MT - TWISSIJIET
Jeżistu perikli li persuna tinqaras bejn il‐partijiet li jkunu jiċċaqilqu u l‐partijiet statiċi. Iżżommx ir‐ras tas‐sonda waqt il‐moviment, jew meta
tkun qiegħed/qiegħda tibdel sonda.
Oqgħod attent għal moviment mhux mistenni. L‐utent għandu jibqa' 'l barra miż‐żona kompleta tal‐operat tal‐kombinazzjonijiet tat‐tagħmir
tal-probe head/extension/probe.
Fix‐xogħol kollu li jinvolvi l‐użu ta' għodda tal‐magni jew CMMs, il‐protezzjoni tal‐għajnejn hi rakkomandata.
Għal struzzjonijiet dwar it‐tindif bla periklu tal‐prodotti ta' Renishaw, irreferi għall‐informazzjoni dwar il‐manutenzjoni fid‐dokumentazzjoni
relevanti tal-prodott rilevanti.
Itfi d‐dawl qabel tibda tagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni.
Irreferi għall‐istruzzjonijiet tal‐operat tal‐fornitur tal‐magna.
Hi r‐responsabbiltà tal‐fornitur tal‐magna li jiżgura li l‐utent ikun konxju dwar kwalunkwe perikli involuti fit‐tħaddim, inklużi dawk imsemmija
fid‐dokumentazzjoni tal‐prodotti Renishaw, u li jiżgura li jkun hemm protezzjoni u interlocks tas‐sigurtà adegwati pprovduti.
Taħt ċerti ċirkustanzi, is‐sinjal tas‐sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe‐seated. Tiddependix fuq is‐sinjali tas‐sonda biex twaqqaf il‐
moviment tal-magna.
Jekk it‐tagħmir jintuża b'mod li ma jkunx speċifikat mill‐manifattur, il‐protezzjoni pprovduta mit‐tagħmir tista' titnaqqas.
Il‐metodu mistenni ta' waqfien ta' emerġenza għal prodotti ta' Renishaw huwa billi jintefa l‐iswiċċ li jforni l‐elettriku lill‐prodott.
PHC10-3 PLUS installation guide
www.renishaw.com
Issued 12 2021
58