157
3.0 INSTALLAZZJONI
3.1 IPPJANAR:
Ippjana s-Sistema ta’ Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli tiegħek qabel ma ssir l-installazzjoni tat-
Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel. Agħmel rendikont tal-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u
wara waqgħa mill-għoli. Ikkunsidra dak kollu li huwa meħtieġ, il-limitazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif definiti
f’Sezzjoni 2 u Tabella 1.
3.2 BIEX TINSTALLA IT-TAGĦMIR TA’ QBID B’ĦABEL TAT-TIP COBRA MAL-LINJA TAS-SALVATAĠĠ:
A.
Kun żgur li t-tagħmir ta’ qbid b’ħabel ikun fil-pożizzjoni “UP” (‘L FUQ) kif indikat fuq il-prodott. It-tarf tan-naħa ta’
“FUQ” tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel irid ikun orjentat lejn l-ankraġġ meta jiġi installat fuq il-linja tas-salvataġġ (ara
Figura 11A).
1.
Ankraġġ
2.
Linja tas-Salvataġġ
3.
Imbotta l-Lieva tal-Ftuħ ‘l Isfel
;
It-tagħmir ta’ qbid b’ħabel tat-tip Cobra jinkorporaw gravity-lock pin li tiżżerżaq ‘il barra mill-pin li jillokkja
(locking pin.) biex tevita li s-sleeve (komma) tal-linja tas-salvataġġ milli taqbad u tidħol fil-cam tat-
tagħmir ta’ qbid b’ħabel meta ma tkunx miżmuma ‘l fuq.
B.
Imbotta l-lieva tal-ftuħ (manku mberfel) ‘l isfel sakemm tilħaq il-qiegħ tal-kanal (groove). Agħfas il-lieva tal-ftuħ
‘il ġewwa sakemm il-buttuna tar-rilaxx (release button) tkun kompletament magħfusa.
C.
Ifred il-komma (sleeve) tal-linja tas-salvataġġ u l-locking cam minn ma’ xulxin sakemm l-unità tkun
kompletament miftuħa.
D.
Biex tinstalla fuq il-linja tas-salvataġġ, erfa’ l-locking cam sa fuq il-pożizzjoni “up” (‘l fuq) u installa l-ħabel fil-
kanal tal-ħabel tas-sigurtà u agħlaq in-nofsijiet tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel (ara Figura 11B). Il-lock pin tal-molla
tfaqqa’ u tagħlaq l-unità.
1.
Ħabel Installat fis-Sleeve (Komma)
2.
Locking Cam fil-Pożizzjoni “Up” (‘l Fuq)
E.
L-azzjoni tal-egħluq għandha tirrilaxxa l-lieva tal-ftuħ mill-pożizzjoni tal-ftuħ u l-locking pin tiżżerżaq fiċ-ċirku tal-
lock fuq in-naħa ta’ fuq tal-komma tal-linja tas-salvataġġ. Il-lieva tal-ftuħ issa għandha tkun fuq in-naħa ta’ fuq
tal-kanal (groove) u sserraħ mal-komma tal-linja tas-salvataġġ (ara Figura 11C).
1.
Sleeve (Komma) Magħluqa
2.
Il-Lieva tal-Ftuħ Meħudha Lura fil-Pożizzjoni “Up” (Fuq)
3.
Il-Buttuna tar-Rilaxx Merħija
F.
Ittestja l-operat tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel billi tiġbed il-locking cam ‘l isfel. It-tagħmir ta’ qbid b’ħabel għandu
jillokkja fuq il-linja tas-salvataġġ u ma jippermetti ebda nżul fuq il-linja tas-salvataġġ ladarba l-cam jingaġġa fil-post.
3.3 BIEX TIPPOŻIZZJONA T-TAGĦMIR TA’ QBID B’ĦABEL FUQ IL-LINJA TAS-SALVATAĠĠ:
Biex tippożizzjona
t-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel:
A.
Iġbed bil-mod ‘il fuq i-locking cam tat-tagħmir ta’ qbid b’ħabel biex ma tħallihiex fil-pożizzjoni llokkjata. Dejjem
żomm minimu ta’ 3.7 M (12 pied) ta’ ħabel taħt il-tagħmir ta’ qbid b’ħabel biex tħalli spazju biżżejjed għal-locking
distance u fall clearance.
B.
Għolli jew niżżel it-tagħmir ta’ qbid b’ħabel fil-post li tixtieq. Applika tensjoni fuq il-linja tas-salvataġġ biex
tassigura li t-tagħmir ta’ qbid b’ħabel jimxi b’mod ħieles fuq il-linja tas-salvataġġ. It-tensjoni fuq il-linja tas-
salvataġġ tista’ tintlaħaq billi jiżdied piż fuq it-tarf tal-linja tas-salvataġġ jew bl-estensjoni addizzjonali tal-linja
tas-salvataġġ (f’orjentazzjoni mdendla) biex tipprovdi l-piż.
C.
Wara li ssib it-tagħmir ta’ qbid b’ħabel, ippożizzjonah fuq il-linja tas-salvataġġ fuq, jew aktar ’l fuq mill-ispallejn
biex tnaqqas l-possibbiltà ta’ waqgħa mingħajr kontroll (free fall). Illokkja t-tagħmir ta’ qbid b’ħabel f’din il-
pożizzjoni billi tiġbed il-locking cam sakemm il-lieva tal-cam tkun kompletament ‘l isfel. Il-locking cam trid tiġi
rilaxxata qabel ma jerġa’ jsir tentattiv biex jiġi rripożizzjonat it-tagħmir ta’ qbid b’ħabel.
3.4 NEĦĦI L-ĦABEL MIT-TAGĦMIR TA’ QBID B’ĦABEL.
A.
Imbotta l-lieva tal-ftuħ (manku mberfel) ‘l isfel sakemm tilħaq il-qiegħ tal-kanal (groove). Agħfas il-lieva tal-ftuħ
‘il ġewwa sakemm il-buttuna tar-rilaxx (release button) tkun kompletament magħfusa.
B.
Ifred il-komma (sleeve) tal-linja tas-salvataġġ u l-locking cam minn ma’ xulxin sakemm l-unità tkun
kompletament miftuħa.
C.
Neħħi l-ħabel
4.0 OPERAT U UŻU
4.1 KULL DARBA QABEL L-UŻU:
Kun żgur li s-sit tax-xogħol tiegħek u s-Sistema ta’ Tagħmir Protettiv Personali Kontra
Waqgħat mill-Għoli (PFAS) jissodisfaw il-kriterji kollha kif definiti f’Sezzjoni 2 u li għandek Pjan ta’ Salvataġġ formali
fil-post. Spezzjona t-Tagħmir ta’ Qbid b’Ħabel skont il-punti ta’ spezzjoni tal-‘Utent’ kif definiti fuq ir-“Reġistru tal-
Ispezzjoni u Manutenzjoni” (Tabella 2). Jekk fl-ispezzjoni tinkixef xi kundizzjoni li hi perikoluża jew difettuża, tużax
is-sistema. Neħħi s-sistema mis-servizz u eqridha, jew ikkuntattja lil 3M biex tibdilha jew issewwiha.
4.2 BIEX TIKKONNETTJA MAL-ANKRAĠĠ JEW KONNETTUR TAL-ANKRAĠĠ:
Ara Figura 10. Meta tkun qed tqabbad
il-linja tas-salvataġġ jew is-subsistema tal-linja tas-salvataġġ mal-ankraġġ jew mal-konnettur tal-ankraġġ, assigura
li l-konnettur li jingħalaq waħdu (self-locking snap hook) ikun kompletament imdaħħal fil-post u jkun illokkjat
fuq il-punt ta’ konnessjoni. Assigura li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Irreferi għall-
istruzzjonijiet tal-manifattur tal-konnettur tal-ankraġġ u tal-linja tas-salvataġġ għal aktar informazzjoni.
Содержание PROTECTA COBRA AC202/01
Страница 3: ...3 2 H G C D J A B E F K L M S T S Q N P S Q P R S...
Страница 15: ...15 3 3M 3M 3 Arc Flash Hot Works 3 3 Full Body Harness BG...
Страница 19: ...19 2 5 3 FC A D SF 1 4 5 4 5 4 5 G 5 FC 2 6 6 2 7 3M 3 2 8 3M D 20 kN 4 500 lbs 7 2 9 3M 8 A D C D E F G...
Страница 22: ...2 A 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 Rebar 12...
Страница 48: ...48 3 3 3 3 Top Drive Arc Flash Hot Works 3 3 EL...
Страница 52: ...52 2 5 3 FC D SF 1 4 5 4 5 4 5 5 FC 2 6 6 2 7 3 3 2 8 3 D 20 kN 4 500 7 2 9 3 8 D C D F G...
Страница 55: ...2 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 12...
Страница 88: ...88 Vertical Lifeline Vertical Lifeline 3M 3M lifeline lifeline 3M 3M 3M HE...
Страница 90: ...90 Cobra 1 1 349 lbf 6 220 lb 100 31 F 35 C 135 F 57 C EN 795 2012 12 kN 2 698 lbf 5 4 5 4...
Страница 92: ...92 2 9 8 3M D roll out...
Страница 95: ...2 5 1 1 12...
Страница 128: ...128 3M 3M 3M 3M Arc Flash Hot Works 3M 3M KA...
Страница 131: ...131 1 0 1 1 1 2 9 1 2 1 3 CE 1 4 3 4 1 5 5 6 1 6 2 0 2 1 1 2 2 9 PFAS PFAS PFAS 6 1350 2 3 1 3M 22 5 000 2 4 1 2 3 4 5 6...
Страница 132: ...132 2 5 3 FC A B C D D E SF 1 4 5 4 5 4 5 G 5 FC 2 6 6 2 7 3M 3M 2 8 3M 20 4500 7 A B C 2 9 3M 8 A D B C D E F G...
Страница 135: ...2 5 1 r 12...
Страница 240: ...240 3M 3M 3M 3M 3M 3M UA...
Страница 244: ...244 4 5 G 5 2 6 6 2 7 3M 3 2 8 3 D 20 2041 7 A B C 2 9 3 8 A D B C D E F G...
Страница 245: ...245 3 0 3 1 2 1 3 2 COBRA 11A 1 2 3 Cobra B C D 11B 1 2 E 11C 1 2 3 F 3 3 3 7 12 B C 3 4 A B C 4 0 4 1 2 2 3M 4 2 10 4 3...
Страница 247: ...2 5 1 2 3 4 5 6 1 1 2 3 4 12...
Страница 258: ......
Страница 259: ......