www.barbecook.com
81
7.5. Iggriljar taħt l-Għatu (Dome)
Din l-informazzjoni tapplika biss għall-mudelli li ġejjin:
LOEWY 45 - LOEWY 50.
Biex tagħmel l-aħjar użu mill-apparat tiegħek, tista’ twaħħal
Għatu. Dan hu Għatu nofsu miftuħ, f’forma ta’ arzella li jirrifletti
s-sħana mill-faħam tal-kannol għal fuq l-ikel. Bħala riżultat,
l-ikel tiegħek jissaħħan mill-qiegħ u minn fuq.
Dan jippermettilek issajjar firxa usa’ ta’ ikel, bħal biċċiet kbar ta’
laħam li jistgħu jiġu ggriljati b’mod iktar uniformi, u anke pizez.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-Għatu fuq
www.barbecook.com.
8. MANUTENZJONI TAL-APPARAT
8.1. Tindif tar-reċipjent
Din l-informazzjoni tapplika biss għall-mudelli li ġejjin: LOEWY
45 - LOEWY 50 (SST) - LOEWY 55 (SST).
Il-mudell LOEWY 40 mhux mgħammar b’sistema QuickStop
®
.
Biex tnaddaf ir-reċipjent fil-LOEWY 40: farfar b’xkupilja l-irmied
ġo barmil.
L-aktar passi importanti ta’ dan ix-xogħol jidhru fil-Figura
5 fil-paġna 110.
Nirrakkomandaw li tnaddaf ir-reċipjent wara kull użu. Bis-
sistema QuickStop
®
, tista’ tagħmel dan malajr. Ipproċedi kif ġej:
1. Ħalli l-apparat jiksaħ kompletament u neħħi l-gradilja.
2. Agħlaq it-toqob tal-provvista tal-arja fil-qiegħ tal-pajp ċentrali
(Fig. 5a).
3. Neħħi l-gradilja tal-qiegħ mir-reċipjent u farfar b’xkupilja
l-irmied fil-pajp (Fig. 5b).
1. Ħoll il-klipps fil-qiegħ tal-pajp ċentrali (Fig. 5c).
5. Neħħi t-taqsima ta’ fuq tal-apparat mir- reċipjent tal-ilma u
poġġih fuq naħa waħda (Fig. 5c).
6. Ferra’ l-ilma bl-irmied ġo barmil u nixxef ir-reċipjent tal-ilma
(Fig. 5d).
7. Poġġi t-taqsima ta’ fuq tal-apparat lura fuq ir-reċipjent tal-
ilma u agħlaq il-klipps.
6. Daħħal mill-ġdid il-gradilja tal-qiegħ fir-reċipjent.
8.2. Tindif tal-gradilja
Nirrakkomandaw li tnaddaf il-gradilja tal-barbecue wara kull
użu bil-likwidu tat-tindif għall-Barbecook.
Tista’ wkoll tnaddaf il-gradilja b’deterġent ħafif jew
bil-bikarbonat tas-sodju. Qatt m’għandek tuża deterġenti
tal-forn biex tnaddaf il-gradilja.
8.3. Kif taħżen l-apparat
Aħżen l-apparat f’post xott (ġewwa, taħt kenn eċċ.) wara kull
użu. Biex testendi l-ħajja tal-apparat tiegħek, aħna nagħtuk
parir biex tgħatti l-barbecue tiegħek b’kaver Barbecook.
Irreġistra l-apparat tiegħek fuq www.barbecook.com biex issib
liema kaver għandek bżonn.
Kun żgur li l-apparat ikun niexef għal kollox qabel ma
terfgħu. Dan jipprevjeni s-sadid milli jifforma.
8.4. Manutenzjoni tal-enemel, l-istainless steel u partijiet
miksija bit-trab
L-apparat huwa magħmul mill-enemel, l-istainless steel u
partijiet miksija bit-trab. Kull materjal għandek tieħu ħsiebu
b’mod differenti:
Materjal
Kif tieħu ħsieb dan il-materjal
Enemel
• Tużax oġġetti li jaqtgħu u tħabbatx
l-apparat kontra uċuħ iebsin.
• Evita l-kuntatt ma' likwidi kesħin
meta l-apparat ikun għadu sħun.
• Tista' tuża sponoż tal-metall u
prodotti tat-tindif li joborxu.
Azzar ma jsaddadx
(stainless steel)
• Tużax prodotti tat-tindif
aggressivi, li joborxu jew tal-metall.
• Uża prodotti ħfief tat-tindif u
ħallihom joqogħdu fuq l-azzar.
• Uża sponża ratba jew biċċa drapp.
• Wara t-tindif, laħlaħ l-apparat
sewwa u ħalli l-apparat jinxef
kompletament qabel ma terfgħu.
Miksi bit-trab
• Tużax oġġetti li jaqtgħu. Uża
prodotti ħfief tat-tindif u sponża
ratba jew biċċa drapp.
• Wara t-tindif, laħlaħ l-apparat
sewwa u ħalli l-apparat jinxef
kompletament qabel ma terfgħu.
Biex tevita li s-sadid jifforma fuq partijiet tal-istainless
steel, evita kull kuntatt mal-kloru, il-melħ u l-ħadid.
Ħsara li tirriżulta minħabba li ma ssegwix dawn
l-istruzzjonijiet hija meqjusa bħala manutenzjoni
inadegwata u mhix koperta mill-garanzija.
Taħt ix-xbieha mfettħa tal-apparat tiegħek (it-tieni parti tal-
manwal fil-paġna 101), tista’ tara lista tal-partijiet kollha li
jiffurmaw l-apparat tiegħek. Din il-lista tinkludi simbolu li
jispeċifika l-materjal ta’ kull parti, sabiex tkun tista’ tużah biex
tivverifika kif tieħu ħsieb parti partikolari.
Il-lista tal-partijiet tuża s-simboli li ġejjin:
Simbolu
Materjal
Enemel
Azzar ma jsaddadx
(stainless steel)
Miksi bit-trab
8.5. Ordni ta’ spare parts
Partijiet li huma esposti għan-nar jew sħana intensa
eventwalment ikollhom bżonn jiġu ssostitwiti.
Kif tordna spare parts:
1. Sib in-numru ta’ referenza tal-parti li għandek bżonn. Hemm
lista tan-numri ta’ referenza kollha taħt it-tpinġija mfettħa fit-
tieni parti ta’ dan il-manwal u fuq www.barbecook.com.
Jekk irreġistrajt l-apparat tiegħek online, il-lista t-tajba
tidher awtomatikament fil-kont MyBarbecook tiegħek.
Tista’ wkoll tordna spare parts permezz tal-kont
tiegħek.
2. Ordna l-ispare parts permezz ta’ www.barbecook.com jew
fil-punt tal-bejgħ tiegħek. Partijiet taħt garanzija jistgħu jiġu
ordnati biss permezz tal-punt tal-bejgħ tiegħek.
9. GARANZIJA
9.1. Kopert
L-apparat tiegħek għandu garanzija ta’ sentejn, li tibda
mid-data tax-xiri. Din il-garanzija tkopri d-difetti kollha tal-
manifattura, sakemm:
• int tkun użajt, immuntajt u żammejt l-apparat tiegħek skont
l-istruzzjonijiet f’dan il-manwal. Ħsara li tirriżulta minn
użu ħażin, immuntar ħażin jew manutenzjoni ħażina mhix
meqjusa bħala difett tal-manifattura.
• Tista’ tippreżenta l-irċevuta u n-numru tas-serje uniku tal-
apparat tiegħek. Dan in-numru tas-serje jikkonsisti f’16-il
ċifra. In-numru tas-serje huwa ddikjarat:
- fuq dan il-manwal
- fuq l-imballaġġ tal-apparat
- fuq il-qiegħ tas-sieq tal-apparat
• Id-dipartiment tal-kwalità tal-Barbecook jikkonferma li
l-partijiet huma difettużi u li rriżultaw difettużi taħt użu
normali, immuntar korrett u manutenzjoni xierqa.
Содержание LOEWY 40
Страница 86: ...www barbecook com 86 8 4 101 8 5 1 www barbecook com MyBarbecook 2 www barbecook com 9 9 1 16 Barbecook 9 2...
Страница 90: ...www barbecook com 90 101 8 5 1 www barbecook com MyBarbecook 2 www barbecook com 9 9 1 16 Barbecook 9 2...
Страница 102: ...www barbecook com 102 H G I I I F J J F I J I K L L M N K L LMN N M L L K...
Страница 104: ...www barbecook com 104 2 3 4 H G I I I F F J J I J I 1 A B B C E D 3x L K M...
Страница 106: ...www barbecook com 106 2 3 4 H G I I I F F J J I J I 1 A B B C E D 3x L K M...
Страница 108: ...www barbecook com 108 A B C B E D I I F I J J I F I J 4x L MK G H...
Страница 109: ...www barbecook com 109 MAX 1 2 3 a H2O b c c b a 3x...
Страница 110: ...www barbecook com 110 4 5 a b c d O2 O2 O2 O2...
Страница 111: ......