•
Dan l-ispeaker mhuwiex ġugarell - użah biss fil-but estern tal-ispeaker u żommu ‘l bogħod mit-tfal sabiex
tipprevjeni li t-tfal jifggħu jew jitħabblu fih.
•
Dan l-ispeaker għandu l-volum ristrett sabiex jipprevjeni milli jikkawża ħsara lis-smigħ, jekk jogħġbok uża
dan l-ispeaker mal-pushchair biss (jew sostituzzjoni uffiċjali ta’ Cosatto), u osserva l-istess livelli jekk mezzi
oħra tal-medja huma użati.
•
Il-but għall-mezzi ta’ multimedja li jinsab fuq it-tinda jesa’ sa massimu ta’ 250 x 190 x 10 mm u 700 gramma.
Ħu ħsieb li ma tagħmilx ħsara lid-drapp waqt li qiegħed twaħħal jew tneħħi l-but.
•
Sabiex tipprevjeni r-riskju li jisħon jew li jitħabbel tħallix apparati tal-medja jiċċarġjaw waqt li qegħdin fil-
but, u sabiex tipprevjeni milli tagħmel il-ħsara tużahx f’kundizzjonijiet imxarba.
•
Jekk jogħġbok kun responsabbli meta tuża l-apparati u oqgħod attent peress li espożizzjoni eċċessiva tista’
tikkawża ħsara lis-smigħ/ vista lit-trabi .
•
Casatto ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għall-ħsara t’apparati tal-medja li jiġu użati mal-pushchair.
F’konformità mad-Direttiva tal-UE 2012/19/UE għall-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (STEE),
l-ispeaker m’għandux jintrema bħala skart muniċipali mhux isseparat. Jekk jogħġbok armi dan
il-komponent billi tirritornah minn fejn xtrajtu jew tieħdu f’punt muniċipali lokali fejn jinġabar
skart li jiġi riċiklat.
Kura u Manutenzjoni:
Kif tużu l-Ispeaker b’mod Sigur:
Direttiva STEE:
•
Il-pramm tiegħek ġiet iddisinjata biex tilħaq ċerti standards ta’ sigurtà u jekk tiġi użata sewwa ser tagħti
ħafna snin ta’ użu mingħajr problemi.
•
Biex terfa’ - Dejjem erfa’ il-pushchair tiegħek xott. Jekk terfa’ dan il-pushchair imxarrab jew niedi tkun qed
tirriskja li dan jimtela’ bil-moffa, għalhekk jekk dan jixxarrab nixxfu b’ċarruta ratba u ħallih jinxef sewwa
qabel terfa’. Qatt tħalli dan il-prodott fix-xemx għal perjodu twil ta’ ħin - xi drappijiet jistgħu jiċċaraw.
•
Tindif - Għall-istruzzjonijiet ta’ tindif irreferi għal kif għandek taħsel affarijiet rotob. Partijiet tal-plastik u
metall jistgħu jiġu mnaddfa bi sponża b’ilma fietel u deterġenti ħfief. Qatt tnaddaf b’deterġenti ħorox, li
għandhom bażi ta’ ammonja jew li fihom xi spirti.
•
It-Tqagħbir bl-Użu - Ir-roti ta’ taħt (chassis) huma b’saħħithom, iżda jekk ir-roti ta’ wara joqogħdu jaħbtu
mat-taraġ jew mal-bankini mhux ser jibqgħu b’saħħithom. Bl-użu t-tajers ser jitqagħbru u l-partijiet tar-rota
għandhom jiġu mibdula jekk ikun hemm bżonn. Impatt kontinwu ser jagħmel il-ħsara.
•
Manutenzjoni - Iċċekja regolarment l-oġġetti li bihom taqfel, brejkijiet, ir-roti, l-arness, qabdiet, il-partijiet
li taġġusta s-sit bihom, konġunzjonijiet u attrezzaturi sabiex tkun ċert li dawn huma sikuri u li jaħdmu
sewwa. Dawn għandhom ikunu liberi li jiċċaqalqu il-ħin kollu. Dawn għandhom dejjem jiċċaqalqu
faċilment u għandhom bżonn manutenzjoni minima. Madankollu applikazzjoni ħafifa regolari ta’ sprej
lubrikant eż. silikon (tużax żejt jew grass) ser jestendi l-ħajja tal-pushchair tiegħek u jagħmel il-ftuħ u
l-għeluq tiegħu aktar faċli. Għandek tagħmel service jew terġa’ tikkundizzjona l-pramm qabel ma tiġi
użatha għat- tieni tifel/ tifla, jew wara 18-il xahar, skond liema tasal l-ewwel minn dawn.
Summary of Contents for SUPA
Page 1: ......
Page 98: ...P1 P2 P3 P4 P5 P6 P7 ...
Page 99: ...S1 S2 S3 S5 S6 S7 S8 S9 S10 S11 S12 S13 S14 S15 S16 S17 S18 S19 S20 S4 ...
Page 100: ...2 3 1 1 1 1 2 3 4 5 1 4 1 6 7 2 1 1 2 ...
Page 101: ...8 1 2 9 1 2 1 2 10 1 11 2 3 1 2 12 1 2 3 4 13 1 2 2 2 2 3 1 ...
Page 102: ...14 1 15 16 17 2 2 1 1 18 19 1 2 3 4 1 2 ...
Page 103: ...20 1 21 22 23 1 1 2 1 24 25 26 1 2 1 2 3 1 2 3 4 5 ...
Page 104: ...27 x3 28 1 2 3 29 2 1 30 1 31 32 1 2 1 2 3 1 2 30 31 32 33 ...
Page 105: ...35 33 1 34 1 36 1 2 1 37 2 2 1 1 3 4 5 38 2 34 35 36 AR06042016 ...
Page 106: ......