![Kyocera TJEP GRF 34/90 GAS 3G Safety And Operation Instructions Download Page 149](http://html1.mh-extra.com/html/kyocera/tjep-grf-34-90-gas-3g/tjep-grf-34-90-gas-3g_safety-and-operation-instructions_2016656149.webp)
147
Malti
• Tneħħix, tbagħbasx, jew inkella twassalx sabiex
il-kontrolli operattivi tal-għodda jsiru inoperabbli.
Tħaddimx l-għodda jekk xi parti tal-kontrolli li
jħaddmu l-għodda ma tkunx tista’ titħaddem, tiġi
skonnettjata, mibdula, jew ma taħdimx kif suppost.
• Skonnettja l-batterija u ċ-ċellula tal-fjuwil mill-
għodda tal-gass qabel ma tagħmel xi aġġustamenti,
tbiddel l-aċċessorji jew taħżen l-għodda tal-gass.
Tali miżuri ta’ sikurezza preventivi jnaqqsu r-riskju li
l-għodda tal-gass tiġi attivata aċċidentalment.
• L-għodda tal-gass m’għandhiex tiġi modifikata
sakemm ma tiġi awtorizzata fil-manwal jew
approvata bil-miktub minn Kyocera Unimerco
Fastening. In-nuqqas ta’ konformità jista’ jwassal
għal sitwazzjonijiet perikolużi jew korrimenti.
• Żomm idejk u ġismek ‘il bogħod miż-żona
tar-rilaxx tal-fastener tal-għodda tal-gass.
• Tħaddimx l-għodda tal-gass b’batteriji oħrajn ħlief il-
pakketti ta’ batteriji iddisinjati speċifikament li huma
mibgħuta ma’ din l-għodda tal-gass.
• Uża biss fasteners indikati fl-ispeċifikazzjonijiet
tekniċi mogħtija flimkien ma’ dan il-manwal.
• Oqgħod attent meta timmaniġġla l-fasteners, jista’
jkollhom truf u punti li jaqtgħu.
• Uża biss aċċessorji magħmula jew rakkomandati
mill-manifattur tal-għodda, jew aċċessorji li jagħmlu
xogħol ekwivalenti għal dawk rakkomandati minn
Kyocera Unimerco Fastening.
• Għabbi l-fastener wara li tgħabbi l-batterija u
ċ-ċellula tal-fjuwil biex tipprevjeni l-isparar mhux
mistenni tal-fastener.
• Skonnettja l-batterija u ċ-ċellula tal-fjuwil jekk il-
fastener tikkawża mblokk fl-għodda tal-gass. Filwaqt
li tneħħi fastener li tkun ikkawżat imblokk, in-nailer
jista’ jiġi attivat aċċidentalment jekk il-batterija u/jew
iċ-ċellula tal-fjuwil hija mqabbda.
• Ogħqod attent/a meta tneħħi l-fastener li
kkawżat l-imblokk. Il-mekkaniżmu jista’ jkun taħt
kompressjoni u l-fastener tista’ tintreħa b'saħħa
waqt il-proċess tat-tneħħija ta’ kundizzjoni ta’
mblukkar.
• Neħħi ċ-ċellula tal-fjuwil u l-batterija meta
· Mhijiex tintuża;
· Tagħmel kwalunkwe manutenzjoni jew tiswija;
· Tneħħija ta' mblukkar;
· Tgħolli, tbaxxi jew inkella tmexxi l-għodda tal-
gass għall-post ġdid;
· L-għodda tal-gass hija barra mis-superviżjoni u
l-kontroll tal-operatur
· Tneħħija tal-fasteners mill-kompartiment.
• It-tfal m’għandhomx jilagħbu bl-apparat. It-tindif u
l-manutenzjoni mill-utent m’għandhomx isiru minn
tfal.
• Żomm l-għodda tal-gass kif suppost. Jekk ikollha
l-ħsara, sewwiha qabel ma tużaha. Jekk jogħġbok
irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni għal
informazzjoni dettaljata dwar il-manutenzjoni kif
suppost tal-għodda tal-gass.
• Jekk jogħġbok żomm l-għodda tal-gass f’kundizzjoni
nadifa, imsaħ il-grass u/jew ż-żejt wara x-xogħol.
Qatt ma għandek tuża likwidu għat-tindif fuq bażi
ta’ solvent biex tnaddaf l-għodda tal-gass. Huwa
possibbli li s-solvent jiddeterjora l-komponenti tal-
gomma u/jew tal-plastik ta’ fuq l-għodda tal-gass. Il-
manku u l-forma tal-għodda miksija bil-grass jistgħu
jikkawżaw li twaqqa’ l-għodda tal-gass bi żball u
b’hekk tikkawża dannu lil persuna fil-qrib.
• Ara li l-għodda tal-gass tiegħek tissewwa minn
persuna li ssewwi kwalifikata billi tuża biss partijiet
li jiġu fornuti jew rakkomandati minn Kyocera
Unimerco Fastening. Dan jaċċerta li s-sikurezza
tal-għodda tal-gass tinżamm.
• Uża biss lubrikanti rakkomandati minn Kyocera
Unimerco Fastening / aġent ta' TJEP lokalment.
Twissijiet taċ-ċellula tal-fjuwil
• Uża biss ċelluli tal-fjuwil rakkomandati minn
Kyocera Unimerco Fastening. Aqra l-Paġna ta’
Data tas-Sikurezza tal-Materjal biex tifhem aktar
il-kontenut taċ-ċellula tal-fjuwil u tkun taf ir-
regolamenti tat-trasport.
• Iċ-ċellula tal-fjuwil hija kontenitur tal-gass likwifikat
bi pressjoni għolja. Il-kontenut taċ-ċellula tal-fjuwil
jieħu n-nar malajr, żommu ‘l bogħod minn xrar, nar,
temperaturi għoljin u ambjent splussiv. Ittaqqabx
iċ-ċellula tal-fjuwil jew tippruvax tiftaħ il-kontenitur.
Iċ-ċellula tal-fjuwil fiha gass li jieħu n-nar anke jekk
tidher vojta. Segwi l-istruzzjoni tar-riċiklar fuq iċ-
ċellula tal-fjuwil.
Summary of Contents for TJEP GRF 34/90 GAS 3G
Page 2: ...www tjep eu...
Page 4: ...2 2 3 6 6 7 7 7 7 8 8 8 9 9 9 9 LED 9 10 10 11 TJEP...
Page 5: ...3 CE CE CE...
Page 6: ...4 49 C 120 F...
Page 7: ...5 Kyocera Unimerco Fastening Kyocera Unimerco Fastening...
Page 10: ...8 3...
Page 11: ...9 1000 4000 2 Phillips TJEP TJEP ST 15 50 GAS 2 TJEP ST 15 50 GAS LED 2 1 LED LED LED...
Page 80: ...78 78 79 82 82 83 83 84 84 84 84 84 85 85 85 85 LED 85 86 86 87 TJEP...
Page 81: ...79 CE CE CE...
Page 82: ...80 49 C 120 F...
Page 83: ...81 Kyocera Unimerco Fastening Kyocera Unimerco Fastening...
Page 86: ...84 3...
Page 87: ...85 1 000 4 000 2 TJEP TJEP ST 15 50 GAS 2 TJEP ST 15 50 GAS LED 2 1 LED LED...
Page 243: ...www tjep eu EXPLORE OUR WEBSITE FOR MORE INFORMATION...