![Oceanic OCEACV100IFW2 Instructions Manual Download Page 173](http://html2.mh-extra.com/html/oceanic/oceacv100ifw2/oceacv100ifw2_instructions-manual_3260903173.webp)
169
MT
Qatt m’għandek tinstalla l-apparat:
- eżatt taħt jew quddiem sokit tal-elettriku
jew junction box (Fig.5)
- f’kuntatt mal-ħajt jew il-paviment
- qrib purtieri, materjal infjammabbli jew
kombustibbli jew reċipjenti taħt pressjoni.
TWISSIJA:
Irrispetta d-distanzi murija f’figuri 3, 4.
Installa u uża l-apparat kif deskritt f’dawn
l-istruzzjonijiet biss.
Jekk il-kejbil tal-provvista għandha l-ħsara,
din trid tinbidel mill-manifattur, l-aġent tas-
servizz jew persuni oħra kkwalifikati sabiex
tevita l-periklu. Qatt m’għandek tuża l-apparat
jekk il-kontrolli elettroniċi jkollhom il-ħsara.
Kun żgur li l-linja tad-dawl fissa tiġi mgħammra
bi swiċċ li jiskonnettja li jippermetti l-apparat
biex jiġi skonnettjat kompletament minn
mal-mejns tad-dar, li jinkludi l-Wajer Pilota,
meta preżenti, b’mod konformi mar-regoli ta’
tqegħid ta’ wajers.
TWISSIJA: Sabiex jiġi evitat it-tisħin dannuż,
taħt l-ebda ċirkostanza m’għandek qatt tgħatti
l-apparat (Fig. 7). Qatt m’għandek ixxekkel il-
fluss tal-arja billi ddaħħal materjal ġol-apparat.
L-apparat fih kwantità preċiża ta’ żejt. It-tiswijiet
kollha meħtieġa mill-apparat biex jinfetaħ
għandhom isiru minn professjonist ikkwalifikat.
F’każ ta’ tnixxijat taż-żejt, ikkuntattja l-aġent
lokali tiegħek jew professjonist kwalifikat.
Sabiex tarmi l-apparat, ikkonforma mal-
leġiżlazzjoni attwali għar-rimi ta’ żejt u
l-ġestjoni ta’ skart.
Tfal li għadhom m’għalqux it-3 snin
għandhom jinżammu ‘l bogħod kemm-
il darba ma jkunux taħt sorveljanza
kontinwa.
Tfal li għandhom bejn it-3 snin u inqas
minn 8 snin jistgħu jixgħelu/jitfu
l-apparat biss kemm-il darba dan ikun
tqiegħed jew ġie installat fil-pożizzjoni
ta’ ħidma normali maħsuba għalih
u jkunu ngħataw superviżjoni jew
struzzjonijiet rigward l-użu tal-apparat
b’mod sikur u li jifhmu l-perikli involuti.
Tfal bejn it-3 u t-8 snin ma jistgħux
jiskonnettjaw, jirregolaw u jnaddfu
l-apparat jew iwettqu manutenzjoni
tal-utent.
Dan l-apparat jista’ jintuża minn tfal
mill-età ta’ 8 snin u aktar u persuni li
għandhom kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali
jew mentali mnaqqsa jew nuqqas a’
esperjenza u għerf jekk ikunu ngħataw
superviżjoni jew struzzjonijiet rigward
l-użu tal-apparat b’mod sikur u jifhmu
l-perikli involuti. It-tfal m’għandhomx
jilgħabu bl-apparat. It-tindif u
l-manutenzjoni tal-utent m’għandux
isir minn tfal mingħajr superviżjoni.
ATTENZJONI: Xi partijiet minn dan il-
prodott jistgħu jisħu ħafna u jikkaġunaw
ħruq. Attenzjoni partikolari għandha
tingħata meta tfal u persuni vulnerabbli
jkunu preżenti.
TWISSIJA
IMPORTANTI!
PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA TA’ PERSUNI, PETS U
OĠĠETTI.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA’ XOKK ELETTRIKU.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA’ ĦSARA LILL-APPARAT.
IMPORTANTI!
TEMPERATURI GĦOLJIN.
RISKJU TA’ ĦRUQ.
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
EFFIĊJENTI.
M’GĦANDEKX TGĦATTI L-APPARAT!
SIMBOLI UŻATI FIL-MANWAL
Summary of Contents for OCEACV100IFW2
Page 16: ...12 IT...
Page 28: ...GB...
Page 39: ...FR...
Page 40: ...FR 36...
Page 52: ...DE...
Page 64: ...ES...
Page 76: ...72 PT...
Page 88: ...NL...
Page 100: ...96 PL...
Page 112: ...SI...
Page 124: ...HR...
Page 136: ...132 BA...
Page 148: ...RO...
Page 160: ...HU...
Page 161: ...GR 5 3 4 7 3 3 8 3 8 8...
Page 163: ...GR 4 50cm 7 3 2 230 V 50 Hz 1 30 mA 25 cm 8 8 1 2 6 1 3...
Page 164: ...GR ON Standby Standby...
Page 169: ...GR 2h ASC 5 6 7 r r r r r r r r 2h r r r r r r 8 r...
Page 171: ...167 GR V 30 mA...
Page 172: ...GR...
Page 184: ...MT...
Page 185: ...RU 5 3 4 7 3 3 8 3 8 8...
Page 187: ...RU 4 50 7 3 2 230 50 1 30 25 8 8 1 2 6...
Page 188: ...RU ON Standby Standby...
Page 192: ...RU 2 2 4 3 2 2 Standby 2 2 Standby 2 4 3 3 4 3 4 2 2 2h 2 2 Standby 4 3 5 EnergySaving...
Page 193: ...RU 2 ASC 5 6 7 r r r r r r r r 2 r r r r r r 8 r...
Page 195: ...191 RU 30 Fil Pilote...
Page 196: ...192 RU...
Page 201: ...2018_OCEACV100_CV B...