139
6.0 MANUTENZJONI, SERVIZZ, U ĦAŻNA
;
Tnaddafx u tiddiżinfettax il-
Lanyards
b’xi metodu ieħor minbarra dak speċifikat fl-“Istruzzjonijiet tat-Tindif” li
ġejjin. Metodi oħra jistgħu jħallu effetti ħżiena fuq il-
Lanyards
jew l-utent.
6.1 TINDIF:
Il-proċeduri tat-tindif għal-Lanyard huma kif ġej:
•
Naddaf perjodikament in-naħa ta’ barra tal-Lanyard bl-użu tal-ilma u soluzzjoni bi ftit sapun. It-temperatura
tal-ilma m’għandhiex taqbeż l-40 °C (104 °F). Ippożizzjona l-Lanyard b’tali mod biex jitlaq l-ilma żejjed. Tużax
dry-cleaning. Tgħaddix bil-ħadida tal-mogħdija. Naddaf it-tikketti kif meħtieġ.
•
Naddaf il-Kejbil tas-Sigurtà tal-Web b’soluzzjoni tal-ilma u ftit sapun. Laħlaħ u nixxef sew bl-arja. Tipprovax
tnixxef malajr bl-użu tas-sħana. Il-kejbil tas-sigurtà għandu jkun niexef qabel tħallih jinġibed lura fit-tagħmir.
Akkumulazzjoni eċċessiva ta’ ħmieġ, żebgħa, eċċ. tista' tipprevjeni l-kejbil tas-sigurtà milli jinġibed lura
kompletament ġot-tagħmir u jista’ jikkawża periklu ta’ waqgħa libera.
;
Uża deterġent mingħajr bliċ meta tnaddaf il-
Lanyards
. M’GĦANDHOMX jintużaw aġenti għat-trattib tad-
drapp jew kartaxugi meta tnaddaf u tnixxef il-
Lanyards
6.2 SERVIZZ:
Il-lanyards ma jissewwewx. Jekk il-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta’ waqgħat, jew
l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi l-Lanyard mis-servizz u armih.
6.3 ĦAŻNA/TRASPORT:
Aħżen u ttrasporta l-Lanyards f’ambjent frisk, niexef, nadif u mhux fid-dawl tax-xemx diretta.
Evita spazji fejn jista’ jkun hemm fwar ta’ sustanzi kimiċi. Spezzjona l-Lanyards bir-reqqa wara kull perjodu ta’ ħażna
fit-tul.
7.0 TIKKETTI
Il-Figura 11 turi t-tikketti fuq il-Lanyards u l-postijiet tagħhom. It-tikketti kollha jridu jkunu preżenti fuq il-Lanyard.
L-informazzjoni fuq kull tikketta hija kif ġej:
Ara Figura 11:
Deskrizzjoni
1
Numru tal-mudell
2
Numru tas-serje
3
Numru tal-lott
4
Indirizz tal-Manifattur
5
Ara l-Istruzzjonijiet
6
Standard Ewrope
7
Marka ta’ Konformità Ewropea CE
8
Numru tal-Korp notifikat li se jwettaq il-Konformità mat-tip
9
Tul
10
Xahar tal-manifattura
11
Sena tal-manifattura
12
Indirizz tal-Web tal-Manifattur
13
Dijametru tal-ħabel
14
Kapaċità