
467
Gwida għall-Utent għal 3M
TM
Multi-Touch Chassis Display
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati biex
jissostitwixxu displej eżistenti Dawn id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni
professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa u tan-negozju. Dawn mhumiex
maħsuba jew ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe
applikazzjoni oħra ma ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.
Mhux maħsub għal użu domestiku jew personali.
Noti importanti
F'sitwazzjonijiet ta' temperaturi u umidità estremi, tista' tosserva
kondensazzjoni bejn is-sensor u d-displej. Sabiex tnaqqas din il-kundizzjoni,
poġġi l-unità fejn ser tintuża u ħalli perjodu ta' stabbilizzazzjoni ambjentali ta'
24 siegħa qabel ma tixgħel id-displej Kull kondensazzjoni li tinnota hija
temporanja u mhux ser ikollha effetti fit-tul fuq l-operat tad-displej.
Inti avżat li kull tibdil jew modifika għat-tagħmir li mhuwiex approvat
espressament mill-parti responsabbli għall-konformità jista' jħassar il-
garanzija tiegħek.
Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, żomm il-plakka, u tiġbidx mill-wajer.
Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad
jew sajjetti.
Ftakar li tqis li t-temperatura operattiva tal-installazzjoni tista' tkun ogħla
minn dik tal-kamra, u għandek tikkunsidra li tinstalla l-unità f'ambjent li
huwa kompatibbli mal-ogħla temperatura operattiva effettiva. L-
ispeċifikazzjonijiet jinsabu fl-iskeda ta' data tal-prodott fuq is-sit web ta' 3M
Touch Systems fuq
http://www.3m.com/touch/
.
Il-3M Multi-Touch Chassis Display jista' ma jaħdimx kif suppost
f'altitudnijiet ogħla minn 2000 metru.
3M Touch Systems tirrakkomanda li tnaddaf bil-vakwu jew tissostitwixxi l-
filtru tal-fan mill-inqas kull sitt xhur jew jekk ikun hemm tlugħ sinifikanti fit-
temperatura tal-wiċċ.
Meta tinstalla l-unità, kun ċert li din ma tirrestrinġiex il-fluss tal-arja lejn
kwalunkwe tagħmir ieħor fl-installazzjoni meħtieġ għall-operat sikur.
Karatteristika inerenti tat-3M Projected Capacitive Touch (PCT) sensor huwa
d-disinn ta' grilja fina li jista' jkun viżibbli taħt ċertu kundizzjonijiet tad-dawl.
Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni xierqa
sabiex tevita li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod affidabbli u
kontinwu.
Tesponix dan id-displej għad-dawl tax-xemx jew sħana diretta. Is-sħana
passiva tista' tikkawża ħsara lill-kaxxa u partijiet oħrajn.
Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet
estremi. Pereżempju, tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista'
jipproduċi vibrazzjonijiet qawwijin. Il-vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-
displej biex juri stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow bagħtuta.
Содержание C4667PW
Страница 2: ......
Страница 393: ...391 3M TM 멀티터치 섀시 디스플레이 사용 설명서 3M Touch Systems Inc 독점적 정보 사용자 정의 설정 빨간색 녹색 및 파란색 채널을 기호에 맞게 조정할 수 있습니다 ...
Страница 400: ...398 3M TM 멀티터치 섀시 디스플레이 사용 설명서 3M Touch Systems Inc 독점적 정보 가로 세로 비율 디스플레이에 대해 적합한 가로 세로 비율을 설정합니다 전체 16 10 또는 4 3 ...
Страница 401: ...399 3M TM 멀티터치 섀시 디스플레이 사용 설명서 3M Touch Systems Inc 독점적 정보 기본값으로 재설정 제어 기능을 원래 미리 설정된 기본값으로 재설정합니다 ...