Mistrieħ
Meta tkun qed tistrieħ, tista’ tiddendel direttament mis-sett
tal-via ferrata jew tuża l-ħolqa tal-mistrieħ ipprovduta (Fig.
7.3), li tqabbdek b’mod komdu mal-punt tal-ankraġġ bi rbit
iqsar. Dejjem żomm id elastika waħda mqabbda mal-kejbil
tas-sikurezza.
Belaying b’ħabel
Utenti li jiżnu inqas minn 40 kg (mingħajr tagħmir) jew aktar
minn 120 kg (bit-tagħmir b’kollox) għandhom ikunu belayed
b’ħabel li jissodisfa l-istandards EN 892/EN 1891 jew
sistema PPE ekwivalenti ddisinjata għat-top-rope belaying.
F’partijiet diffiċli, irrispettivament mill-piż tal-utent, dejjem
huwa rrakkomandat li jsir belaying addizzjonali b’ħabel.
Mammut dejjem tirrakkomanda belaying addizzjonali għall-
adulti mingħajr esperjenza u għat-tfal (Fig. 7.4).
Kif jaħdem
Wara li jitpoġġa stress fuq l-assorbitur tal-enerġija minn
waqgħa, jista’ jkun li ma jibqax jista’ jassorbi l-enerġija minn
waqgħa oħra (Fig. 7.5).
8
Użu ħażin
Karabiner m’għandu qatt jiġi kklippjat fl-irbit tas-sikurezza
(Fig. 8.1). Dan jista’ jwaqqaf lill-assorbitur tal-enerġija milli
jaħdem kif suppost.
L-idejn elastiċi qatt m’għandhom jitpoġġew madwar
l-għonq għax dan joħloq riskju ta’ fgar (Fig. 8.2).
Qatt torbot l-idejn elastiċi f’għoqiedi, għax dan inaqqsilhom
is-saħħa (Fig. 8.3).
Il-karabiner ta’ mistrieħ għandu jitħalla mdendel liberament
meta ma jkunx qed jintuża (Fig. 8.4, 8.5, 8.6).
9
Spezzjoni
Spezzjona s-sett tal-via ferrata tiegħek qabel u wara kull
użu biex tiżgura li qed jaħdem kif suppost u m’għandux
ħsara. Żgura li l-assorbitur tal-enerġija ma tpoġġiex
taħt iżjed stress milli jiflaħ. Jekk it-tikketta tkun miksura
(kompletament jew parzjalment), ibdel is-sett tal-via ferrata.
Spezzjona l-idejn elastiċi, il-ħolqa għall-irbit u l-pawċ. Ara
jkunx hemm ħsara u sinjali ta’ tkagħbir, bħal qtugħ, tiżrit u
ħsara kimika. Żgura li l-ħjata tkun intatta.
Il-karabiner m’għandux ikollu deformitajiet jew ikun
imxaqqaq. Iftaħ il-parti li tiċċaqlaq u żgura li tingħalaq
u tinqafel waħedha meta titlaqha. It-tagħmir irid jiġi
spezzjonat kompletament minn speċjalista darba fis-sena.
10
Ħajja operattiva u meta għandek tieqaf
tuża s-sett tal-via ferrata tiegħek
Il-ħajja operattiva ta’ prodott ma tistax tiġi ddeterminata
b’mod preċiż minn qabel, peress li tiddependi fuq ħafna
EN
DE
FR
IT
ES
NO
NL
SE
FI
DK
CZ
EE
HU
LT
LV
PL
PT
RO
SK
SL
BG
GR
KR
JP
CN
72
MT