158
4.3 BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TAL-APPOĠĠ GĦALL-ĠISEM:
Il-punti tal-ankra għall-arrest ta ’waqgħa
huma mmarkati bl-ittra kapitali“ A ”. Għal applikazzjonijiet ta ‘arrest ta’ waqgħa waħħal ma ‘element ta’ twaħħil
dorsali jew sternali xieraq tal-arneż tal-ġisem sħiħ. Assigura li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u
saħħa. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-appoġġ tal-ġisem (body support) għal aktar informazzjoni kif
tagħmel konnessjonijiet.
4.4 BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TA’ QBID B’ĦABEL (ROPE GRAB):
Uża carabiner biex tqabbad direttament
mat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel, kun ċert li l-carabiner ma jagħmilx interferenza mal-operat tal-tagħmir ta’ qbid b’ħabel. Il-
carabiners għandhom ikunu tat-tip self-closing/self-locking (jingħalqu/jillokkjaw waħedhom). Assigura li l-konnessjonijiet
huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Assigura li l-konnettur mqabbad mat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jippermetti biex
il-manku jdur b’mod ħieles, u ma jagħmilx interferenza mal-operat tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel.
4.5 KARATTERISTIKA TAL-IPPARKJAR:
A.
Biex tattiva l-karatteristika tal-ipparkjar, erħi l-lieva minn fuq it-tab fuq il-ġenb tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel u
ħallih idur minn pożizzjoni vertikali għal dik orizzontali (ara Figura 2).
B.
Il-karatteristika tal-ipparkjar issa tista’ tiffunzjona u ma tippermettix li t-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jimxi ’l isfel
mal-linja tas-salvataġġ. Dan jippermetti li l-utent ikun jista’ jibqa’ fuq il-linja tas-salvataġġ għal perjodu ta’ ħin
mingħajr riskju li t-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jimxi ‘l isfel mal-linja tas-salvataġġ waqt li l-utent ikun qed jaħdem.
It-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jopera b’mod manwali waqt li l-karatteristika tal-ipparkjar tkun ingaġġata fil-post.
C.
Biex tiddiżattiva l-karatteristika tal-ipparkjar, erġa’ ħu l-lieva li tillokkja waħedha ’l fuq, waqt li tħalli li t-toqba
fil-lieva taqbad fuq it-tab fil-ġenb tal-pożizzjoni vertikali tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel u erħiha minn mal-linja tas-
salvataġġ billi tiġbed il-locking cam ’l fuq.
5.0 SPEZZJONI
5.1 FREKWENZA TA’ SPEZZJONI:
It-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel u l-Ħabel għandhom jiġu spezzjonati f’intervalli kif definiti
fit-Taqsima 2. Il-proċeduri tal-ispezzjoni huma spjegati fir-
“Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni” (Tabella 2)
.
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista’ jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza
ta’ spezzjonijiet.
5.2 KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI:
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew
difettuża, neħħi t-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel mis-servizz minnufih u eqirdu biex tevita l-użu aċċidentali. It-Tagħmir ta’
Qbid b’Ħabel u l-Ħbula ma jistgħux jiġi msewwija.
5.3 ĦAJJA TAL-PRODOTT:
Il-ħajja funzjonali tat-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel) u l-Ħbula tat-3M hija determinata mill-
kundizzjonijiet tax-xogħol u l-manutenzjoni. It-tul ta’ ħajja massima tista’ tinfirex fuq medda ta’ sena waħda (1) għal
użu qawwi f’kundizzjonijiet estremi sa 10 snin għal użu ħafif f’kundizzjonijiet moderati. Sakemm il-prodott jgħaddi
mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista’ jibqa’ jintuża fix-xogħol sa massimu ta’ 10 snin.
6.0 MANUTENZJONI, SERVICE, ĦAŻNA U TRASPORT
6.1 TINDIF:
Naddaf it-tagħmir ta’ qbid b’ħabel u l-linja tas-salvataġġ b’soluzzjoni ta’ ilma u sapun ħafif. Ixxotta l-partijiet
tal-hardware b’ċarruta nadifa u niexfa u dendel biex tnixxef għall-arja. Tipprovax tnixxef malajr bl-użu tas-sħana.
Akkumulazzjoni eċċessiva ta’ ħmieġ, żebgħa, eċċ. jista’ jkun li ma tħallix lit-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jew lil-linja tas-
salvataġġ jaħdmu tajjeb, u f’każi severi jirriżultaw f’degradazzjoni tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jew il-ħabel sal-punt
li dawn jiddgħajfu u jridu jitneħħew mis-servizz. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kundizzjoni tat-tagħmir ta’ qbid
b’ħabel jew il-linja tas-salvataġġ, jew għandek xi dubju dwar kif tpoġġihom fis-servizz, ikkuntattja lil 3M Fall Protection.
6.2 SERVICE:
It-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel u l-Ħabel ma jistgħux jiġu msewwija. Jekk it-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel u l-Ħabel
kienu soġġetti għal forzi ta’ waqgħat, jew l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-Tagħmir ta’
Qbid b’Ħabel mis-servizz u armih. Ara Sezzjoni 5.1 għall-frekwenza ta’ spezzjoni:
6.3 ĦAŻNA/TRASPORT:
Aħżen u ttrasporta it-tagħmir ta’ qbid b’ħabel u l-linja tas-salvataġġ f’ambjent frisk, xott u
nadif ’il barra mir-raġġi diretti tax-xemx. Evita spazji fejn jista’ jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona t-tagħmir ta’ qbid
b’ħabel u l-linja tas-salvataġġ bir-reqqa wara kull perjodu ta’ ħażna fit-tul.
7.0 MARKI
7.1
Figura 12 turi tikketti tal-prodotti fuq it-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel u l-Ħabel. It-tikkettar kollu għandu jkun fil-post u
f’kundizzjoni li jinqraw b’mod tajjeb.
POST:
It-tikketta bil-marki tinsab fuq it-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel u taħt ix-shrink tube fuq il-Ħabel. L-informazzjoni
fuq kull tikketta hija kif ġej:
Ara Figura 12:
Deskrizzjoni
8
Numru tal-Korp notifikat li se jwettaq il-Konformità mat-tip
1
Numru tal-mudell
9
Tul
2
Numru tas-serje
10
Xahar tal-manifattura
3
Numru tal-lott
11
Sena tal-manifattura
4
Indirizz tal-Manifattur
12
Indirizz tal-Web tal-Manifattur
5
Ara l-Istruzzjonijiet
13
Uża ma’ Ħabel tal-Linja tas-Salvataġġ b’dijametru ta’ 14-16
mm (0,55-0,63 in.) ta’ 3M™ COBRA™ Biss
6
Standard Ewrope
14
Kapaċità
7
Marka ta’ Konformità Ewropea CE
15
Orjentazzjoni korretta fl-użu
Summary of Contents for PROTECTA COBRA AC202/01
Page 3: ...3 2 H G C D J A B E F K L M S T S Q N P S Q P R S...
Page 15: ...15 3 3M 3M 3 Arc Flash Hot Works 3 3 Full Body Harness BG...
Page 22: ...2 A 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 Rebar 12...
Page 48: ...48 3 3 3 3 Top Drive Arc Flash Hot Works 3 3 EL...
Page 52: ...52 2 5 3 FC D SF 1 4 5 4 5 4 5 5 FC 2 6 6 2 7 3 3 2 8 3 D 20 kN 4 500 7 2 9 3 8 D C D F G...
Page 55: ...2 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 12...
Page 88: ...88 Vertical Lifeline Vertical Lifeline 3M 3M lifeline lifeline 3M 3M 3M HE...
Page 90: ...90 Cobra 1 1 349 lbf 6 220 lb 100 31 F 35 C 135 F 57 C EN 795 2012 12 kN 2 698 lbf 5 4 5 4...
Page 92: ...92 2 9 8 3M D roll out...
Page 95: ...2 5 1 1 12...
Page 128: ...128 3M 3M 3M 3M Arc Flash Hot Works 3M 3M KA...
Page 135: ...2 5 1 r 12...
Page 240: ...240 3M 3M 3M 3M 3M 3M UA...
Page 244: ...244 4 5 G 5 2 6 6 2 7 3M 3 2 8 3 D 20 2041 7 A B C 2 9 3 8 A D B C D E F G...
Page 247: ...2 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 12...
Page 258: ......
Page 259: ......