347
2.6 KOMPATIBILITÀ TAL-KONNETTURI:
Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta’ konnessjoni
meta jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b’mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx il-mekkaniżmi
tal-bibien (gate mechanisms) tagħhom jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil
3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà.
Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal tal-anqas 5,000 libbri (22 kN).
Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta’ ankraġġ jew ma’ dawk ta’ sistemi oħra. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b’mod mhux intenzjonat (ara Figura
9). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Jekk l-element ta’ konnessjoni li miegħu jkun
marbut snap hook jew carabiner ikun ta’ qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista’ tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta’
konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista’ tikkawża lill-bieba (B) tinfetaħ, u
tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.7 AGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma’ dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip self-locking
(jingħalqu waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir li mhuwiex
kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
Il-konnetturi ta’ 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott
għall-utent ta’ kull wieħed minnhom. Ara Figura 10 għal eżempji ta’ konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap
hooks u carabiners:
A. Ma’ D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B. B’mod li jkun jista’ jirriżulta f’tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m’għandhomx jiġu kkonnettjati ma’
D-rings ta’ qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba jekk il-ganċ jew id-D-ring jitmejlu jew
iduru, sakemm is-snap hook użat ma jkunx mgħammar b’bieba ta’ 3,600 lb (16kN). Iċċekkja l-marki fuq is-snap hook
tiegħek biex tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C. F’rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D. Ma’ xulxin.
E. Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F. Ma’ kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b’mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista’ jseħħ roll-out.
G. B’mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
Содержание ROLLGLISS R550
Страница 5: ...5 9 10 A B C D E F G A B C 11 12 B C A A D B A E C A B ...
Страница 6: ...6 13 14 C B L A RH R A C RH RD RL 2777 8mm 16mm L E VL D 15 16 1 3 2 B A A C A B 2 3 1 ...
Страница 7: ...7 17 18 1 4 5 2 6 3 A B C C D D ...
Страница 8: ...8 19 20 A A B 1 2 3 A 1 2 3 4 ...
Страница 9: ...9 21 22 1 1 2 A B 1 2 3 B A A B A B B A C C ...
Страница 10: ...10 23 1 2 3 4 5 6 9 7 8 ...
Страница 11: ...11 24 1 2 3 4 5 6 7 8 9 ...
Страница 14: ...14 28 B J K L P Q R H G I A M N O F E D C G C E D A B F A F C D E B G ...
Страница 199: ...199 ...
Страница 567: ......