110
• Uża biss aċċessorji magħmula jew irrakkomandati
mill-manifattur tal-għodda, jew aċċessorji bi
prestazzjoni ekwivalenti għal dawk irrakkomandati
minn Kyocera Unimerco Fastening.
• Daħħal l-imsiemer wara li tikkonnettja l-kompressur
sabiex timpedixxi sparar ta’ msiemer mhux mistenni.
• Ogħqod attent waqt li tneħħi musmar imweħħel. Il-
mekkaniżmu jista’ jkun taħt kompressjoni u l-musmar
jista’ jintreħa b’saħħa waqt il-proċess tat-tneħħija ta’
kundizzjoni ta’ tweħħil.
• Neħħi l-arja kkompressata meta
· L-għodda ma tkunx qed tintuża;
· Twettaq xi manutenzjoni jew tiswija;
· Tneħħi tweħħil;
· Tgħolli, tbaxxi jew inkella tkun se tieħu l-għodda
f’post ġdid;
· L-għodda tkun barra mis-superviżjoni u mill-
kontroll tal-operatur
· Tneħħija tal-imsiemer mill-magażin.
• L-arja kkompressata tista’ tikkawża korriment gravi.
• Dejjem agħlaq il-provvista tal-arja, u skonnettja
l-għodda mill-provvista tal-arja meta din ma tkunx qed
tintuża.
• Qatt ma għandek tipponta l-arja kkompressata lejk jew
lejn xi ħadd ieħor.
• Dejjem uża l-plakka tal-arja tal-għodda (H) korretta
għall-ikkonnettjar tal-pajp flessibbli. Il-pressjoni trid
titneħħa mill-għodda meta l-ġonta tal-ikkonnettjar
(coupling joint) tiġi skonnettjata.
• Meta tuża l-għodda, taqbiżx il-pressjoni massima tat-
tħaddim
P
max.
• It-tfal ma għandhomx jilagħbu bl-għodda. It-tindif u
l-manutenzjoni mill-utent ma għandhomx isiru minn
tfal.
• Pajpijiet flessibbli ivenvnu jistgħu jikkawżaw korriment
gravi. Dejjem iċċekkja għal pajpijiet flessibbli jew
fittings bil-ħsara jew mhux sodi.
• Provvista tal-arja ottima tinkiseb bl-użu ta’ pajp talarja
pressjoni għolja.
• Qatt iġġorr jew tkaxkar l-għodda mill-pajp flessibbli
tagħha.
• Żomm l-għodda kif suppost. Jekk din ikollha
ħsara, sewwiha qabel ma tużaha. Jekk jogħġbok
irreferi għall-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għal
informazzjoni dettaljata dwar il-manutenzjoni xierqa
tal-għodda.
• Jekk jogħġbok żomm l-għodda f’kundizzjoni nadifa,
imsaħ il-griż u/jew iż-żejt wara x-xogħol. Qatt ma
għandek tuża likwidu għat-tindif fuq bażi ta’ solvent
biex tnaddaf l-għodda. Huwa possibbli li s-solvent
jiddeterjora l-komponenti tal-gomma u/jew tal-plastik
ta’ fuq l-għodda. Manku u bodì tal-għodda miksija
bil-griż jistgħu jikkawżaw twaqqigħ tal-għodda bi żball
u b’hekk korriment lil persuna fil-qrib.
• Ara li l-għodda tiegħek tissewwa minn persuna li
ssewwi kkwalifikata billi tuża biss partijiet li jiġu fornuti
jew irrakkomandati minn Kyocera Unimerco Fastening.
Dan jaċċerta li s-sikurezza tal-għodda tinżamm.
• L-għodda għandha titħaddem biss minn arja
kkompressata bl-aktar pressjoni baxxa meħtieġa
għall-avvanz tax-xogħol sabiex jitnaqqas l-istorbju u
l-vibrazzjoni, u jiġi minimizzat it-tkagħbir bl-użu.
• Uża biss lubrikanti rrakkomandati minn Kyocera
Unimerco Fastening/l-aġent ta’ TJEP lokali tiegħek.
• Uża arja kkompressata biss. L-użu ta’ ossiġenu jew ta’
gassijiet kombustibbli għat-tħaddim tal-għodda joħloq
periklu tan-nirien u splużjoni.
Perikli previsti
• L-informazzjoni għat-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju
ta’ dawn il-perikli u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli
xierqa hija essenzjali.
• Waqt it-tħaddim, jista’ joħroġ trab mill-biċċa tax-xogħol
u mis-sistema tal-imsiemer/ta’ kollazzjoni.
• Meta juża l-għodda għal perjodi twal, l-operatur jista’
jesperjenza skumdità f’dirgħajh, fi spallejh, f’għonqu,
jew f’partijiet oħrajn tal-ġisem.
• L-esponiment għall-vibrazzjoni jista’ jikkawża ħsara li
tiddiżattiva lin-nervituri u lill-provvista tad-demm tal-
idejn u tad-dirgħajn.
• Jekk l-operatur jesperjenza sintomi bħal skumdità
persistenti jew rikorrenti, uġigħ, tektik, uġigħ irqiq,
tingiż, nuqqas ta’ ħass, sensazzjoni ta’ ħruq, jew
ebusija, tinjorax dawn is-sinjali ta’ twissija. L-operatur
għandu jikkonsulta lil professjonista fil-kura medika
kkwalifikat dwar l-attivitajiet ġenerali.
• Waqt li jkun qed juża l-għodda, l-operatur għandu
jadotta qagħda xierqa iżda ergonomika. Żomm
pożizzjoni soda u evita qagħda ta’ tfixkil jew
żbilanċjata.
• Żomm idejk ħafifa, iżda sikura fuq l-għodda għaliex
ir-riskju mill-vibrazzjoni jkun ġeneralment akbar meta
wieħed iżommha b’forza akbar.
• Jista’ jkun hemm riskji residwi relatati ma’ perikli
ta’ xogħol repetittivi bħat-tul taż-żmien tal-użu fir-
rigward tal-pożizzjonijiet u l-forzi tax-xogħol. Għal
tali informazzjoni huwa rrakkomandat li tikkonsulta
EN 1005-3 u EN 1005-4.
• Żliq, tfixkil u waqgħat huma kawżi maġġuri ta’
korriment fuq il-post tax-xogħol. Oqgħod attent għall-
uċuħ li jiżolqu meta tħaddem l-għodda.
Содержание KYOCERA TJEP-000014
Страница 2: ...www tjep eu EXPLORE OUR WEBSITE FOR MORE INFORMATION ...
Страница 179: ...www tjep eu ...