![Barbecook JOYA BC-CHA-1066 Manual Download Page 44](http://html1.mh-extra.com/html/barbecook/joya-bc-cha-1066/joya-bc-cha-1066_manual_3918394044.webp)
www.barbecook.com
44
MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1.
IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook. Nisperaw li tieħu pjaċir
tużah u tgawdih għal ħafna żmien! Tista' tottimizza l-esperjenza
tiegħek billi tirreġistra l-barbecue tiegħek online biex tieħu
vantaġġ mill-ħafna benefiċċji.
-
Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online, sabiex tkun
tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar l-apparat
tiegħek
-
Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat, li
jfisser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz tal-
garanzija.
-
Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
-
Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-
apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2. DWAR DIN IL-GWIDA
Din il-gwida tikkonsisti f'żewġ partijiet. Il-Parti 1 fiha
struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-manutenzjoni u
l-garanzija.
Il-Parti 2 (p. 56) fiha illustrazzjonijiet, listi ta' partijiet, u
tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċifika fil-manwal, issirlek referenza għaliha
b'din il-pittogramma ta' lapes.
3. STRUZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ
Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża l-apparat. Dejjem segwi
l-istruzzjonijiet b'attenzjoni. L-immuntar jew l-użu tal-apparat
b'mod li ma jaqbilx mal-istruzzjonijiet jista' jirriżulta f'nar u ħsara
materjali.
Ħsara kkawżata jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet
(assemblaġġ mhux korrett, użu ħażin, manutenzjoni
ħażina eċċ.) mhix koperta mill-garanzija.
•
TWISSIJA! Żomm lit-tfal u lill-annimali domestiċi 'l bogħod
mill-barbecue.
•
TWISSIJA! Dan il-barbecue jiġi jaħraq ħafna, tippruvax
iċċaqlaqu meta jkun qed jintuża.
•
Uża protezzjoni xierqa meta jkollok bżonn tmiss partijiet
jaħarqu.
•
Żomm materjali li jaqbdu, likwidi li jaqbdu u oġġetti li jinħallu
f'distanza sigura mill-apparat meta jkun qed jintuża.
•
TWISSIJA! Tużax alkoħol snaturat, petrol jew likwidi oħra
li jaqbdu biex tixgħel jew terġa' tixgħel l-apparat! Għandek
tuża biss firelighters li jikkonformaw ma' EN 1860-3!
•
TWISSIJA! Tibdiex il-barbecue qabel ma l-faħam tal-kannol
ikun żviluppa saff ta' rmied. Dan ġeneralment jieħu madwar
15-il minuta.
•
Tħallix il-barbecue waħdu meta tkun qed tużah.
•
Żomm barmil ilma jew ramel fil-viċin meta tuża l-apparat,
speċjalment fi ġranet sħan ħafna u f'ambjenti niexfa.
•
Tużahx ġewwa! Uża l-apparat barra biss. Jekk tuża
l-apparat ġewwa, anki f'garaxx, spazju magħluq jew kamra
(shed), tirriskja avvelenament bil-monossidu tal-karbonju.
Ikkunsidra dan li ġej meta tagħżel post:
•
Poġġi l-apparat mill-inqas tliet metri 'l bogħod mill-bini f'post
miftuħ u ventilat tajjeb.
•
Tpoġġix il-barbecue taħt struttura li tgħattih minn fuq
(veranda, xi kenn, eċċ.) jew taħt xi weraq.
•
Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli.
•
Tpoġġix l-apparat fuq vettura li tiċċaqlaq (dgħajsa, karru,
eċċ.).
4. L-IMMUNTAR TAL-APPARAT
4.1.
Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
•
Neħħi l-imballaġġ kollu.
•
M'għandekx tagħmel modifiki fl-apparat meta timmuntah.
M'għandekx tagħmel tibdil f'xi waħda mill-partijiet tal-
apparat; dan huwa perikoluż ħafna.
• Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tal-immuntar bir-reqqa.
•
L-utent huwa responsabbli għall-immuntar tajjeb tal-apparat.
Ħsara kkawżata minn immuntar mhux korrett mhix koperta
mill-garanzija.
4.2. Biex timmonta l-apparat
1.
Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli qabel l-użu.
2.
Arma l-apparat kif muri fuq it-tpinġijiet tal-immuntar.
Tista' ssib it-tpinġijiet tal-immuntar fit-tieni parti ta' din
il-gwida (p. 58), wara d-dijagramma kompożittiva tat-
tagħmir tiegħek.
5.
TĦEJJIJA TAL-APPARAT GĦALL-UŻU
Għandek bżonn ilma, faħam tal-kannol, briquettes jekk mixtieq,
kubi tal-firelighters jew lixka tan-nar, u sulfarina twila.
5.1.
Liema tip ta' faħam tal-kannol għandi nuża?
Dejjem ixgħel l-apparat tiegħek bil-faħam tal-kannol
tradizzjonali, qatt bil-briquettes. Meta l-apparat tiegħek
jinxtegħel, tista' żżid il-briquettes. Uża faħam tal-kannol ta'
kwalità tajba biex tixgħel l-apparat, preferibbilment faħam tal-
kannol li jikkonforma ma' EN 1860-2.
Agħlaq il-borża tal-faħam tal-kannol sewwa qabel
taħżinha. Dejjem aħżen il-faħam tal-kannol f'post xott,
taħżinx il-faħam tal-kannol f'kantina (basement).
Massimu ta' 50% (ara l-ħarsa ġenerali hawn taħt) tar-
reċipjent jista' jimtela bil-faħam tal-kannol. Mili żejjed
tar-reċipjent jista' jikkawża ħsara serja lill-barbecue
tiegħek minħabba s-sħana estrema.
Tip
Piż massimu
Joya
Massimu ta' 0.3kg
faħam tal-kannol jew
9 briquettes
Tqabbadx injam fil-barbecue tiegħek għax it-
temperatura togħla wisq u tagħmel ħsara lill-barbecue
tiegħek.
5.2.
Tħejjija.
1.
Ipproteġi l-mejda tiegħek.
2.
Poġġi r-reċipjent taċ-ċeramika tiegħek fuq il-mejda u ferra'
massimu ta' 0.5L ilma. (Fig. 1)
3.
Poġġi r-reċipjent ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli fir-reċipjent
taċ-ċeramika. (Fig. 2)
5.3.
Kif tixgħel l-apparat.
1.
Għatti l-qiegħ tar-reċipjent ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli
bil-faħam tal-kannol. (Fig. 3)
-
Tużax wisq faħam tal-kannol meta tixgħel il-barbecue.
-
Tista' żżid biċċiet tal-faħam jew briquettes aktar tard.
2.
Poġġi l-kubi tal-firelighter jew il-lixka tan-nar bejn il-biċċiet tal-
faħam tal-kannol u ixgħelhom b'sulfarina twila. (Fig. 4)
3.
Stenna 15-il minuta sakemm jifforma saff ta' rmied abjad fuq
il-faħam tal-kannol. (Fil-każ tal-briquettes hemm bżonn ta'
iktar ħin, madwar 30 minuta).
L-ewwel darba li tuża l-apparat, trid tħallih jaqbad għal
30 minuta. Dan ineħħi kwalunkwe grass tal-manifattura
li jifdal mill-apparat.
Tpoġġix il-gradilja fuq l-apparat għalissa. Gradilja vojta
tista' titgħawweġ meta tinżamm fuq is-sħana għal ħin
twil wisq.
Summary of Contents for JOYA BC-CHA-1066
Page 48: ...www barbecook com 48 16 Barbecook 10 2...
Page 51: ...www barbecook com 51 10 2...
Page 58: ...www barbecook com 58 C h a r c o a l 1 2 5a 5b 3 4...
Page 59: ......