< PO_BASIC_OP_PMR >
3
TĦADDIM BAŻIKU
TIXGĦEL / TITFI
Tip tal-key:
Agħfas
[ ]
biex tixgħel it-transceiver.
Agħfas
[ ]
mill-ġdid biex titfi t-transceiver.
Tip ta’ knob:
Dawwar il-
[Power switch/ Kontroll tal-Volum]
fid-direzzjoni tal-arloġġ biex tixgħel it-transceiver.
Dawwar il-
[Power switch/ Kontroll tal-Volum]
kontra d-direzzjoni tal-arloġġ biex titfi t-transceiver.
AĠĠUSTAMENT TAL-VOLUM
Tip tal-key:
Agħfas il-key programmata bħala
[Għolli l-Volum]
biex iżżid il-volum. Agħfas il-key programmata bħala
[Baxxi l-Volum]
biex tnaqqas il-volum.
Tip ta’ knob:
Dawwar il-
[Power switch/ Kontroll tal-Volum]
biex taġġusta l-volum. Fid-direzzjoni tal-arloġġ iżżid il-volum u kontra
d-direzzjoni tal-arloġġ tnaqqsu.
GĦAŻLA TA’ ŻONA U CHANNEL
Agħżel iż-żona u ċ-channel mixtieqa billi tuża l-keys programmatic bħala
[Żona 'l Fuq]
/
[Żona 'l Isfel]
u
[Channel 'il Fuq]
/
[Channel 'l Isfel]
.
BIEX TITRAŻMETTI
1
Agħżel iż-żona u ċ-channel mixtieqa.
2
Agħfas il-key programmata bħala
[Monitor]
jew
[Squelch Off]
biex tiċċekkja jekk iċ-channel hux liberu.
• Jekk il-frekwenza hija okkupata, stenna sakemm tkun disponibbli.
3
Agħfas l-iswiċċ
PTT
u tkellem fil-mikrofonu. Itlaq l-iswiċċ
PTT
biex tirċievi.
• Għall-aqwa kwalità tal-ħoss għand min qed jirċievi, żomm il-mikrofonu madwar 3ċm sa 4ċm minn ħalqek.
BIEX TIRĊIEVI
Agħżel iż-żona u ċ-channel mixtieqa. Jekk is-senjalar kien ipprogrammat fuq iċ-channel magħżul, se tisma’ sejħa biss jekk
is-sinjal li tirċievi jkun jaqbel mas-settings tat-transceiver tiegħek.