 6 90 4 92 1 50 5 0 2 5 1 2 5 2 3M 5 3 10 10...
Страница 110: ...2 15 B A C 16 C B A D 17 18 C B A E D 20...
Страница 147: ...147 3M 3M 3M ANSI Z359 3M 3M 3M KA...
Страница 151: ...151 2 0 2 1 2 2 1 2 2 RFID 2 3 2 4 3M 3M 2 5 3M D 22 5000 2267 6 A B C 2 6 3M 7 A D B D D 16 3600 612 C D E F G 1 2...
Страница 155: ...2 15 A B C 16 A B C D 17 18 A B r C D E 20...
Страница 273: ...273 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M 3M UK...
Страница 277: ...277 2 0 2 1 2 2 1 2 2 RFID 2 3 2 4 3M 3 2 5 3 D 22 2267 96 6 A B C 2 6 3 7 A D B D D 16 1632 93 C D E F G 1 2...
Страница 281: ...2 15 B 16 B D 17 18 B D E 20...