175
5. Manutenzjoni
Tiswija
Tiswija Magħmula mill-Utent
1. B’mod regolari ċċekkja l-lenti għal reżini dentali mwebbsa. Jekk meħtieġ, uża strument dentali li mhux djamant biex bl-attenzjoni tneħħi kwalunkwe reżina mwaħħla.
2. L-arloġġi tad-dawl ivarjaw ħafna u huma ddiżinjati għal trufijiet ta’ gwida tad-dawl u lentijiet speċifiċi. Ultradent tirrakkomanda li b’mod regolari wieħed jiċċekkja l-ħruġ fil-modalità ta’
Enerġija Standard . NOTA: il-ħruġ numeriku attwali mhux se jkun tajjeb minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-arloġġi tad-dawl komuni u l-pakkett ta’ LEDs magħmulin apposta li hemm
fid-dawl tat-twebbis.
Tiswija mill-Manifattur
1. It-tiswijiet għandhom jitwettqu biss minn persunal awtorizzat li jagħmel is-services. Ultradent tipprovdi lill-persunal li jagħmel is-services bid-dokumentazzjoni biex iwettaq it-tiswijiet.
Garanzija
Ultradent b’dan tiggarantixxi li dan l-istrument għandu, għal perijodu ta’ 5 snin*, jikkonforma fl-aspetti materjali kollha mal-ispeċifikazzjonijiet hekk kif imniżżla fid-dokumentazzjoni ta’
Ultradent li tiġi flimkien mal-prodott u għandu jkun bla ebda difetti fil-materjali/jew il-lavur. Din il-garanzija tapplika biss għax-xerrej oriġinali u mhijiex trasferibbli. Il-prodotti difettużi
kollha għandhom jintbagħtu lura lil Ultradent. Ma jeżistux komponenti tas-service għall-utent tas-sistema VALO. Il-garanzija ma tibqax tgħodd f’każ ta’ tbagħbis mal-VALO.
Il-garanzija fuq il-VALO ma tkoprix ħsara mill-klijent. Pereżempju: jekk xi VALO jiġi użat ħażin jew imwaqqa’ u l-lenti tinkiser, il-klijent ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe tiswijiet
meħtieġa.
*Bl-irċevuta ta’ meta nxtara li tindika d-data ta’ meta ġie mibjugħ lid-dentist.
6. L-Ipproċessar
Kull darba li jintuża, xarrab garża jew ċarruta ratba b’diżinfettant approvat għall-uċuħ u imsaħ il-wiċċ u l-lenti.
LIKWIDI TAT-TINDIF AĊĊETTABBLI
• Lysol Brand III Disinfectant Spray (Rakkomandat)
• Isopropyl alcohol
• Likwidi tat-tindif ibbażati fuq Ethyl alcohol (Etil alkoħol)
• Lysol®* Concentrate (dak ibbażat fuq l-alkoħol biss)
• Prodotti Cavicide™* (Mhux Bliċ)**
LIKWIDI TAT-TINDIF LI MHUMIEX AĊĊETTABBLI - TUŻAX:
• Kwalunkwe tip ta’ deterġent alkali qawwi, inkluż is-sapun tal-idejn u s-sapun tal-platti
• Likwidi tat-tindif ibbażati fuq il-bliċ (pereżempju Clorox™*, Sterilox™*)
• Likwidi tat-tindif ibbażati fuq il-Perossidu tal-Idroġenu
• Aġenti tat-Tindif li Joborxu (pereżempju Comet Cleanser™*)
• Likwidi tat-tindif ibbażati fuq l-aċeton jew l-idrokarburi
• MEK (Metil Etil Keton)
• Birex®*
• Gluteraldehyde
• Likwidi tat-tindif ibbażati fuq il-melħ tal-Klorur tal-Ammonju Kwaternarju (Quaternary Ammonium Chloride salt) (ħlief Cavicide™*)
• Soluzzjoni jew biċċiet tat-tindif li jintremew ta’ Cavicide1™*
* Marka tad-Ditta ta’ kumpanija oħra li mhijiex Ultradent
** Jekk jintuża, jista’ jkun kawża li jintilef il-kulur
7. Ħażna u Rimi
Il-Ħażna u t-Trasport tad-dawl tat-Twebbis:
• Temperatura: +10°C sa +40°C (+50°F sa +104°F)
• Umdità Relattiva: 10% sa 95%
• Pressjoni Ambjentali: 500 hPa sa 1060 hPa
Meta tkun qed tarmi skart elettroniku, (jiġifieri tagħmir, ċarġers, batteriji u provvisti tal-enerġija), segwi l-linji gwida lokali dwar l-iskart u r-riċiklaġġ.