36
MT
fil-biċċa l-kbira tal-każijiet irid jiġi attivat.
L-Equalizer jappoġġja diversi miters intelliġenti.
Sib lista sħiħa ta’ miters kompatibbli fuq
easee.support
.
Struzzjonijiet tas-sikurezza.
TWISSIJIET U ATTENZJONI
Twissija tindika kundizzjoni, periklu jew
prattika mhux sikura li tista’ twassal għal
korriment personali serju jew mewt.
Attenzjoni tindika kundizzjoni, periklu jew
prattika mhux sikura li tista’ twassal għal
korriment personali minuri jew ħsara lill-
prodott.
ATTENZJONI
—
Tużax il-prodott jekk ikollu l-ħsara jew ma
jaħdimx sew.
—
Dejjem ara li kwalunkwe xogħol ta’ tiswija
jitwettaq minn elettriċista awtorizzat u
skont ir-rekwiżiti lokali.
—
Dan il-prodott huwa maħsub għal użu
fuq ġewwa f’postijiet nexfin biss. Jekk
jitpoġġa barra mid-dar, dan għandu jiġi
installat ġewwa armarju sabiex jiġi protett
mit-temp
—
Tgħaddasx il-prodott fl-ilma jew likwidi
oħrajn.
—
Evita d-dawl dirett tax-xemx jew
l-esponiment għas-sħana.
—
Żomm il-prodott ’il bogħod minn fjammi
mikxufin u sħana estrema.
—
Ara li t-tfal ma jilgħabux bil-prodott.
Informazzjoni importanti addizzjonali
Standards
B’dan, Easee AS tiddikjara li t-tipi ta’ tagħmir
tar-radju l-Easee Equalizer P1 (E02-EQP) u
l-Easee Equalizer HAN (E02-EQ) jikkonformaw
mad-Direttiva 2014/53/UE.
It-test sħiħ tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità
tal-UE u tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità
tar-Renju Unit huwa disponibbli fl-indirizz
tal-internet li ġej:
easee.com/manuals
Manutenzjoni
Dan il-prodott ma jeħtieġ l-ebda manutenzjoni.
Jekk tkun meħtieġa tiswija, jekk jogħġbok
ikkuntattja lill-fornitur tiegħek ta’ Easee.
Ħżin
Il-prodott għandu jinħażen f’żona milqugħa,
niexfa u vventilata sew sabiex tippreserva
l-imballaġġ u l-kontenut tiegħu. L-umdità
relattiva m’għandhiex taqbeż it-80 % u
l-ebda gass korrużiv m’għandu jkun preżenti.
L-ambjent tal-ħżin jew tat-trasport m’għandux
jaqbeż il-limiti pprovduti fl-ispeċifikazzjonijiet
tekniċi.
Immaniġġjar tal-iskart
Landa taż-żibel b’salib fuqha (simbolu WEEE)
tindika li l-prodott u l-aċċessorji tiegħu
m’għandhomx jintremew fl-iskart domestiku fi
tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
Għar-ritorn ta’ apparati qodma, jista’ jkun
hemm punti ta’ ġbir u ta’ aċċettazzjoni
mingħajr ħlas disponibbli fil-viċinanzi tiegħek.
Osserva r-regolamenti lokali għar-rimi korrett
u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Jekk it-
tagħmir elettroniku qadim fih data personali,
inti responsabbli biex tħassarha qabel
tirritornah.