Il-Malti
109
•
Tkunx traskurat bl-għodda.
•
Neħħi kwalunkwe għodda użata għall-manutenzjoni
jew għat-tiswija qabel ma tuża s-senter tal-arja.
Għodod li jitħallew imwaħħla ma’ parti li tiċċaqlaq tas-
senter tal-arja jistgħu jirriżultaw f’korriment personali.
•
Uża l-għodda b’attenzjoni, għax tista’ tiksaħ, u dan
jaffettwa l-qabda u l-kontroll.
•
Qatt ma għandek tuża l-għodda fil-preżenza ta’
trab, gassijiet jew dħaħen fjammabbli. L-għodda
tista’ tipproduċi xrara li tista’ tqabbad il-gassijiet u
tikkawża nirien u ġġiegħel l-għodda tisplodi.
•
Żomm il-post tax-xogħol nadif u mdawwal sew.
F’postijiet bl-imbarazz u mudlama jistgħu jseħħu
inċidenti.
•
Tużax l-għodda jekk ma tkunx f’kundizzjoni ta’
tħaddim xierqa.
•
Spezzjona l-għodda qabel tħaddimha biex
tiddetermina li tkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim xierqa.
Iċċekkja għal allinjament ħażin, twaħħil tal-partijiet li
jiċċaqilqu u għal kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’
taffettwa t-tħaddim. Tħaddimx l-għodda jekk isseħħ
xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq
minħabba li tista’ tikkawża ħsara.
•
Meta tħalli l-għodda f’pożizzjoni ta’ waqfien uża
ċ-ċinturin/ir-raftering hook (G) jew poġġih dritt fuq il-
magazzin jew laġenbha. Tħallihiex tistrieħ bil-ponta
ta’ quddiem (B) tipponta lejn l-operatur jew xi ħadd
fil-qrib.
•
L-għodda jenħtieġ li titħaddem biss minn persuni
mħarrġa b’mod tekniku, li jkunu qraw u fehmu
l-istruzzjonijiet ta’ tħaddim/sikurezza.
•
Waqt li tħaddem l-għodda, żomm lit-tfal u lill-persuni
ta’ madwarek ’il bogħod. Id-distrazzjonijiet jistgħu
jwassluk sabiex titlef il-kontroll.
•
Dejjem assumi li l-għodda fiha l-imsiemer.
L-immaniġġjar traskurat tal-għodda jista’ jwassal
għal sparar mhux mistenni ta’ msiemer u għal
korriment personali.
•
Tippuntax l-għodda lejk stess jew lejn xi ħadd fil-
qrib kemm jekk ikun fiha l-imsiemer kif ukoll jekk le.
L-attwazzjoni bla ħsieb tirrilaxxa l-imsiemer u dan
jista’ jkkawża korriment.
•
Tisfurzax l-għodda. Uża l-għodda x-xierqa għall-
applikazzjoni tiegħek minħabba li tagħmel ix-xogħol
aħjar u b’mod aktar sikur bir-rata li għaliha ġiet
iddisinjata.
•
Ma għandekx tattwa l-għodda sakemm din ma tkunx
imqiegħda b’mod sod mal-biċċa tax-xogħol. Jekk din
ma tkunx f’kuntatt mal-biċċa tax-xogħol, il-musmar
jista’ jiġi ddevjat ’il bogħod mill-mira tiegħek.
•
Tużax l-għodda fuq materjal li jkun iebes wisq jew
artab wisq. Il-musmar jista’ jtir minn fuq materjal iebes
u jweġġa’ lin-nies, materjal artab jista’ jiġi ppenetrat
faċilment u jwassal biex il-musmar jittajjar liberament.
•
Issammarx imsiemer f’imsiemer oħrajn.
•
Oqgħod iżjed attent meta ddaħħal imsiemer f’ħitan
eżistenti jew f’partijiet oħrajn li ma jidhrux biex tevita
kuntatt ma’ oġġetti moħbija jew ma’ persuni fuq in-
naħa l-oħra (eż., wajers, pajpijiet, kejbils elettriċi.)
•
Wara li ddaħħal musmar, l-għodda tista’ tagħti
skoss lura (tagħmel “recoil”) u b’hekk tersaq ’il
bogħod mill-bank tax-xogħol. Biex tnaqqas ir-riskju
ta’ korriment dejjem immaniġġja r-recoil billi:
∙ dejjem iżżomm il-kontroll tal-għodda u kun lest
biex tirribatti l-movimenti normali jew f’daqqa
bħar-recoil.
∙ tħalli r-recoil tmexxi l-għodda ’l bogħod mill-bank
tax-xogħol.
∙ ma tirreżistix ir-recoil sabiex l-għodda tkun
imġiegħla terġa’ lura fil-bank tax-xogħol.
∙ iżżomm il-wiċċ u l-partijiet tal-ġisem ’il bogħod
mill-għodda.
•
Meta taħdem qrib ix-xifer ta’ biċċa tax-xogħol jew f’angoli
weqfin ħafna, ogħqod attent li timminimizza l-qsim,
il-qsim min-nofs, it-tifrik jew li l-imsiemer itiru jew jaħbtu u
jtiru minn fuq wiċċ, u b’hekk jikkawżaw korriment.
•
Tużax din l-għodda biex tissikka kejbils tal-elettriku.
Din l-għodda mhijiex iddisinjata għall-installazzjoni
ta’ kejbil tad-dawl u tista’ tagħmel ħsara lill-iżolament
ta’ wajers tad-dawl u b’hekk tikkawża xokk elettriku
jew perikli tan-nirien. Barra minn hekk, l-għodda
mhijiex iżolata milli tiġi f’kuntatt mal-potenza elettrika.
•
Tużax l-għodda biex twettaq xogħol ieħor barra
l-funzjoni li hi intiża għaliha. B’mod speċjali, tużahiex
bħala martell. L-impatt fuq l-għodda jżid ir-riskju ta’
għodda bil-ħsara u r-rilaxx aċċidentali ta’ msiemer.
•
Tużax l-għodda jekk it-tikketta(i) ta’ twissija
ta’ sikurezza tkun/jkunu nieqasa/neqsin jew
danneġġata/danneġġati.
•
Tneħħix, tbagħbasx, jew inkella twassalx sabiex
il-kontrolli tat-tħaddim tal-għodda jsiru inoperabbli.
Tħaddimx l-għodda jekk xi parti mill-kontrolli li
jħaddmu l-għodda ma tkunx tista’ titħaddem, tiġi
skonnettjata, mibdula, jew ma taħdimx kif xieraq.
•
Jenħtieġ li l-għodda ma tiġix immodifikata sakemm
dan ma jiġix awtorizzat fil-manwal jew approvat
bil-miktub minn Kyocera Unimerco Fastening.
In-nuqqas ta’ konformità jista’ jwassal għal
sitwazzjonijiet perikolużi jew għal korrimenti.
•
Żomm idejk u ġismek ’il bogħod miż-żona
tar-rilaxx tal-imsiemer (B) tal-għodda.
•
Uża biss imsiemer indikati fl-ispeċifikazzjonijiet
tekniċi mogħtija flimkien ma’ dan il-manwal.
∙ Oqgħod attent meta timmaniġġja l-imsiemer
għaliex jista’ jkollhom truf u ponot li jaqtgħu.
•
Uża biss aċċessorji magħmula jew irrakkomandati
mill-manifattur tal-għodda, jew aċċessorji bi
prestazzjoni ekwivalenti għal dawk irrakkomandati
minn Kyocera Unimerco Fastening.
•
Daħħal l-imsiemer wara li tikkonnettja l-kompressur
sabiex timpedixxi sparar ta’ msiemer mhux mistenni.
•
Ogħqod attent waqt li tneħħi musmar imweħħel.
Il-mekkaniżmu jista’ jkun taħt kompressjoni u
l-musmar jista’ jintreħa b’saħħa waqt il-proċess tat-
tneħħija ta’ kundizzjoni ta’ tweħħil.
•
Neħħi l-arja kkompressata meta
∙ L-għodda ma tkunx qed tintuża;
∙ Twettaq xi manutenzjoni jew tiswija;
∙ Tneħħi tweħħil;
∙ Tgħolli, tbaxxi jew inkella tkun se tieħu l-għodda
f’post ġdid;
Содержание 1629298
Страница 2: ...www tjep eu EXPLORE OUR WEBSITE FOR MORE INFORMATION...
Страница 4: ...4 Figures Fig A Fig B Fig C Fig D Key parts...
Страница 11: ...11 4 4 TJEP 11 11 11 12 12 12 14 15 15 15 15 15 16 16 16 16 16 16 17...
Страница 12: ...12 CE CE P MAX X BAR XXX PSI CE CE CE...
Страница 13: ...13 G B...
Страница 15: ...15 EN 1005 3 EN 1005 4 E H D C I I C I D A A B A F...
Страница 16: ...16 D C B C D TJEP TJEP TJEP Kyocera Unimerco Fastening TJEP H 80 psi 5 5 bar...
Страница 17: ...17 B C I TJEP TJEP H TJEP TJEP...
Страница 63: ...63 4 4 TJEP 63 63 63 64 64 64 66 67 67 67 67 67 68 68 68 68 68 68 69...
Страница 64: ...64 CE CE P MAX X BAR XXX PSI CE CE CE...
Страница 65: ...65 G...
Страница 67: ...67 EN 1005 3 EN 1005 4 E H D C I I C I D A B A F...
Страница 68: ...68 D C B C D TJEP TJEP TJEP Kyocera Unimerco Fastening TJEP H 80 psi 5 5 bar...
Страница 69: ...69 B C I TJEP TJEP H TJEP TJEP...
Страница 165: ......
Страница 166: ......
Страница 167: ...www tjep eu...