![Bontempi Genius 16 6110 Скачать руководство пользователя страница 98](http://html1.mh-extra.com/html/bontempi/genius-16-6110/genius-16-6110_owners-manual_2787412098.webp)
98
IL-KORDI FAĊILITATI
Il-kordi faċilitati għall-akkumpanjament jistgħu jindaq-
qu f’2 modi differenti:
SINGLE (EASY CHORD)
B’ritmu attivat, jekk tagħfas il-buttuna SINGLE
⑨
it-tastiera tinqasam awtomatikament f’żewġ sezzjonijiet
u tista’ tikkomponi l-kordi fil-parti tax-xellug AUTO
BASS CHORD (minn DO1 sa FA#2) f’mod faċilitat
b’wieħed, tnejn jew tliet iswaba’ (ara t-tabella tal-kordi
fl-aħħar ta’ dan il-manwal).
FINGER (CLASSIC CHORD)
B’ritmu attivat, jekk tagħfas il-buttuna FINGER
⑩
it-tastiera tinqasam awtomatikament f’żewġ sezzjonijiet
u tista’ tikkomponi l-kordi, fil-parti tax-xellug imsejħa
AUTO BASS CHORD (minn DO1 sa FA#2) fil-mod
klassiku (ara t-tabella tal-kordi fl-aħħar ta’ dan il-manwal).
Jiġu rikonoxxuti l-kordi kollha prinċipali
komposti mill-
inqas minn 3 noti
; jekk tagħfas biss 2 noti l-korda mhux
se ddoqq.
AKKUMPANJAMENT AWTOMATIKU
B’ritmu għaddej, fil-modalità SINGLE jew FINGER, jekk
tagħfas il-buttuna SYNC
⑦
, l-akkumpanjament
awtomatiku jiġi attivat wara li tkun ikkomponejt il-korda
fil-parti tax-xellug (minn DO1 sa FA#2).
Jekk tagħfas il-buttuna C. OFF
⑪
jiġi eskluż
l-arranġament u toħroġ mill-modalità SINGLE jew
FINGER.
IL-METRONOMU
Il-metronomu jgħin fl-apprendiment tal-mużika, billi
jipproduċi taħbitiet mat-temp waqt li tiġi eżegwita
l-mużika u jissimula l-istrument klassiku li jagħti t-temp.
Dan jiġi attivat u diżattivat billi tagħfas il-buttuna
METRONOME
⑯
.
Id-diviżjonijiet disponibbli huma: 1/4, 2/4, 3/4, 4/4; biex
tvarja l-veloċità, uża l-buttuni TEMPO + jew TEMPO –
⑫
.
DRUMS
Jekk tagħfas il-buttuna KEY DRUM
⑬
, fuq it-tasti bojod
u suwed jiġu attivati 12-il strument ritmiku perkussiv
ripetuti fil-5 ottavi kollha tat-tastiera.
PROGRAMMAZZJONI TA’ SEKWENZA
RITMIKA
Il-funzjoni PROGRAM tippermetti li tiġi reġistrata
sekwenza ritmika. Agħfas il-buttuna PROG
④
u
kkomponi sekwenza ritmika permezz tat-tasti bojod u
suwed tat-tastiera; agħfas PLAY
⑥
biex tisma’ mill-ġdid
il-programmazzjoni u tirregola l-veloċità tar-ritmu
permezz tal-buttuni TEMPO + jew TEMPO –
⑫
.
IL-FUNZJONI BIEX TIRREKORDJA U TISMA’
MILL-ĠDID
Din il-funzjoni tippermetti li tirrekordja u tisma’ mill-ġdid
id-diska li tkun indaqqet fuq it-tastiera.
Biex tirreġistra, agħfas il-buttuna REC
⑤
qabel ma tibda
ddoqq id-diska. Biex tisma’ mill-ġdid id-diska li ġiet
irrekordjata, agħfas
PLAY
⑥
.
MP3 Player
Din it-tastiera tippermetti l-qari ta’ kan-
zunetti MP3 li jkunu fuq USB Flash
drive (Pen Drive), meta din tkun kon-
nessa ma’ port tal-USB fuq wara tal-
istrument
㉛
. Wara li tkun ikkollegajt l-apparat tibda
l-eżekuzzjoni awtomatika tal-ewwel kanzunetta u din se
tiġi riprodotta permezz tal-ispikers tat-tastiera. Sabiex
tirregola l-volum żomm magħfusin il-buttuni MP3
PLAYER jew –
②
; biex twaqqaf temporanja-
ment il-kanzunetta agħfas il-buttuna PAUSE/PLAY
②
; sabiex tgħaddi għall-kanzunetta li jmiss jew ta’
qabel agħfas il-buttuni
jew
②
.