< PO_NOTICE >
1
AVVIŻI GĦALL-UTENT
Drittijiet tal-awtur tal-Firmware
It-titlu għal u l-proprjetà tad-drittijiet tal-awtur għall-firmware inkluż fil-memorji tal-prodott KENWOOD huma riservati għal
JVC KENWOOD Corporation.
Informazzjoni dwar ir-Rimi ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku u Batteriji Qodma (applikabbli għall-pajjiżi li adottaw sistemi ta’
ġbir tal-iskart separat)
Prodotti u batteriji bis-simbolu (tank tal-iskart bir-roti maqtugħa) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku.
Tagħmir elettriku u elettroniku u batteriji qodma għandhom jiġu riċiklati f’faċilità adattata għal ġestjoni ta’ dawn il-prodotti
u l-iskart iġġenerat minnhom.
Agħmel kuntatt mal-awtorità lokali għad-dettalji biex tidentifika l-eqreb faċilità ta’ riċiklaġġ għalik.
Riċiklaġġ u rimi tal-iskart kif suppost se jgħin fil-konservazzjoni tar-riżorsi filwaqt li jiġu evitati effetti negattivi fuq
is-saħħa u l-ambjent tagħna.
PREKAWZJONIJIET
• Tiċċarġjax it-transceiver u l-batterija meta jkunu mxarrbin.
• Assigura li ma jkunx hemm oġġetti tal-mettall bejn it-transceiver u l-batterija.
• Tużax opzjonijiet mhux speċifikati minn
KENWOOD
.
• Jekk id-die-cast chassis jew xi biċċa oħra mit-transceiver għandom il-ħsara, tmissx il-biċċiet bil-ħsara.
• Jekk il-headset jew il-headphone jkunu mqabbdin mat-transceiver naqqas il-volum tat-transceiver. Oqgħod attent għal-livell tal-volum
meta titfi l-isquelch.
• Tpoġġix il-kejbil tal-mikrofonu madwar għonqok meta tkun ħdejn makkinarju li jista’ jaqbad mal-kejbil.
• Tpoġġix it- transceiver fuq uċuħ li mhumiex stabbli.
• Kun ċert li t-tarf tal-antenna ma tmissx għajnejk.
• Meta t-transceiver jintuża għal trażmissjonijiet twal, ir-radiator u x-chassis jisħnu. Tmissx dawn iż-żoni meta tibdel il-batteriji.
• Tgħerriqx it-transceiver fl-ilma.
• Dejjem itfi t-transceiver qabel tinstalla aċċessorji opzjonali.
• Iċ-ċarġer huwa t-tagħmir li jaqta’ l-apparat mill-AC mains line. Il-plagg AC għandu jkun aċċessibbli fil-qrib.
TWISSIJA
Itfi t-transceiver f’dawn il-postijiet:
◆
F’atmosferi splussivi (gass li jista’ jieħu n-nar, partiċelli tat-trab, sustanzi tal-mettall, sustanzi tal-qamħ, eċċ.)
◆
Meta tkun qed tieħu l-fjuwil jew tkun ikpparkjat f’pompa tal-petrol.
◆
Ħdejn splussiv jew siti tal-blasting.
◆
F’mezzi tal-ajru. (Kull użu tat-transceiver għandu jsegwi l-istruzzjonijiet u r-regolamenti provduti mill-membri tal-ekwipaġġ tal-linja
tal-ajru.)
◆
Fejn ikun hemm restrizzjonijiet jew twissijiet dwar l-użu ta’ tagħmir tar-radju, inkluż iżda mhux limtitat għal faċilitajiet mediċi.
◆
Ħdejn persuni li jużaw pacemakers.
ATTENZJONI
◆
Iżżarmax u timmodifikax it-transceiver, għall-ebda raġuni.
◆
Tpoġġix it-transceiver fuq jew qrib it-tagħmir tal-airbag meta tkun mixja l-vettura. Meta tintefaħ l-airbag, it-transceiver jista’ jinqala’ u
jolqot lil min qed isuq jew lill-passiġġiera.
◆
Jekk ikun hemm riħa stramba jew duħħan ħiereġ mill-prodott, dan għandu jintefa’ immedjatament, il-batterija titneħħa mit-
transceiver u agħmel kuntatt mad-dealer tiegħek tal-
KENWOOD
.
◆
L-użu tat-transceiver waqt li qed issuq jista’ jkun kontra l-liġijiet tat-traffiku. Jekk jogħġbok ivverifika u osserva r-regolamenti tal-
vettura fiż-żona tiegħek.
◆
Tesponix it-transceiver għal kundizzjonijiet sħan jew kesħin ħafna.
◆
Iġġorrx il-batterija ma’ oġġetti tal-metall, għaliex dan jista’ jixxortja t-terminals tal-batterija.
◆
Periklu ta’ splużjoni jekk il-batterija ma tinbidilx b’mod korrett; biddel biss bl-istess tip.
◆
Meta twaħħal strap kummerċjali mat-transceiver, kun ċert li l-istrap hija b’saħħitha. Aktar minn hekk ixxengilx t-transceiver bl-istrap;
bi żball tista’ tolqot u tweġġa’ lil xi ħaddieħor bit-transceiver.
◆
Jekk tuża strap tal-għonq li hija kummerċjalment disponibbli, oqqgħod attent li l-istrap ma tinqabadx fuq magna fil-qrib.
◆
Meta tħaddem it-transceiver f’żoni fejn l-arja hijx xorta huwa faċli li tiġġenera ċarġ elettrika (elettriku statiku). Meta tuża
aċċessorju tal-earphone f’dawn il-kundizzjonijiet, hu possibbli li t-transceiver jibgħat xokk elettriku mill-earphone għal ġo widnejk.
Nirrakkomandaw li tuża l-ispeaker/mikrofonu f’dawn il-kundizzjonijiet biss, biex tevita xokkijiet elettriċi.
◆
Tesponix il-prodott għal perjodi twal ta’ xemx diretta u tpoġġihx ħdejn tagħmir ta’ tisħin.