173
4. Struzzjonijiet Pass Pass
Preparazzjoni
1. Ikkonnettja l-korda tal-enerġija 9 volts mal-korda tal-apparat li jintuża fl-idejn.
2. Ipplaggja l-korda tal-enerġija ġo kwalunkwe sokit tal-elettriku (100-240 VAC). L-apparat tal-VALO li jintuża fl-idejn se jagħmel ħoss żgħir (beep) għal darbtejn meta jkun qed
jinxtegħel, u d-dwal tal-ħinijiet se jixegħlu biex jindikaw meta d-dawl ikun lest biex jintuża.
3. Poġġi d-dawl tat-twebbis ġewwa brekit tal-immuntar ta’ unità dentali standard jew brekit tal-immuntar ta’ aċċessorju sakemm ikun lest biex jintuża.
4. Kull darba qabel ma jintuża, poġġi komma barriera (barrier sleeve) ġdida fuq id-dawl tat-twebbis.
L-Installazzjoni ta’ Kmiem Barriera Iġjeniċi:
Il-komma barriera iġjenika hija mwaħħla apposta mad-dawl tat-twebbis u żżomm nadif wiċċ id-dawl tat-twebbis. Il-komma barriera tgħin tevita l-kontaminazzjoni kroċjata, tgħin iżżomm
il-materjal tat-taħlita dentali milli jeħel mal-wiċċ tal-lenti u d-dawl tat-twebbis, u tevita t-telf tal-kulur u l-korrużjoni mis-soluzzjonijiet tat-tindif.
Nota:
• L-użu tal-komma barriera iġjenika se jnaqqas il-ħruġ tad-dawl b’5-10%. Minħabba l-enerġija tal-ħruġ għolja tad-dawl tat-twebbis, it-twebbis ġie muri li huwa sostanzjalment
ekwivalenti.
• Id-dawl tat-twebbis irid jiġi mnaddaf u ttrattat biex ikun sanitarju permezz ta’ aġenti xierqa tat-tindif u/jew sanitarji wara kull pazjent. Ara t-taqsima bit-titlu L-Ipproċessar..
Użu
1. Kull modalità tal-enerġija tiġi użata għat-twebbis ta’ materjali dentali b’inizjaturi li jaħdmu bir-radjazzjoni. Ara l-Gwida ta’ Malajr tal-Modalitajiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar
il-ħinijiet tat-twebbis.
NOTA: Id-dawl tat-twebbis huwa pprogrammat biex idur mill-modalità ta’ Enerġija Standard għall-Enerġija Għolja għall-Enerġija Ekstra wieħed wara l-ieħor. Pereżempju, biex tbiddel
mill-modalità ta’ Enerġija Standard għall-modalità ta’ Enerġija Ekstra, ikun meħtieġ li ddur mill-modalità ta’ Enerġija Għolja wara għall-modalità ta’ Enerġija Ekstra.
2. Id-dawl tat-twebbis jaħżen l-intervall tal-ħin u l-modalità li ntużaw l-iktar reċenti, u se jerġa’ jmur fuq dawn kull darba li jinbidlu l-modalitajiet jew jekk jitneħħew il-batteriji.
L-Operat
IL-MODALITÀ TAT-TWEBBIS: Modalità ta’ Enerġija Standard
L-INTERVALLI TAL-ĦIN: 5, 10, 15, 20 sekonda.
• Id-dawl tat-twebbis imur fuq din il-modalità meta jinxtegħel INIZJALMENT. Id-Dawl tal-Modalità/Status (Mode/Status) se jkun aħdar u l-erba’ Dwal ħodor tal-Ħin (Timing) se jkunu
mixgħula, li jindika l-modalità ta’ Enerġija Standard .
• Biex tbiddel l-intervalli tal-ħin, agħfas malajr il-Buttuna Ħin/Modalità (Time/Mode).
• Agħfas il-Buttuna tal-Power (Enerġija) biex twebbes. Biex twaqqaf it-twebbis qabel ma jispiċċa wieħed mill-intervalli tal-ħin, erġa’ agħfas il-Buttuna tal-Power (Enerġija).
IL-MODALITÀ TAT-TWEBBIS: Modalità ta’Enerġija Għolja
L-INTERVALLI TAL-ĦIN: 1, 2, 3, 4 sekondi.
• Mill-modalità ta’ Enerġija Standard , agħfas u żomm il-Buttuna tal-Bdil tal-Ħin/Modalità għal 2 sekondi u itlaqha. Id-Dawl tal-Modalità/Status se jkun oranġjo, u l-erba’ Dwal ħodor
tat-Timing se jixegħlu u jteptpu, li jindika l-modalità ta’ Enerġija Standard .
• Biex tbiddel l-intervalli tal-ħin, agħfas malajr il-Buttuna Ħin/Modalità (Time/Mode).
• Agħfas il-Buttuna tal-Enerġija biex twebbes. Biex twaqqaf it-twebbis qabel ma jispiċċa wieħed mill-intervalli tal-ħin, erġa’ agħfas il-Buttuna tal-Enerġija.
• Biex tmur lura għall-modalità ta’ Enerġija Standard, agħfas u żomm il-Buttuna tal-Bdil tal-Ħin/Modalità għal 2 sekondi u itlaqha, dan se jdawwar għall-modalità ta’ Enerġija Ekstra.
Agħfas u erġa’ żomm għal 2 sekondi, u itlaq. Id-Dawl tal-Modalità/Status se jkun aħdar u l-erba’ Dwal ħodor tal-Ħin se jkunu mixgħula, li jindika l-modalità Standard.
IL-MODALITÀ TAT-TWEBBIS: Modalità ta’ Enerġija Ekstra
L-INTERVALL TAL-ĦIN: 3 sekondi biss (Nota: Il-modalità ta’ Enerġija Ekstra għandha waqfien ta’ sigurtà ta’ 2 sekondi fl-aħħar ta’ kull ċiklu tat-twebbis biex tillimita s-sħana waqt twebbis
konsekuttiv. Fl-aħħar tal-waqfien, sensiela ta’ ħsejjes żgħar tindika li l-unità hija lesta biex tkompli tintuża).
• Mill-modalità ta’ Enerġija Standard , agħfas il-Buttuna tal-Bdil tal-Ħin/Modalità għal 2 sekondi, itlaq, agħfas u erġa’ żomm għal 2 sekondi, u itlaq. Id-Dawl tal-Modalità/Status se jkun
oranġjo u jteptep, u tlieta mid-Dwal ħodor tal-Ħin se jixegħlu u jteptpu, li jindika l-modalità ta’ Enerġija Ekstra.
• Agħfas il-Buttuna tal-Power (Enerġija) biex twebbes. Biex twaqqaf it-twebbis qabel ma jispiċċa wieħed mill-intervalli tal-ħin, erġa’ agħfas il-Buttuna tal-Power (Enerġija).
• Biex tmur lura għall-modalità ta’ Enerġija Standard , agħfas u żomm il-Buttuna tal-Bdil tal-Ħin/Modalità għal 2 sekondi u itlaqha. Id-Dawl tal-Modalità/Status se jkun aħdar u d-Dwal
ħodor tal-Ħin se jkunu mixgħula, li jindika l-modalità ta’ Enerġija Standard .
Il-Modalità tal-Irqad: Id-dawl tat-twebbis se jmur fil-modalità TAL-IRQAD wara siegħa 1 ta’ nuqqas ta’ attività, kif indikat minn teptip bil-mod tad-dawl tal-modalità/status. Jekk tingħafas
kwalunkwe buttuna dan ser iqajjem lid-dawl tat-twebbis u awtomatikament dan imur lura għall-aħħar setting li ntuża.
Tindif
1. Armi l-kmiem barriera użati fl-iskart standard wara kull pazjent.
2. Ara t-Taqsima tal-Ipproċessar.
L-Istruzzjonijiet għall-Immuntar tal-Brekit
1. Il-brekit għandu jiġi mmuntat fuq wiċċ ċatt, bla żejt.
2. Naddaf il-wiċċ b’alkoħol tat-tindif (surgical spirit).
3. Aqla’ l-karta ta’ wara tat-tejp adeżiv tal-brekit.
4. Poġġi l-brekit f’tali pożizzjoni li d-dawl tat-twebbis jogħla ’l fuq meta jitneħħa. Agħfas sew fil-post.