136
3.0 INSTALLAZZJONI
3.1 IPPJANAR:
Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 & 2 Taqsima.
3.2 ANKRAĠĠ:
Il-Figura 10 turi l-ankraġġ tal-Lanyard . Agħżel post ta’ ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat liberi u
waqgħat bit-tbandil (ara l-2 Taqsima). Agħżel punt ta’ ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati fl-2
Taqsima.
3.3 INSTALLAZZJONI TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA TAL-LANYARD:
A. Poġġi ċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard fuq l-ankraġġ bit-tikketti jħarsu ’l barra, direttament fuq struttura ta’
ankraġġ solidu minn ġot-taqsima ta’ ġewwa tas-sling kif muri fil-Figura 7.A
B. Biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard imqiegħed fuq l-ankraġġ, għaddi tarf wieħed tas-sling minn ġol-ieħor kif
muri fil-Figura 7.B. Żerżaq tarf wieħed tas-sling sal-ankraġġ, fuq il-webbing. Iġbed it-tieni tarf tas-sling ’l isfel
biex ma jkunx maħlul billi tmexxi l-ewwel tarf tas-sling ’il fuq.
C. It-truf li mhumiex konnessi u li jkunu mdendlin taħt l-ankraġġ, it-tnejn jispiċċaw imqabbda ma’ konnettur tal-
ankraġġ. Ara Figura 7.C. Tiwjiet multipli taċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard madwar l-ankraġġ jistgħu jsiru
biex jitqassar it-tul.
Il-konnettur tal-ankraġġ għandu jkun issikkat mal-istruttura tal-ankraġġ. Tħallix iċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard
ikun maħlul, dan jista’ jżid id-distanza ta’ waqgħa libera (free fall distance) fil-każ ta’ waqgħa.
;
M’għandekx tagħmel għoqiedi fuq il-Punt tal-Ankraġġ taċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard. Is-subsistema
konnettiva għandha tkun imqabbda ma’ sling dritta biss. L-għoqiedi jnaqqsu l-qawwa tal-Punt ta’ Ankraġġ b’mod
sinifikanti. Ara Figura 8.
3.4 BIEX TIKKONNETTJA MAL-KONNETTUR TAL-ANKRAĠĠ:
Qabbad il-Punt ta’ Ankraġġ installat b’ganċ li jinqafel
waħdu jew karabiner li jissakkar waħdu biss. Tużax għoqda biex tqabbad linja tas-salvataġġ (lifeline) mal-konnettur
tal-ankraġġ. Tgħaddix il-lanyard jew linja tas-salvataġġ mis-sling (ara Figura 9). Żgura li l-konnetturi kollha huma
kompletament magħluqin u msakkrin. Ara l-Figura 10 għall-konnessjoni ta’ tagħmir tipiku ta’ waqfien ta’ waqgħa jew
ta’ trażżin mal-konnettur tal-ankraġġ. Meta tuża lanyard li jassorbi l-enerġija, qabbad it-tarf tal-’pack’ tal-assorbitur
tal-enerġija mal-Irbit tas-Sikurezza. Żgura li l-linja tas-salvataġġ li jinġibed lura huwa f’postu sabiex ma tagħmilx
ħsara lir-retraction. Dejjem ipproteġi l-linja tas-salvataġġ jew il-lanyard minn brix kontra wċuħ li jaqtgħu jew li
joborxu fiż-żona tax-xogħol tiegħek. Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Qatt
m’għandek tqabbad iktar minn sistema ta’ protezzjoni personali waħda ma’ konnettur wieħed tal-ankraġġ.
A. (1) Ankraġġ, (2) Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard, (3) Konnettur, (4) SRD.
B. (1) Ankraġġ, (2) Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard, (3) Kurdun li Jassorbi x-Xokkijiet.
C. (1) Ankraġġ, (2) Ċinturin tas-Sikurezza tal-Lanyard, (3) Kurdun li Jassorbi x-Xokkijiet, (4) Maqbad tal-Ħbula,
(5) Linja tas-Salvataġġ Vertikali.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx jużawhom għandhom
jaqraw l-”Informazzjoni dwar is-Sigurtà” fil-bidu ta’ dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1 SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM:
Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard skont il-lista ta’ kontroll tal-ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2)
. Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew tindika li
l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta’ waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2 WARA WAQGĦA:
Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta’ forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-
Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2)
irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
4.3 LANYARDS BIT-TRUFIJIET ITTESTJATI:
It-tagħmir speċifikat(ara l-1 Figura) huwa kwalifikat għall-użu fuq tarf
tal-azzar li ma jiċċanfarx b’raġġ (r) ta’ 0,5 mm (0,02 in.). Trufijiet simili jinstabu fuq: profili tal-azzar irromblati, travi
tal-injam, jew parapetti tas-soqfa miksija jew ittondjati. Madankollu, dan li ġej se jkun ikkunsidrat meta jintużaw
f’pożizzjonijiet orizzontali jew trasversali u jeżisti r-riskju ta’ waqgħa mill-għoli minn fuq xi tarf:
•
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju li ssir qabel il-bidu tax-xogħol turi li t-tarf “jaqta’” ħafna u/jew jista’ “jċanfar” (bħal
fil-każ ta’ parapett tas-saqaf mhux miksi, travu msaddad, jew xifer konkrit):Għandhom jittieħdu miżuri relevanti
qabel jibda x-xogħol biex ma jkunx hemm waqgħa minn fuq ix-xifer; jew qabel il-bidu tax-xogħol, għandha tkun
immuntata protezzjoni fuq it-tarf; jew il-manifattur għandu jiġi kkuntattjat.
•
Il-punt tal-ankraġġ jista’ jkun biss fl-istess għoli bħat-tarf li minn fuqu tista’ sseħħ waqgħa jew ‘il fuq mit-tarf.
•
L-angolu tad-direzzjoni mill-ġdid tal-lanyard fit-tarf li minn fuqu tista’ sseħħ waqgħa (imkejla bejn iż-żewġ naħat
iffurmati mil-lanyard tad-direzzjoni mill-ġdid) għandu jkun mill-inqas ta’ 90 grad.
•
Biex jitnaqqas il-potenzjal għal waqgħa li tispiċċa f’moviment tal-pendlu, iż-żona tax-xogħol jew il-moviment
laterali fuq kull naħa tal-assi ċentrali għandha tkun limitata għal massimu ta’ 1,50 m (4,92 piedi).