
108
Spjegazzjoni ta’ simboli
Simboli fil-manwal
!
Is-simbolu ta’ twissija ta’ sikurezza jindika periklu potenzjali għal korriment personali.
TWISSIJA:
Tindika periklu li, jekk ma jiġix evitat, jista’ jirriżulta f’mewt jew f’korriment serju.
Aqra u ifhem it-tikketti u l-manwal tal-għodda. Jekk tonqos milli ssegwi t-twissijiet dan jista’ jwassal
għal korriment serju.
L-operaturi u persuni oħra fiż-żona tax-xogħol għandhom jilbsu protezzjoni għall-għajnejn reżistenti
għall-impatti b’ilqugħ mal-ġnub.
L-operaturi u persuni oħra li jaħdmu fiż-żona tax-xogħol għandhom jilbsu protezzjoni għas-smigħ.
Huwa rrakkomandat li l-operatur u persuni oħra li jaħdmu fiż-żona tax-xogħol jilbsu elmu bit-
tikketta CE fuq is-sit tax-xogħol.
Oqgħod attent meta l-imsiemer ikunu qed jiġu sparati.
Simboli fuq l-għodda
Din l-għodda għandha l-approvazzjoni
CE skont l-istandards applikabbli.
Aqra u ifhem it-tikketti u l-manwal
tal-għodda. Jekk tonqos milli ssegwi
t-twissijiet dan jista’ jwassal għal
korriment serju.
L-operaturi u persuni oħra fiż-żona
tax-xogħol għandhom jilbsu protezzjoni
għall-għajnejn reżistenti għall-impatti
b’ilqugħ mal-ġnub.
L-operaturi u persuni oħra li jaħdmu
fiż-żona tax-xogħol għandhom jilbsu
protezzjoni għas-smigħ.
P.MAX
X BAR
(XXX PSI)
Pressjoni massima tat-tħaddim
L-għodda tiġi jew mgħammra bi grillu
tal-isparar bit-tħabbit jew bi grillu ta’
selezzjoni. Oqgħod attent meta tużaha.
Twissijiet ġenerali
Twissijiet ta’ sikurezza ġenerali
•
TWISSIJA:
Aqra t-twissijiet ta’ sikurezza kollha
u l-istruzzjonijiet kollha. Jekk tonqos milli ssegwi
t-twissijiet u l-istruzzjonijiet dan jista’ jwassal għal
xokk elettriku, nar, korriment serju u/jew mewt.
•
Uża l-għodda u l-aċċessorji skont dawn
l-istruzzjonijiet, filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet tax-
xogħol u x-xogħol li għandu jsir. L-użu tal-għodda
għal operazzjonijiet differenti minn dawk intiżi jista’
jirriżulta f’sitwazzjoni perikoluża.
•
Ibqa’ attent, ara sew dak li qed tagħmel u uża s-sens
komun meta tħaddem l-għodda. Tużax l-għodda
jekk int għajjien/a jew taħt l-influwenza tad-drogi,
tal-alkoħol jew ta’ medikazzjoni. Mument ta’
diżattenzjoni waqt li tħaddem l-għodda jista’ jirriżulta
f’korriment personali serju jew fi ħsara fil-materjal.
•
Ir-riskji għal persuni oħra għandhom jiġu vvalutati
mill-operatur.
•
Uża protezzjoni għall-għajnejn bit-tikketta CE
bil-protezzjoni quddiem u mal-ġnub kontra oġġetti
li jtiru meta tuża, tħaddem u ssewwi l-għodda.
•
Uża protezzjoni għall-widnejn bit-tikketta CE
ħdejn jew fuq il-post tax-xogħol biex tevita l-ħsara
lis-smigħ. L-esponiment mhux protett għal livelli
għoljin ta’ storbju jista’ jikkawża telf tas-smigħ
permanenti u diżabilitanti u problemi oħrajn bħal
tinnitus (żarżir, żanżin, tisfir jew ħsejjes fil-widnejn).
Kontrolli xierqa biex jitnaqqas ir-riskju jistgħu
jinkludu azzjonijiet bħal materjali li jtaffu biex jiġi
evitat li biċċiet tax-xogħol “iżarżru”.
•
Huwa rrakkomandat li fuq il-post tax-xogħol
tilbes protezzjoni għar-ras bit-tikketta CE.
• Hija r-responsabbiltà tal-impjegatur li jinforza li
l-utenti tal-għodda u persunal ieħor fil-viċin fuq
il-post tax-xogħol jilbsu tagħmir protettiv personali
bħal protezzjoni għall-għajnejn, maskra tat-trab,
żraben tas-sikurezza li ma jiżolqux, kappell iebes u/
jew protezzjoni għas-smigħ.
•
Ilbes kif xieraq. Tilbisx ħwejjeġ jew ġojjelli li jiġuk
kbar. Żomm xagħrek, il-ħwejjeġ u l-ingwanti tiegħek
’il bogħod minn partijiet li jiċċaqalqu biex tevita
korrimenti serji. Ilbes biss ingwanti li jiġuk sew u
li jippermettu qbid u kontroll sikur tal-grillu u ta’
kwalunkwe apparat ta’ aġġustament ieħor. Ilbes
ħwejjeġ li jsaħħnu meta taħdem f’kundizzjonijiet
kesħin, biex iżżomm idejk sħan u niexfin.
•
Tippruvax tilħaq affarijiet mill-bogħod. Dejjem żomm
saqajk sodi u l-bilanċ. Dan jippermetti kontroll aħjar
tal-għodda f’sitwazzjonijiet mhux mistennija.
•
Impedixxi sparar mhux intenzjonat. Iġġorx l-għodda
meta jkollok subgħajk fuq il-grillu. Żomm subgħajk ’il
bogħod mill-grillu meta ma tkunx qed tħaddem l-għodda
u meta timxi minn pożizzjoni ta’ tħaddim għal oħra.
•
Irrispetta l-għodda bħala strument tax-xogħol.
!
Содержание 1629298
Страница 2: ...www tjep eu EXPLORE OUR WEBSITE FOR MORE INFORMATION...
Страница 4: ...4 Figures Fig A Fig B Fig C Fig D Key parts...
Страница 11: ...11 4 4 TJEP 11 11 11 12 12 12 14 15 15 15 15 15 16 16 16 16 16 16 17...
Страница 12: ...12 CE CE P MAX X BAR XXX PSI CE CE CE...
Страница 13: ...13 G B...
Страница 15: ...15 EN 1005 3 EN 1005 4 E H D C I I C I D A A B A F...
Страница 16: ...16 D C B C D TJEP TJEP TJEP Kyocera Unimerco Fastening TJEP H 80 psi 5 5 bar...
Страница 17: ...17 B C I TJEP TJEP H TJEP TJEP...
Страница 63: ...63 4 4 TJEP 63 63 63 64 64 64 66 67 67 67 67 67 68 68 68 68 68 68 69...
Страница 64: ...64 CE CE P MAX X BAR XXX PSI CE CE CE...
Страница 65: ...65 G...
Страница 67: ...67 EN 1005 3 EN 1005 4 E H D C I I C I D A B A F...
Страница 68: ...68 D C B C D TJEP TJEP TJEP Kyocera Unimerco Fastening TJEP H 80 psi 5 5 bar...
Страница 69: ...69 B C I TJEP TJEP H TJEP TJEP...
Страница 165: ......
Страница 166: ......
Страница 167: ...www tjep eu...