39
MALTI
Introduzzjoni
Elmu għall-iwweldjar huwa xedd ir-ras li waqt ċerti xogħlijiet ta’ wweldjar iservi biex jipproteġi l-għajnejn, il-wiċċ u
l-għonq kontra l-ħruq, ir-raġġi ultravjola, ix-xrar, id-dawl infraaħmar u s-sħana. L-elmu huwa magħmul minn aktar
partijiet (ara l-lista tal-partijiet ta’ rikambju). Filtru awtomatiku għall-iwweldjar jgħaqqad fih filtru passiv kontra r-raġġi
ultravjola u dawk infraħomor kif ukoll filtru attiv li jvarja fit-trażmissjoni tad-dawl fil-firxa viżibbli tal-ispettru skont
il-qawwa tal-ark għall-iwweldjar. Fil-bidu l-valur ta’ trażmissjoni tad-dawl mill-filtru awtomatiku għall-iwweldjar
ikun wieħed għoli (stat ta’ dawl). Wara li jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar u fil-ħin ta’ reazzjoni ddefinit, it-trażmissjoni
tad-dawl mill-filtru tinbidel għal valur baxx (stat ta’ dlam). Skont il-mudell, l-elmu jista’ jiġi kkombinat ma’ elmu
protettiv u/jew sistema PAPR (Powered Air Purifying Respirator: respiratur li jippurifika l-arja li jaħdem bl-elettriku).
Struzzjonijiet ta’ sikurezza
Aqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim qabel ma tibda tuża l-elmu. Iċċekkja jekk il-ħġieġa esterna hix
immuntata korrettament. Jekk ikun hemm żbalji li ma jistgħux jiġu eliminati, l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
m’għandux jibqa’ jintuża.
Miżuri ta’ prekawzjoni u limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni / Riskji
Waqt il-proċess tal-iwweldjar jiġu rilaxxati sħana u radjazzjoni li jistgħu jikkawżaw ħsarat lill-għajnejn u lill-ġilda.
Dan il-prodott jipprovdi protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ. Meta tilbes l-elmu, għajnejk ikunu dejjem protetti kontra
r-radjazzjoni ultravjola u infraħamra, irrispettivament mil-livell ta’ protezzjoni magħżul. Għall-protezzjoni tal-bqija
ta’ ġismek jenħtieġ ukoll li tilbes ilbies protettiv adattat. Jista’ jkun li materja partikolata u sustanzi rilaxxati waqt
il-proċess tal-iwweldjar jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi fil-ġilda ta’ persuni bi predispożizzjoni rilevanti. Fil-persuni
sensittivi l-kuntatt tal-ġilda mat-tagħmir għar-ras jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi. L-elmu protettiv għal min
jiwweldja ma jistax jintuża għal applikazzjonijiet oħrajn ħlief għall-iwweldjar u t-tisnin. Il-manifattur ma jieħu l-ebda
responsabbiltà f’każ li l-elmu għall-iwweldjar ma jintużax għall-iskop intiż u skont l-istruzzjonijiet għall-użu. L-elmu
huwa adattat għall-metodi komuni tal-iwweldjar kollha bl-
eċċezzjoni tal-iwweldjar bil-gass jew bil-laser.
Jekk
jogħġbok, osserva r-rakkomandazzjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni skont EN169, li tinsab fil-qoxra.
L-elmu ma jistax jintuża flok elmu protettiv. Skont il-mudell, hemm il-possibbiltà li jintuża kkombinat ma’ elmu
protettiv.
L-elmu jista’ jaffettwa l-kamp viżiv (m’hemmx vista laterali mingħajr ma ddawwar rasek), minħabba l-karatteristiċi
tal-kostruzzjoni tiegħu, u l-vista tal-kuluri, minħabba d-densità ottika tal-filtru awtomatiku li jnaqqas id-dawl. Għal
dawn ir-raġunijiet, huwa possibbli li min jużah ma jarax fanali ta’ sinjalazzjoni jew indikazzjonijiet ta’ twissija. Barra
minn hekk, hemm periklu li wieħed jaħbat ma’ ostaklu minħabba l-perimetru ikbar (tar-ras flimkien mal-elmu).
Barra minn hekk, l-elmu jnaqqas is-smigħ u s-sens tat-temperatura.
Il-modalità rieqed
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix għandu funzjoni li titfih awtomatikament u b’hekk testendi t-tul tal-użu
tal-batteriji. Jekk għal madwar 10 minuti inqas minn 1 lux ta’ dawl jinteraġixxi mal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra
t-tgħammix, dan tal-aħħar jintefa awtomatikament. Sabiex l-istoċċ jerġa’ jinxtegħel, jenħtieġ li ċ-ċelluli solari jkunu
esposti għal ftit għad-dawl tal-jum. Fil-każ li l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ma jkunx jista’ jerġa’ jiġi
attivat jew m’għadux jiskura malli jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar, il-batteriji jridu jinbidlu.
Garanzija u responsabbiltà
Dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanzija, jekk jogħġbok, ara l-informazzjoni pprovduta mill-organizzazzjoni
ta’ bejgħ nazzjonali tal-manifattur. Aktar informazzjoni relatata jista’ jipprovdihielek il-kummerċjant speċjalizzat
u awtorizzat minna. Il-garanzija tgħodd biss għal żbalji materjali u tal-produzzjoni. F’każijiet ta’ ħsarat ikkawżati
minn użu inadegwat, interventi mhux permessi jew użu mhux intiż mill-manifattur tiskadi l-garanzija u ma tittieħed
l-ebda responsabbiltà. Il-garanzija u r-responsabbiltà jiskadu wkoll jekk jintużaw partijiet ta’ rikambju differenti
minn dawk oriġinali.
It-tul mistenni tal-użu
L-elmu għall-iwweldjar m’għandux data ta’ skadenza. Il-prodott jista’ jintuża għal kemm żmien ma jseħħux ħsarat
viżibbli jew mhux viżibbli jew disfunzjonijiet.
Kif jintuża (gwida fil-qosor)
1.
Iċ-ċinta għal mar-ras.
Aġġusta ċ-ċinta ta’ fuq (pġ. 4) għad-daqs ta’ rasek. Agħfas ‘il ġewwa l-buttuna ta’ qfil
(pġ. 4) u dawwarha sakemm iċ-ċinta tkun aġġustata sew, però mingħajr ma tagħfsek iżżejjed.
2.
Id-distanza mill-għajnejn u l-inklinazzjoni tal-elmu.
Billi tħoll il-buttuni ta’ aġġustament (pġ. 4–5), tiġi
aġġustata d-distanza bejn l-istoċċ u għajnejk. Aġġusta ż-żewġ naħat b’mod indaqs u mingħajr ma tmejjilhom.
Imbagħad, erġa’ ssikka l-buttuni ta’ aġġustament. L-inklinazzjoni tal-elmu tista’ tiġi aġġustata permezz
tal-buttuna li ddur (pġ. 5).
3.
Modalità ta’ operat awtomatika / manwali.
Il-modalità għall-issettjar tal-livell ta’ protezzjoni tista’
tintgħażel bl-iswiċċ li jiżżerżaq (pġ. 6). Meta tintuża l-modalità awtomatika, il-livell ta’ protezzjoni jiġi aġġustat
awtomatikament għall-intensità tal-ark elettriku (standard EN 379:2003) permezz ta’ sistema ta’ sensuri.
Il-modalità manwali tippermetti s-settjar tal-livell ta’ protezzjoni bit-tidwir tal-buttuna (pġ. 6–7).
4.
Livell ta’ protezzjoni.
Meta tintuża l-modalità “manwali”, wieħed jista’ jżerżaq l-iswiċċ biex jagħżel bejn
il-firxiet ta’ protezzjoni SL4–SL8 u SL8–SL12. L-aġġustament preċiż isir billi tiddawwar il-buttuna tal-
potenzjometru (pġ 6–7) (ittri griżi). Fil-modalità “awtomatika”, il-livell ta’ protezzjoni (SL4–SL12) jikkonforma
mal-istandard EN 379 meta l-buttuna li ddur (pġ 6–7) tkun issettjata fil-pożizzjoni “N”. Bit-tidwir tal-buttuna,
il-livell ta’ protezzjoni ssettjat b’mod awtomatiku jista’ jiġi kkoreġut ‘il fuq jew ‘l isfel sa żewġ livelli (ittri ħodor)
skont il-preferenzi personali.
5.
Modalità għat-tisnin.
Billi wieħed jagħfas il-buttuna “Grind” (pġ 6), l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
jiġi ssettjat fil-modalità għat-tisnin. F’din il-modalità, l-istoċċ huwa ddeattivat u jibqa’ fl-istat ta’ dawl bil-livell ta’
protezzjoni SL 2.0. Il-modalità għat-tisnin attivata tintgħaraf minn ġewwa l-elmu bis-saħħa tal-LED tpetpet
bl-aħmar (pġ 6). Biex titfi l-modalità għat-tisnin, erġa’ agħfas il-buttuna “Grind”. Il-modalità għat-tisnin tintefa
awtomatikament wara 10 minuti.
6.
Sensittività.
Bil-buttuna tas-sensittività s-sensittività għad-dawl tiġi aġġustata skond l-ark tal-welding u
d-dawl ta ‘l-ambjent (pġ. 7). Il-limitu mal-livell “Super High” huwa s-setting standard. Billi ddawwar il-buttuna,
jista’ jsir aġġustament individwali. Fil-firxa “Super High” tintlaħaq sensittività għolja ħafna għad-dawl.
7.
Sensur jiżżerżaq.
Is-sensur jiżżerżaq jista’ jitqiegħed f’żewġ pożizzjonijiet differenti. Skont il-pożizzjoni,
jiċċekken (pġ. 7) jew jitkabbar (pġ. 7) l-angolu għall-għarfien tad-dawl ambjentali.
8.
Ir-regolatur tal-ħin ta’ ftuħ.
Ir-regolatur tal-ħin ta’ ftuħ (“Delay”) (pġ. 7) jippermetti l-għażla tal-ħin li jgħaddi
biex jitwettaq ftuħ mid-dlam għad-dawl. Il-buttuna li ddur tippermetti ssettjar mingħajr skaluni mid-dlam
għad-dawl bejn 0.1–2.0 s.
9.
“Twilight mode”.
Meta jkun issettjat dewmien kbir, jista’ jiġi attivat effett ta’ “fading” (“twilight mode”) li
jipproteġi l-għajnejn mit-tgħammix qawwi meta jintemmu x-xogħlijiet ta’ wweldjar. Mhuwiex irrakkomandat,
però, l-użu tal-effett ta’ “għabex” f’applikazzjonijiet tal-iwweldjar bit-takkaturi u b’intervalli qosra. Għall-
iwweldjar bit-takkaturi, issettja d-dewmien fil-minimu.
Tindif u diżinfezzjoni
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix u l-ħġieġa esterna jridu jitnaddfu bi drapp artab b’mod regolari.
M’għandhomx jintużaw deterġenti qawwija, solventi, alkoħol jew deterġenti li fihom sustanzi abrażivi. Ħġieġa
migrufa jew bil-ħsara jkun tajjeb li tinbidel.
Ħażna
L-elmu għall-iwweldjar għandu jinħażen f’temperatura ambjentali u umdità baxxa. Sabiex ittawwal it-tul tal-użu
tal-batteriji, aħżen l-elmu fl-imballaġġ oriġinali.
Kif tibdel il-ħġieġa esterna (pġ. 4–5)
Il-klipp tal-ġenb jintgħafas ‘il ġewwa sabiex tinħall u titneħħa l-ħġieġa esterna. Poġġi l-ħġieġa l-ġdida f’postha
bi klipp wieħed. Ġebbed il-ħġieġa sat-tieni klipp u sakkarha. Din l-azzjoni teħtieġ xi ammont ta’ pressjoni sabiex
is-siġill fil-ħġieġa esterna jkollu l-effett mixtieq.
Kif tibdel il-batteriji (pġ. 9)
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix għandu batteriji b’ċelluli tal-litju f’forma ta’ buttuna tat-tip CR2032 li
jistgħu jinbidlu. Fil-każ li tuża elmu għall-iwweldjar b’konnessjoni għall-arja friska, trid tneħħi s-siġill għall-wiċċ
qabel ma tibdel il-batteriji. Il-batteriji jridu jinbidlu meta l-LED tal-istoċċ tpetpet bl-aħdar.
1. Neħħi l-għatu bil-galbu.
2. Neħħi l-batterji u armihom skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskart perikoluż.
3. Daħħal batteriji tat-tip CR2032 kif muri fl-istampa.
4. Immonta l-għatu bil-galbu.
Fil-każ li l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix m’għadux jiskura malli jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar, jekk
jogħġbok, iċċekkja l-polarità korretta tal-batteriji. Biex tiċċekkja jekk il-batteriji għadx fihom biżżejjed enerġija,
qarreb l-istoċċ ta’ protezzjoni lejn lampa qawwija. Jekk issa tibda tpetpet l-LED l-ħadra, il-batteriji jkunu vojta u
jridu jinbidlu minnufih. Fil-każ li l-istoċċ ma jkunx jaħdem b’mod korrett minkejja bidla korretta tal-batteriji, għandu
jitqies li m’għadux adattat għall-użu u jrid jiġi sostitwit.
Kif timmonta u tiżmonta l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix (pġ. 8)
1. Iġbed ‘il barra l-buttuna għas-settjar tal-livell ta’ protezzjoni
2. Neħħi l-għatu għall-batteriji bil-galbu
3. Iftaħ is-sokor li jżomm il-molla tal-istoċċ ta’ protezzjoni kif muri fl-istampa
4. B’ħafna attenzjoni, ħalli l-istoċċ joħroġ bl-għajnuna tal-inklinazzjoni
5. Iftaħ is-sokor tas-satellita (regolatur estern) kif muri fl-istampa
6. Iġbed is-satellita ‘l barra mill-fetħa tal-elmu
7. Dawwar is-satellita 90° u għaddih mit-toqba tal-elmu
8. Neħħi / ibdel l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
L-immuntar tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix isir b’ordni invertit.
Soluzzjonijiet għall-problemi
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ma jiskurax
→ Aġġusta s-sensittività (pġ. 7)
→ Ibdel il-pożizzjoni tas-sensur (pġ. 7)
→ Naddaf is-sensur jew il-ħġieġa esterna
→ Iddeattiva l-modalità għat-tisnin (pġ. 6)
→ Eżamina l-fluss ta’ dawl lejn is-sensur
→ Issostitwixxi l-batteriji (pġ. 9)
Il-livell ta’ protezzjoni jħalli jgħaddi wisq dawl
→ Issettja livell ta’ protezzjoni ogħla jew uża ħġiġiet interni kkuluriti (pġ. 6–7)
Il-livell ta’ protezzjoni ma jħallix jgħaddi biżżejjed dawl
→ Agħżel livell ta’ protezzjoni aktar baxx (pġ. 6–7) → Naddaf jew ibdel il-ħġieġa esterna (pġ. 4–5)
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ipetpet
→ Adatta l-pożizzjoni tar-regolatur tal-ħin ta’ ftuħ (pġ 7) għall-metodu tal-iwweldjar użat
→ Ibdel il-batteriji (pġ. 9)
Viżibilità baxxa
→ Naddaf il-ħġieġa esterna jew l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
→ Adatta l-livell ta’ protezzjoni għall-metodu tal-iwweldjar użat
→ Żid id-dawl ambjentali
L-elmu għall-iwweldjar jiżloq
→ Erġa’ aġġusta / ilbes iċ-ċinta għal mar-ras (pġ 4)
Speċifikazzjonijiet
(Soġġetti għal emendi tekniċi)
Livell ta’ protezzjoni
Modalità awtomatika: 2.0 (stat ta’ dawl) 4 < 12 (stat ta’ dlam)
Modalità manwali: 2.0 (stat ta’ dawl) 4 < 12 (stat ta’ dlam)
Protezzjoni kontra r-radjazzjoni ultravjola / infraħamra
Protezzjoni massima fl-istati ta’ dawl u ta’ dlam
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dawl għal dak
ta’ dlam
100 μs (23 °C/73 °F) / 70 μs (55 °C/131 °F)
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dlam għal dak
ta’ dawl
0,1-2,0s b’effett ta’ “għabex”
Dimensjonijiet tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra
t-tgħammix
90 × 110 × 7 mm (3,55’’ × 4,33’’ × 0,28’’)
Dimensjonijiet tal-kamp viżiv
50 × 100 mm (1,97’’ × 3,94’’)
Provvista tal-elettriku
Ċelluli solari, 2 batterija LI 3V li jistgħu jinbidlu (CR2032)
Piż
482 g (17 oz)
Temperatura tat-tħaddim
-10°C – 70°C / 14°F – 157°F
Temperatura tal-ħażna
-20°C – 80°C / -4°F – 176°F
Klassifikazzjoni skont EN379
Kwalità ottika = 1
Dawl diffuż = 1
Omoġeneità = 1
Dipendenza fuq l-angolu viżiv= 2
Approvazzjonijiet
CE, ANSI, EAC, konformità ma’ CSA
Marki addizzjonali għall-verżjoni PAPR
(korp notifikat CE1024)
EN12491 (TH3 flimkien ma 'e3000, TH3 għal
verżjonijiet b ’hardhat u e3000)
Partijiet ta’ rikambju (pġ 8–9)
- Elmu mingħajr stoċċ (SP01)
- Sett ta’ tiswija 1 (SP06) (buttuna għas-settjar
- Stoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
tas-sensittività, buttuna tal-potenzjometru u għatu
inkl. is-satellita (SP02)
għall-batteriji)
- Ħġieġa esterna (SP03)
- Ċinta għal mar-ras mat-tagħmir għall-iffissar (SP07)
- Sett ta’ tiswija 2 (klippijiet tal-ġenb) (SP04)
-Faxxa għal mal-ġbin (SP08 / SP09)
- Ħġieġa protettiva interna (SP05)
In-numri preċiżi tal-prodotti ssibhom fin-naħa ta’ ġewwa tal-qoxra ta’ dan il-manwal (fil-paġna ta’ qabel l-aħħar).
Dikjarazzjoni tal-konformità
Ara l-indirizz tal-internet fl-aħħar paġna.
Informazzjoni legali
Dan id-dokument jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-UE 2016/425 (punt 1.4 tal-Anness II).
Dispożizzjonijiet
Informazzjoni ddettaljata fl-aħħar paġna.
Содержание crystal 2.0
Страница 2: ...2 Notes...
Страница 4: ...4 Q 1 2 6 5...
Страница 5: ...5 CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V CR 2032 Li Mn 3V Quick Start Guide 4 3...
Страница 40: ...40 Notes...
Страница 41: ...41 Notes...
Страница 42: ...42 Notes...