179
3.0 INSTALLAZZJONI U AĠĠUSTAMENT
3.1 IPPJANAR:
Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 Taqsima.
3.2 ANKRAĠĠ:
Il-Figura 8 turi l-ankraġġ tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija. Agħżel post ta’ ankraġġ b'riskji minimi ta'
waqgħat liberi u waqgħat bit-tbandil (ara l-1 Taqsima). Agħżel punt ta’ ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet
statiċi speċifikati fl-1 Taqsima. Meta l-ankraġġ ’il fuq ma jkunx vijabbli, il-Lanyards jistgħu jintrabtu ma’ punt tal-
ankraġġ taħt il-livell tad-D-Ring Dorsali tal-utent, imma ma jridux ikunu ankrati taħt il-livell tas-saqajn tal-ħaddiem.
3.3 KONNESSJONI TAL-ARNEŻI:
Il-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija jrid jintuża ma’ Arneżi ta’ mal-Ġisem Kollu. L-Elementi
tal-Aċċessorji għall-Waqfien mill-Waqgħat huma mmarkati bl-ittra kapitali “A”. Għall-applikazzjonijiet għall-Waqfien
mill-Waqgħat, qabbad it-tarf tal-Lanyard li jassorbi l-enerġija mal-Element tal-Aċċessorji Dorsali (D-Ring) ta’ wara fuq
il-arneżi (ara l-Figura 8), jew l-Element tal-AċċessorjiSternali (D-ring) fuq is-sider. Irreferi mal-istruzzjonijiet inklużi
mal-arneżi tiegħek għal applikazzjonijiet oħra għall-protezzjoni mill-waqgħat u l-konnessjonijiet rakkomandati tal-
arneżi.
Xi mudelli tal-Lanyard huma mgħammra b’Choker Loop li jissikka mad-D-Ring jew il-Web Loop tal-arneżi
(ara l-Figura 9). Biex tissikka l-lanyard mad-D-Ring jew il-Web Loop tal-Arneżi:
1. Daħħal il-web loop tal-lanyard fil-web loop jew fid-D-Ring fuq l-arneżi.
2. Daħħal it-tarf it-tajjeb tal-lanyard minn ġol-web loop tal-lanyard.
3. Iġbed il-lanyard minn ġol-web loop konnettiva biex tissikka l-Lanyard.
3.4 KONNESSJONI TAL-ANKRAĠĠ:
Il-Figura 8 turi l-konnessjoni tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija ma’ diversi opzjonijiet
tal-ankraġġ. It-tarf tal-ankraġġ tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija huwa kkonfigurat b’diversi opzjonijiet tal-Ganċ, Tie-
Back u Rope Grab għat-twaħħil mal-ankraġġ:
•
Konnessjoni tal-Ganċ:
Il-Figura 8A turi l-konnessjoni tar-rebar mal-Ganċ tar-Rebar tal-Lanyard. Il-Figura 8B
turi l-konnessjoni ta’ Adattur tat-Tie-Off issikkat madwar I-Beam bl-iSnap Hook tal-Lanyard. Ara t-Taqsima 2
għad-dettalji dwar il-kompatibilità tal-konnettur u l-konnessjoni kif suppost.
• Konnessjoni Tie-Back:
Il-Figura 8C turi l-irbit madwar biċċa ħadida angolata b’Lanyard Tie-Back. Orbot il-
Lanyard Tie-Back madwar struttura tal-ankraġġ kif muri fil-Figura 10.
1. Dendel it-tarf tal-Lanyard Tie-Back fuq l-istruttura tal-ankraġġ mingħajr ma ddawwar il-Lanyard. Aġġusta
l-Floating D-Ring (A) biex ikun imdendel taħt l-istruttura tal-ankraġġ. Orbot l-iSnap Hook tal-Lanyard mal-
Floating D-Ring. Kun ċert li l-Lanyard qiegħed imqabbad sew madwar l-istruttura tal-ankraġġ.
2. Tħallix l-iSnap Hook Gate (B) tmiss mal-istruttura tal-ankraġġ.
• Konnessjoni WrapBax:
Il-Figura 10 turi wkoll l-irbit madwar struttura tal-ankraġġ b’Lanyard Wrapbax. Lanyards
Wrapbax huma mgħammra b’Ganċijiet Wrapbax speċjali li jistgħu jaqbdu mat-tarf tal-Lanyard tagħhom stess:
1. Dendel it-tarf tal-Lanyard Wrapbax fuq l-istruttura tal-ankraġġ mingħajr ma ddawwar il-Lanyard. Dawwar it-
Tarf tal-Lanyard mal-istruttura tal-ankraġġ u ssikka l-Ganċ Wrapbax mat-tarf tiegħu stess. It-Tarf tal-Lanyard
jista’ jiddawwar diversi drabi madwar l-istruttura, iżda l-Ganċ Wrapbax irid ikun imdawwar darba waħda mat-
tarf.
2. Uża biss Lanyards bil-Ganċijiet Wrapbax biex torbot mal-ankraġġ u għall-konnessjoni mat-tarf tagħhom
stess. Tankrax Lanyard mingħajr Ganċ Wrapbax b’dan il-mod.
• Konnessjoni tar-Rope Grab:
Il-Figura 8C turi Lanyard li Jassorbi l-Enerġija b’Rope Grab imqabbad ma’ Kejbil
tas-Sigurtà Vertikali. Ara l-istruzzjonijiet inklużi mal-Kejbil tas-Sigurtà Vertikali tiegħek għal dettalji dwar
l-installazzjoni u l-użu tar-Rope Grab.
;
Strumenti li Jiġbdu Lura Awtomatikament:
Tqabbadx Lanyard li Jassorbi l-Enerġija jew Tagħmir li Jassorbi
l-Enerġija ma’ Strument li Jiġbed Lura Awtomatikament (SRD). Jeżistu applikazzjonijiet speċjali meta konnessjoni
ma’ SRD tista’ tkun permissibbli.
Ikkuntattaja l-Protezzjoni mill-Waqgħat ta’ 3M.
3.5 AĠĠUSTAMENT TAL-LANYARD:
Xi mudelli tal-Lanyard huma mgħammra b’Tagħmir tal-Aġġustament biex iqassar
jew itawwal it-Truf(ijiet) tal-Lanyard u jelimina l-laxk fil-Lanyard. Meta żżomm il-Lanyard stirat tnaqqas iċ-ċans li
titfixfel mal-lanyard jew milli l-lanyard jinqabad mal-oġġetti fil-viċinanzi.
•
Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla (Figura 11):
Biex taġġusta t-tul tat-Tarf tal-Lanyard:
1. Żerżaq il-Loop Keeper (A) ’il bogħod mit-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla (B).
2. Żerżaq it-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla ’l fuq jew ’l isfel tul il-webbing biex tqassar jew ittawwal it-Tarf
tal-Lanyard.
3. Żerżaq il-Loop Keeper lura biex tissikka l-webbing u t-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards li Jassorbu l-Enerġija (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx
jużawhom għandhom jaqraw l-”Informazzjoni dwar is-Sigurtà” fil-bidu ta’ dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1 SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM:
Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija skont il-lista ta’ kontroll tal-
ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2)
. Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew
tindika li l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta’ waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2 WARA WAQGĦA:
Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta’ forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-
Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2)
irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
Содержание DBI-SALA EZ-Stop AJ512Y/0
Страница 8: ...8 5 2 m 6 56 ft MAX 6 7 A B C 8 A B C D 9 1 2 3...
Страница 9: ...9 10 1 A 2 B 1 2 11 B A 1 3 2 12 A B C D 13 14 A B C...
Страница 10: ...10 15 B A B B B C 16 17 18 A B C D D C B A C C B A D E 19...
Страница 11: ...11 20 A SHOCK ABSORBE S A A 1 3 4 9 12 5 6 7 8 10 11 13 2...
Страница 29: ...2 15 Rebar 16 D 17 18 A B C D E 20...
Страница 57: ...57 3 3 3M ANSI Z359 3 3 Top Drive Arc Flash Hot Works 3 3 EL...
Страница 61: ...61 2 0 2 1 2 2 1 2 T 2 RFID 2 3 2 4 3 3 2 5 3 D 22 kN 5 000 6 2 6 3 7 A D B D D 16 kN 3 600 C D E F G 1 2...
Страница 65: ...2 15 C 16 C D 17 18 C D 20...
Страница 102: ...102 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M HE...
Страница 106: ...106 2 0 2 1 2 1 2 2 2 RFID 2 3 3M 3M 2 4 2 5 3M 5 000 22 D 6 B A C 2 6 3M 7 D D large throat 3 600 16 D roll out 1 2...
Страница 108: ...108 100 100 4 5 13 100 14 14 1 15 0 02 0 5 1 4 6 90 4 92 1 50 5 0 2 5 1 2 5 2 3M 5 3 10 10...
Страница 110: ...2 15 B A C 16 C B A D 17 18 C B A E D 20...
Страница 147: ...147 3M 3M 3M ANSI Z359 3M 3M 3M KA...
Страница 151: ...151 2 0 2 1 2 2 1 2 2 RFID 2 3 2 4 3M 3M 2 5 3M D 22 5000 2267 6 A B C 2 6 3M 7 A D B D D 16 3600 612 C D E F G 1 2...
Страница 155: ...2 15 A B C 16 A B C D 17 18 A B r C D E 20...
Страница 273: ...273 3M 3M 3M Fall Protection ANSI Z359 3M 3M 3M 3M UK...
Страница 277: ...277 2 0 2 1 2 2 1 2 2 RFID 2 3 2 4 3M 3 2 5 3 D 22 2267 96 6 A B C 2 6 3 7 A D B D D 16 1632 93 C D E F G 1 2...
Страница 281: ...2 15 B 16 B D 17 18 B D E 20...