
1. Agħfas il-buttuna ON/OFF darba biex tixgħel it-tagħmir u jibda jerħi l-fwieħa b’mod kontinwu filwaqt li tinxtegħel il-bozza li
tindika t-tibdil tal-kuluri. Tinxtegħel il-bozza bid-dawl abjad ta’ ħdejn il-buttuna li tindika dan.
2. Erġa’ agħfas il-buttuna ON/OFF għat-tieni darba sabiex titfi għal kollox id-diffużur u d-dwal. Tintefa l-bozza li tindika li hemm il-kurrent.
ATTENZJONI: Meta d-diffużur jintefa, il-fann jibqa’ jdur għal 10 sekondi sabiex inixxef il-fwar miġmugħ fit-tank.
36
35
DAN IT-TAGĦMIR JISTA’ JINTUŻA MINN TFAL TA’ 8 SNIN ’IL FUQ U MINN PER-
SUNI B’ĦILIET FIŻIĊI, SENSORJALI JEW INTELLETTWALI MNAQQSIN JEW LI
M’GĦANDHOM EBDA ESPERJENZA U GĦARFIEN KEMM-IL DARBA KELLHOM
SUPERVIŻJONI JEW INGĦATAW ISTRUZZJONIJIET DWAR KIF GĦANDHOM
JUŻAW DAN IT-TAGĦMIR B’MOD SIGUR U JIFHMU L-PERIKLI INVOLUTI.
IT-TFAL M’GĦANDHOMX JITĦALLEW JILAGĦBU B’DAN IT-TAGĦMIR. IT-
TINDIF U L-MANUTENZJONI M’GĦANDHOMX ISIRU MIT-TFAL MINGĦAJR
SUPERVIŻJONI XIERQA. – IT-TAGĦMIR GĦANDU JINTQABBAD BISS MAS-
SISTEMA ELETTRIKA PPROVDUTA MAT-TAGĦMIR. – IT-TAGĦMIR GĦANDU
JINBIEGĦ BISS B’VULTAĠĠ SIGUR U MILL-AKTAR BAXX U LI JKUN JAQBEL
MAL-MARKA MISJUBA FUQ L-APPARAT. / - AQLA’ T-TAGĦMIR MINN MAS-
SOKIT QABEL MA TAGĦMEL XI XOGĦOL FUQU FOSTHOM BIEX TNADDFU
JEW TERĠA’ TIMLIEH. BATTAL IT-TANK META T-TAGĦMIR MA JKUNX QED
JINTUŻA. / - IT-TAGĦMIR GĦANDU JINTUŻA BISS MAL-PRODOTTI RRAK-
KOMANDATI GĦALL-VAPORIZZAZZJONI. L-UŻU TA’ SUSTANZI OĦRAJN JISTA’
JWASSAL BIEX JIŻDIED IR-RISKJU TA’ TOSSIĊITÀ JEW NAR.
Għandu jintuża biss bħala diffużur ambjentali; m’għandux jinġibed man-nifs. / - Użah f’temperatura ta’ bejn 10°C u 30°C./ - Uża ilma minerali (tal-flixkun jew tal-vit).
Taqbiżx l-ogħla livell ta’ ilma meħtieġ (200ml)./ - Dejjem ferra’ l-ilma qabel ma żżid il-fwieħa Millefiori li tinħall mal-ilma./ - Tużax żjut essenzjali puri, u lanqas fwejjaħ
magħmulin għad-dar mingħajr ilma./ - L-użu kontinwu tad-diffużur jista’, fuq medda ta’ żmien, iwassal biex issir ħsara lill-prodott u ma jibqax tajjeb għal tul ta’ żmien.
/ - Tneħħix l-għatu jew l-għata tad-diffiżur meta jkun qed jintuża t-tagħmir. / - Biddel l-ilma fit-tank ta’ spiss ħalli ma tħallix li jinġema’ ħmieġ li jista’ jagħmel ħsara lit-tagħmir.
- Naddaf it-tank tal-ilma kull tlitt ijiem. Tużax prodotti kimiċi (bħalma huma aċidi, alkalin, eċċ.) jew kwalunkwe deterġent korrużiv ieħor biex tnaddaf it-tagħmir. / - Biex
tneħħi l-ġebla: Imla ammonti ndaqs ta’ ħall abjad u ilma, ixgħel l-apparat għal siegħa, umbagħad itfih u ħallih joqgħod għal siegħa. / - Ftakar li livelli għoljin ta’ umdità jistgħu
jwasslu biex jikbru organiżmi bijoloġiċi fl-ambjent tal-madwar. / Tħallix li ż-żona ta’ madwar id-diffużur tiġi niedja jew tixxarrab. Jekk jiġri dan, itfi d-diffużur./ Tħallix materjali li
jixorbu l-ilma, bħalma huma twapet, purtieri, drappijiet jew srievet, jixxarrbu. / - Qatt m’għandek tħalli l-ilma fit-tank meta ma jkunx qed jintuża l-apparat. – Battal id-diffużur
u naddfu qabel ma terfgħu. Naddaf id-diffużur qabel ma terġa’ tużah. – Twissija: Jekk l-ilma ma jinbidilx u t-tank ma jitnaddafx kif jixraq kull tlitt ijiem, il-mikro-organiżmi li jaf
ikun hemm fl-ilma jew fl-ambjent ta’ fejn qed jintuża jew jintrefa’ l-apparat, jistgħu jikbru fit-tank tal-ilma u jinxterdu fl-arja u dan jista’ jwassal għal riskji veru serji fuq is-saħħa
ta’ dak li jkun. / -Battal it-tank u erġa’ imlieh kull tlitt ijiem. Qabel ma terġa’ timlieh, naddfu b’ilma tal-vit nadif jew bi prodotti tat-tindif jekk mitlub mill-manifattur. Neħħi kull
ġebla, frak miġmugħ, jew rita li jiffurmaw mal-ġnub tat-tank jew mal-uċuħ ġewwiena, u imsaħhom b’biċċa xotta. / - Tgħerriqx it-tagħmir fl-ilma. / -Il-parti mdawla qiegħda
biss bħala dekorazzjoni u mhijiex maħsuba biex tiddawwal xi kamra. / - F’każ li jidħol xi ilma fit-tagħmir, aqla’ d-diffużur mis-sokit minnufih u ħallih jinxef għal mill-inqas tlitt
ijiem qabel terġa’ tużah. / - Il-manifattur mhuwiex responsabbli għal xi ħsarat li jistgħu jinqalgħu minħabba tħaddim ħażin tat-tagħmir.
1. Daħħal il-konnettur tal-adattur fil-jack tad-DC man-naħa ta’ isfel nett tad-diffużur.
2. Qiegħed id-diffużur fuq uċuħ ċatti u stabbli, ’il bogħod mit-trufijiet.
3. Neħħi l-għatu ta’ fuq barra u l-għatu ta’ fuq ġewwatad-diffużur.
4. Ferra’ ilma minerali (tal-flixkun jew tal-vit) fit-tank tal-ilma sal-livell massimu muri (200 ml).
5. Wara żid ftit taqtiriet tal-fwieħa Millefiori (din tinħall mal-ilma) fit-tank tal-ilma.
6. Erġa’ waħħal l-għotjien bil-galbu mal-qiegħ tad-diffużur.
7. Qabbad l-adattur mal-plakka tal-ħajt.
TWISSIJA
TWISSIJA
:
Jekk jogħġbok aqra sew dan il-manwal u żommu f’post sigur.
1
1
PREKAWZJONIJIET DWAR L-UŻU
PREKAWZJONIJIET DWAR L-UŻU
4
4
MT
KARATTERISTIĊI
KARATTERISTIĊI
2
2
DIFFUŻUR ULTRASONIKU TAL-FWIEĦA
DIFFUŻUR ULTRASONIKU TAL-FWIEĦA
- Daqs tat-tank: 200 ml
- Qisien:
Ø 13.5 cm x H 17,3 cm
- Kemm isservi d-diska taċ-ċeramika: +/- 3000 siegħa
- Mudell:
NA-393
- Kurrent elettriku (dħul): 100 – 240V ~ 50/60 Hz
- Kurrent elettriku (ħruġ):
12V 1A
1.
2.
3.
5.
6.
7.
4.
1. Agħfas darba biex tagħżel il-kulur tal-ambjent tal-madwar li tixtieq. Tinxtegħel il-bozza bid-dawl abjad li tindika dan.
2. Erġa’ agħfas għat-tieni darba biex titfi d-dwal. Tintefa l-bozza li tindika dan.
3. Erġa’ agħfas għat-tielet darba biex tixgħel il-funzjoni tat-tibdil tal-kuluri. Tinxtegħel il-bozza bid-dawl abjad li tindika dan.
1. Agħfas darba biex tissettja t-timer tad-diffużur u jibda jerħi l-fwieħa b’mod kontinwu għal siegħa sħiħa. Tinxtegħel il-bozza
bid-dawl blu li tindika dan.
2. Erġa’ agħfas għat-tieni darba biex id-diffużur jibda jerħi l-fwieħa għal sagħtejn sħaħ b’intervalli regolari ta’30 sekonda mixgħul
u 30 sekonda mitfi. Tinxtegħel il-bozza bid-dawl vjola li tindika dan.
3. Erġa’ agħfas għat-tielet darba biex titfi t-timer. Tintefa l-bozza li tindika dan.
1. Agħfas darba biex jinxtegħel l-ispeaker wireless filwaqt li tisma’ ħoss li jindika dan. Tibda tteptep il-bozza l-bajda. Issa jinsab lest biex
jaqbad.
2. Fuq it-tagħmir tal-awdjo wireless tiegħek magħżul (smartphone, tablet ...), ixgħel il-funzjoni li tqabbad is-sistema tal-awdjo wireless,
fittex it-tagħmir tal-awdjo wireless kompatibbli li hemm disponibbli, u agħżel “Millefiori” mil-lista ta’ apparati li jitilgħu.
3. Għandek tisma’ ħoss ieħor li jindika li l-apparati tlaqqgħu flimkien b’suċċess u l-bozza bid-dawl abjad li tindika dan tieqaf itteptep. Issa
tista’ tisma’ l-mużika li tixtieq fuq l-ispeaker tiegħek.
4. Erġa’ agħfas għat-tieni darba sabiex titfi l-modalità tal-ispeaker u ma jibqax imqabbad mat-tagħmir tiegħek. Se tisma’ ħoss ieħor li
jurik dan filwaqt li tintefa l-bozza l-bajda li tindika dan.
Nagħtuk il-parir li tbiddel l-ilma fit-tank ta’ spiss u li tnaddaf id-diffużur darba jew darbtejn fil-ġimgħa, l-aktar jekk trid tbiddel
il-fwieħa li tixtieq tfewwaħ biha.
TĦADDIM
TĦADDIM
MANUTENZJONI
MANUTENZJONI
5
5
33
BUTTUNA ON/OFF
BUTTUNA TAD-DWAL
BUTTUNA TAT-TIMER
BUTTUNA TAL-MUŻIKA
72 h
Ħruġ tal-arja
Battal l-ilma bil-kontra ta’ minn fejn toħroġ l-arja.
Tbattalx l-ilma min-naħa ta’ fejn toħroġ l-arja inkella
tagħmel il-ħsara lid-diffużur.