MT
Imħadda “Awċ!” bil-ġel jitkessaħ jew jissaħħan
Struzzjonijiet għall-użu
Jekk jogħġbok, aqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel l-ewwel użu u żommhom biex tibqa’ tirreferi
għalihom.
Għat-tkessiħ
kontra n-nefħa u l-uġigħ
- f’każijiet ta’ infjammazzjoni akuta ta’ għekiesi u muskoli
- f’każijiet ta’ leżjoni mhux akuta, nefħa u ematoma
- f’każijiet ta’ gdim minn insetti
- f’każijiet ta’ wġigħ fis-snien
Oħroġ il-pakkett tal-ġel mill-cover għamla ta’ soft toy u ħallih għal madwar sagħtejn fil-friża (sa –18 °C.)
– imbagħad jista’ jintuża minnufih. Qabel l-applikazzjoni, poġġih lura fil-cover tiegħu (jew geżwru fi
drapp irqiq).
Għat-tisħin
jirrilassa u jtejjeb iċ-ċirkulazzjoni
- f’każijiet ta’ wġigħ ta’ żaqq
- f’każijiet ta’ tensjoni żejda fil-ġisem
- f’każijiet ta’ wġigħ fil-muskoli
- f’każijiet ta’ wġigħ fid-dahar
Oħroġ il-pakkett tal-ġel mill-cover tiegħu u saħħnu għal madwar żewġ minuti fl-ilma sħun (mhux jagħli,
sa 80 °C), inkella saħħnu fil-majkrovejv għal madwar 45 sekonda b’qawwa ta’ mhux aktar minn 280 Watt
– imbagħad jista’ jintuża minnufih. M’għandekx tħalli l-pakkett tal-ġel jissaħħan waħdu mingħajr ma
tosservah, u inti mitlub/a tiċċekkja t-temperatura tiegħu bid-dahar tal-id qabel ma tużah. Qabel tużah,
poġġih lura fil-cover tiegħu (jew geżwru fi drapp irqiq).
Jekk jogħġbok innota:
Il-pakkett tal-ġel huwa maħsub għal użu estern biss!
- Il-pakkett tal-ġel m’għandux jintuża f’każijiet ta’ problemi akuti ta’ ċirkolazzjoni, nuqqas ta’
ċirkolazzjoni fl-arterji, is-sindromu Raynaud, sensittività żejda jew nieqsa rigward it-temperatura
(pereż. f’każijiet ta’ dijabete). F’każ ta’ dubju, staqsi lit-tabib/a jew l-ispiżjar/a tiegħek.
- Biex tapplika l-pakkett tal-ġel, dejjem poġġih fil-cover tiegħu jew geżwru f’biċċa drapp.
Evita l-kuntatt dirett mal-ġilda.
- Qabel ma ssaħħan il-pakkett tal-ġel fil-majkrovejv, huwa assolutament neċessarju li taċċerta li
l-istruzzjonijiet tal-manifattur ma jeskludux it-tisħin ta’ mħaded tal-ġel. It-tisħin żejjed jista’ jeqred
il-pakkett tal-ġel. Periklu ta’ ħruq!
- Pakkett b’ġel ibbażat fuq l-ilma li ma jikkawżax ħsara lill-ambjent u lill-bniedem. Jekk jogħġbok,
oqgħod attent/a li l-pakkett ikun għadu ssigillat sew u li ma jkunx hemm ġel ħiereġ.
Fil-każ li l-kontenut tal-borża jinbela’ bi żball, jeħtieġ li wieħed jixrob ħafna ilma u jikkuntattja tabib/a
bħala prekawzjoni.
- L-użu jista’ jsir biss taħt is-superviżjoni ta’ persuna adulta. Il-manifattur jiċħad kwalunkwe
responsabilità għal ħsarat jew konsegwenzi relatati kkawżati minn użu ħażin jew nuqqas
ta’ superviżjoni.
- Il-pakkett tal-ġel jista’ jintrema mal-iskart domestiku.
- Il-cover għamla ta’ soft toy jista’ jinħasel fil-magna tal-ħasil f’temperatura ta’ 30 °C.