109
Malti
• Neħħi kwalunkwe għodda użata għall-manutenzjoni
jew għat-tiswija qabel ma tuża s-senter tal-arja.
Għodod li jitħallew imwaħħla ma’ parti li tiċċaqlaq tas-
senter tal-arja jistgħu jirriżultaw f’korriment personali.
• Uża l-għodda b’attenzjoni, għax tista’ tiksaħ, u dan
jaffettwa l-qabda u l-kontroll.
• Qatt ma għandek tuża l-għodda fil-preżenza ta’ trab,
gassijiet jew dħaħen fjammabbli. L-għodda tista’
tipproduċi xrara li tista’ tqabbad il-gassijiet u tikkawża
nirien u ġġiegħel l-għodda tisplodi.
•
Żomm il-post tax-xogħol nadif u mdawwal sew.
F’postijiet bl-imbarazz u mudlama jistgħu jseħħu
inċidenti.
• Tużax l-għodda jekk ma tkunx f’kundizzjoni ta’
tħaddim xierqa.
• Spezzjona l-għodda qabel tħaddimha biex
tiddetermina li tkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim xierqa.
Iċċekkja għal allinjament ħażin, twaħħil tal-partijiet li
jiċċaqilqu u għal kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’
taffettwa t-tħaddim. Tħaddimx l-għodda jekk isseħħ
xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq
minħabba li tista’ tikkawża ħsara.
• Meta tħalli l-għodda f’pożizzjoni ta’ waqfien uża
ċ-ċinturin/ir-raftering hook (G) jew ħalliha fuq il-ġenb
tagħha stess. Tħallihiex tistrieħ bil-ponta ta’ quddiem
(B) tipponta lejn l-operatur jew xi ħadd fil-qrib.
• L-għodda jenħtieġ li titħaddem biss minn persuni
mħarrġa b’mod tekniku, li jkunu qraw u fehmu
l-istruzzjonijiet ta’ tħaddim/sikurezza.
• Waqt li tħaddem l-għodda, żomm lit-tfal u lill-persuni
ta’ madwarek ’il bogħod. Id-distrazzjonijiet jistgħu
jwassluk sabiex titlef il-kontroll.
• Dejjem assumi li l-għodda fiha l-imsiemer.
L-immaniġġjar traskurat tal-għodda jista’ jwassal għal
sparar mhux mistenni ta’ msiemer u għal korriment
personali.
• Tippuntax l-għodda lejk stess jew lejn xi ħadd fil-qrib
kemm jekk ikun fiha l-imsiemer kif ukoll jekk le.
L-attwazzjoni bla ħsieb tirrilaxxa l-imsiemer u dan
jista’ jkkawża korriment.
• Tisfurzax l-għodda. Uża l-għodda x-xierqa għall-
applikazzjoni tiegħek minħabba li tagħmel ix-xogħol
aħjar u b’mod aktar sikur bir-rata li għaliha ġiet
iddisinjata.
• Ma għandekx tattwa l-għodda sakemm din ma tkunx
imqiegħda b’mod sod mal-biċċa tax-xogħol. Jekk din
ma tkunx f’kuntatt mal-biċċa tax-xogħol, il-musmar
jista’ jiġi ddevjat ’il bogħod mill-mira tiegħek.
• Tużax l-għodda fuq materjal li jkun iebes wisq jew
artab wisq. Il-musmar jista’ jtir minn fuq materjal iebes
u jweġġa’ lin-nies, materjal artab jista’ jiġi ppenetrat
faċilment u jwassal biex il-musmar jittajjar liberament.
• Issammarx imsiemer f’imsiemer oħrajn.
• Oqgħod iżjed attent meta ddaħħal imsiemer f’ħitan
eżistenti jew f’partijiet oħrajn li ma jidhrux biex tevita
kuntatt ma’ oġġetti moħbija jew ma' persuni fuq in-
naħa l-oħra (eż., wajers, pajpijiet, kejbils elettriċi.)
• Wara li ddaħħal musmar, l-għodda tista’ tagħti skoss
lura (tagħmel “recoil”) u b’hekk tersaq ’il bogħod mill-
bank tax-xogħol. Biex tnaqqas ir-riskju ta’ korriment
dejjem immaniġġja r-recoil billi:
· dejjem iżżomm il-kontroll tal-għodda u kun lest
biex tirribatti l-movimenti normali jew f’daqqa bħar-
recoil.
· tħalli r-recoil tmexxi l-għodda ’l bogħod mill-bank
tax-xogħol.
· ma tirreżistix ir-recoil sabiex l-għodda tkun
imġiegħla terġa’ lura fil-bank tax-xogħol.
· iżżomm il-wiċċ u l-partijiet tal-ġisem ’il bogħod
mill-għodda.
• Meta taħdem qrib ix-xifer ta’ biċċa tax-xogħol jew
f’angoli weqfin ħafna, ogħqod attent li timminimizza
l-qsim, il-qsim min-nofs, it-tifrik jew li l-imsiemer itiru
jew jaħbtu u jtiru minn fuq wiċċ, u b’hekk jikkawżaw
korriment.
• Tużax din l-għodda biex tissikka kejbils tal-elettriku.
Din l-għodda mhijiex iddisinjata għall-installazzjoni ta’
kejbil tad-dawl u tista’ tagħmel ħsara lill-iżolament ta’
wajers tad-dawl u b’hekk tikkawża xokk elettriku jew
perikli tan-nirien. Barra minn hekk, l-għodda mhijiex
iżolata milli tiġi f’kuntatt mal-potenza elettrika.
• Tużax l-għodda biex twettaq xogħol ieħor barra
l-funzjoni li hi intiża għaliha. B’mod speċjali, tużahiex
bħala martell. L-impatt fuq l-għodda jżid ir-riskju ta’
għodda bil-ħsara u r-rilaxx aċċidentali ta’ msiemer.
• Tużax l-għodda jekk it-tikketta(i) ta’ twissija ta’
sikurezza tkun/jkunu nieqasa/neqsin jew danneġġata/
danneġġati.
• Tneħħix, tbagħbasx, jew inkella twassalx sabiex
il-kontrolli tat-tħaddim tal-għodda jsiru inoperabbli.
Tħaddimx l-għodda jekk xi parti mill-kontrolli li
jħaddmu l-għodda ma tkunx tista’ titħaddem, tiġi
skonnettjata, mibdula, jew ma taħdimx kif xieraq.
• Jenħtieġ li l-għodda ma tiġix immodifikata sakemm
dan ma jiġix awtorizzat fil-manwal jew approvat
bil-miktub minn Kyocera Unimerco Fastening.
In-nuqqas ta’ konformità jista’ jwassal għal
sitwazzjonijiet perikolużi jew għal korrimenti.
• Żomm idejk u ġismek ’il bogħod miż-żona tar-
rilaxx tal-imsiemer (B) tal-għodda.
• Uża biss imsiemer indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
mogħtija flimkien ma’ dan il-manwal.
·
Oqgħod attent meta timmaniġġja l-imsiemer għaliex
jista’ jkollhom truf u ponot li jaqtgħu.
Содержание KYOCERA TJEP-000014
Страница 2: ...www tjep eu EXPLORE OUR WEBSITE FOR MORE INFORMATION ...
Страница 179: ...www tjep eu ...