![Telesteps 2007007946216 Instruction Manual Download Page 65](http://html1.mh-extra.com/html/telesteps/2007007946216/2007007946216_instruction-manual_1082235065.webp)
QABEL MA TUŻA
• Jekk is-sellum jiġi fornut bi żbarr(a/i) stabiliżatriċi/stabilizzaturi, l-iżbarr(a/i) għand(ha/hom ) titwaħħal/jitwaħħlu
mill-utent qabel ma jintuża s-sellum.
• Spezzjona s-sellum wara l-forniment u qabel ma tuża biex tikkonferma lkundizzjoni u t-tħaddim tal-partijiet
kollha.
• M’għandekx tuża sellum bil-ħsara.
• Iżgura li inti f’siktek biżżejjed li tista’ tuża s-sellum. Ċertu kundizzjonijiet mediċi jew mediċina, l-alkoħol jew
l-abbuż ta’ drogi jistgħu jagħmlu s-sellum mhux sikur.
• Iżgura li s-sellum ikun adattat għax-xogħol.
• Neħħi kull tniġġiz minn fuq is-sellum bħal żebgħa niedja, tajn, żejt jew borra.
• Għall-użu professjonali għandha tittieħed stima tar-riskju li tirrispetta lleġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn jintuża.
• Identifika kull riskju ta’ dawl fiż-żona tax-xogħol, bħal-linji fuq rasek jew tagħmir ieħor tad-dawl espost, u tużax
is-sellum fejn hemm rskji ta’ dawl
• Kun żgur li l-mekkaniżmi li jsakkru għall-iskaluni/turġien kollha estiżi jiġu ċċekkjati u msakkra qabel l-użu.
• Is-sellum għandu jintuża/jinżamm f’temperaturi ta’ bejn -20 - +60 grad C.
QABEL TUŻA, DEJJEM IĊĊEKKJA
• Il-paranti (il-partijiet weqfin) li ma jkunux milwija, immejla, mibruma, mgħattna, imxaqqa jew imsadda.
• It-tubi teleskopiċi madwar il-punti t’iffissar għal komponenti oħrajn jinsabu f’kundizzjoni tajba.
• It-twaħħil (ġeneralment rivits, viti jew boltijiet) mhumiex nieqsa, maħlula jew imsadda
• Mhemmx skaluni nieqsa, imħollija, eċċessivament deterjorati, imsadda jew danneġġjati
• Ċappetti bejn is-sezzjonijiet ta’ quddiem u ta’ wara m’għandhomx ħsara, huma mħollija jew imsadda.
• Brekits ta’ gwida mhumiex nieqsa, bil-ħsara, imħollija jew imsadda u jaqbdu sew fuq il-parant korrispondenti
• Saqajn tal-lastku u tappijiet tat-truf mhumiex nieqsa, imħollija, deterjorati eċċessivament, imsadda jew
bil-ħsara.
• Is-sellum kollu huwa ħieles minn kontaminanti (eż. ħmieġ, tajn, żebgħa, żejt jew griż)
• Lukketti li jagħlqu m’għandhomx ħsara u jiffunzjonaw b’mod korrett.
Jekk xi wieħed minn dawn il-verifiċi ma jistgħux jiġu sodisfatti, inti M’GĦANDEKX tuża s-sellum.
TINDIF
Għal raġunijiet ta ’sigurtà u funzjonalità, il-prodott teleskopiku għandu dejjem jinżamm nadif, partikolarment
it-tubi u l-iskaluni teleskopiċi. Il-ħmieġ, il-limi, it-tikek taż-żebgħa, il-kolla eċċ għandhom jitnaddfu wara kull użu,
u qabel ma tingħalaq is-sellum. Jekk is-sellum tiegħek ikun imxarrab, estendi kompletament is-sellum, imsaħ
u żommu estiż sakemm is-sellum ikun niexef għal kollox. Il-Kitt tal-Manutenzjoni tagħna jinkludi kemm sponża
unika għat-tindif tal-melamina kif ukoll xugaman tal-microfiber biex issolvi dawn il-kompiti faċilment.
SERVIZZ U MANUTENZJONI
Kwalunkwe servis jew xogħol ta’ tiswija għandu dejjem isir f’ħanut tax-xogħol tas-servis awtorizzat li jistabilixxi
azzjoni adattata f’kull każ individwali. Jekk jogħġbok ikkuntattja lproduttur jew fornitur għal servis u manutenzjoni.
Jekk is-saqajn tal-lastku jew it-tappijiet tat-truf qed jitherrew, ibdilhom għall-aħjar sikurezza. Qatt m’għandek tuża
s-sellum mingħajr saqajn tal-lastku (protezzjoni miż-żlieq) u t-tappijiet tat-truf biex tevita li t-trab, laqx tal-metall
jew simili milli jidħlu ġot-tubi. Saqajn ġodda/tappijiet tat-truf jistgħu jinkisbu mingħand bejjiegħa bl-imnut. Spare
parts oriġinali biss għandhom jintużaw għal raġunijiet ta’ sikurezza.
Nifirħulek għax-xirja tiegħek tas-sellum teleskopiku ta’ Telesteps.
Il-karatteristiċi uniċi taddiżinn jiżguraw li s-sellum ta’ Telesteps ikun
sikur u faċli biex tuża. Qabel ma tuża, jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet
bir-reqqa dwar kif għandek tuża, timmaniġġja u żżomm is-sellum tiegħek.
MT