172
1. Deskrizzjoni tal-Prodott
Bl-ispettru tal-broadband tiegħu, VALO huwa ddiżinjat biex jagħmel polimerizzazzjoni tal-prodotti kollha mwebbsa bid-dawl fil-medda tal-frekwenza ta’ 385-515nm skont ISO 10650.
VALO għandu provvista ta’ enerġija internazzjonali, ta’ grad mediku u huwa adattat għal sorsi ta’ ħruġ ta’ enerġija minn 100 sa 240 volts. L-apparat li jinżamm fl-idejn (handpiece) huwa
ddiżinjat biex jistrieħ fi brekit għal unità dentali standard jew jista’ jkun immuntat apposta bl-użu tal-brekit inkluż mal-kitt.
Komponenti tal-Prodott:
• 1 – VALO dawl tat-twebbis b’korda ta’ 7 piedi / 2.1 metri
• 1 – provvista tal-enerġija internazzjonali ta’ 9 volts, ta’ grad mediku, b’korda ta’ 6 piedi / 1.8 metri u plaggs universali
• 1 – Pakkett ta’ kampjun ta’ Komma Barriera (Barrier Sleeve) għall-VALO
• 1 – Ilqugħ tad-Dawl għall-VALO
• 1 – Brekit għall-immuntar tad-dawl tat-twebbis fuq superfiċje b’tejp adeżiv bi twaħħil doppju
Ħarsa ġenerali lejn il-Kontrolli:
Buttuna tal-Enerġija
Dwal tal-Intervalli tal-Ħin
Dawl tal-Modalità/Status
Buttuna tal-Bdil tal-Ħin/
Modalità
Ritratt
Deskrizzjoni
Il-manifattur ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara li tirriżulta mill-użu mhux xieraq ta’ din l-unità u/jew għal kwalunkwe użu għajr dawk koperti minn dawn
l-istruzzjonijiet.
Għall-prodotti kollha deskritti, aqra u ifhem b’attenzjoni l-istruzzjonijiet kollha u l-informazzjoni tal-SDS qabel l-użu.
2. Indikazzjonijet għall-Użu/L-Għan Maħsub
Is-sors ta’ illuminazzjoni għat-twebbis ta’ materjali u adeżivi restorattivi dentali attivati bid-dawl.
3. Twissijiet u Prekawzjonijiet
Riskju Grupp 2
TWISSIJA Emissjoni tal-UV minn dan il-prodott. Irritazzjoni lill-għajnejn jew lill-ġilda tista’ tirriżulta mill-esponiment. Uża lqugħ xieraq.
TWISSIJA Radjazzjoni ottika potenzjalment ta’ ħsara emessa minn dan il-prodott. Tħarisx fiss lejn il-lampa waqt l-operat. Tista’ tikkawża ħsara lill-għajnejn.
• TĦARISX dritt lejn il-ħruġ tad-dawl. Il-pazjent, it-tabib, u l-assistenti għandhom dejjem jilbsu protezzjoni għall-għajnejn kontra l-UV ta’ kulur ambra meta l-VALO jkun qed jintuża.
• Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ xokk elettriku, l-ebda modifika ta’ dan it-tagħmir ma hi permessa. Uża biss il-provvista tal-enerġija u l-adapters tal-plaggs inklużi mal-Ultradent VALO. Jekk
dawn il-komponenti jkollhom il-ħsara, tużahomx u ċempel lis-Servizz għall-Klijenti ta’ Ultradent biex tordna wieħed ġdid.
• Tagħmir tal-komunikazzjoni RF mobbli jista’ jnaqqas fil-prestazzjoni jekk jintuża iktar viċin minn 30 ċm (12-il pulzier).
• Uża biss aċċessorji, kejbils,u provvisti tal-enerġija awtorizzati sabiex tevita l-operat mhux xieraq, żieda fl-emissjonijiet elettromanjetiċi jew nuqqas fl-immunità elettromanjetika (irreferi
għat-taqsima dwar l-Emissjonijiet Elettromanjetiċi).
• Sabiex tevita r-riskju ta’ irritazzjoni jew korriment termali, evita ċikli tat-twebbis back-to-back u tesponix tessuti rotob orali fil-qrib għal iktar minn 10 sekondi fi kwalunkwe modalità.
Jekk ikunu meħtieġa ħinijiet itwal ta’ twebbis, uża bosta ċikli ta’ twebbis iqsar jew uża prodott ta’ twebbis doppju biex tevita li ssaħħan it-tessuti rotob.
• Uża prudenza meta tkun qed titratta pazjenti li jbagħtu minn reazzjonijet jew sensittivitajiet fotobijoloġiċi avversi, pazjenti li għaddejjin minn kura ta’ kimoterapija, jew pazjenti li
qegħdin jiġu ttrattati b’mediċini li jikkawżaw fotosensitizzazzjoni.
• Din l-unità tista’ tkun suxxetibbli għal kampijiet elettriċi statiċi jew manjetiċi qawwijin, li jistgħu jtellfu l-ipprogrammar. Jekk tissusspetta li ġara hekk, aqla’ l-plagg tal-unità għal ftit
mumenti u wara erġa’ daħħal il-plagg fis-sokit.
• M’GĦANDEKX timsaħ id-dawl tat-twebbis tal-VALO bl-likwidi tat-tindif kawtiċi jew li joborxu, iddaħħal f’awtoklava, jew tgħaddas fi kwalunkwe tip ta’ banju ultrasoniku, diżinfettant,
soluzzjoni tat-tindif, jew likwidu. Jekk l-istruzzjonijiet tal-ipproċċessar inklużi ma jiġux segwiti, dan jista’ jwassal biex l-apparat ma jkunx jista’ jitħaddem.
• Sabiex tgħin tevita l-kontaminazzjoni kroċjata u tgħin biex il-materjal ta’ taħlita dentali ma jeħilx mal-wiċċ tal-lenti u t-tul tal-virga, trid tintuża komma barriera (barrier sleeve) fuq
il-VALO kull darba li jintuża.
• Biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata, kull komma barriera għandha tintuża għal pazjent wieħed biss.
• Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ korrużjoni, neħħi l-kopertura tal-ilqugħ wara l-użu.
• Biex tnaqqas ir-riskju ta’ reżini li mhumiex imwebbsa biżżejjed, tużax id-dawl tat-twebbis jekk il-lenti għandha l-ħsara.
MT
VALO
TM
DAWL TAT-TWEBBIS